Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0281

    Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/281 tas- 26 ta' Novembru 2014 li jissostitwixxi l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

    ĠU L 54, 25.2.2015, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/281/oj

    25.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 54/1


    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/281

    tas-26 ta' Novembru 2014

    li jissostitwixxi l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 77 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jistipula dwar iċ-ċirkolazzjoni tas-sentenzi, l-istrument awtentiċi u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji fl-Unjoni. Dan se jibda japplika mill-10 ta' Jannar 2015.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jistabbilixxi, fl-Annessi I u II, formola taċ-ċertifikat li tikkonċerna sentenza fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u formola taċ-ċertifikat li tikkonċerna strument awtentiku/tranżazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

    (3)

    Mill-1 ta' Jannar 2014 il-Latvja adottat l-euro. Għalhekk, ir-referenzi kollha għall-munita l-antika tal-Latvja għandhom jitħassru mill-formoli. Mill-1 ta' Jannar 2015 il-Litwanja se tadotta l-euro. Għalhekk, ir-referenzi kollha għall-munita tal-Litwanja għandhom jitħassru mill-formoli.

    (4)

    Mill-1 ta' Lulju 2013 il-Kroazja daħlet fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, għandhom jiġu inklużi r-referenzi għall-Kroazja u l-munita tagħha.

    (5)

    Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

    (6)

    Madankollu, skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka, id-Danimarka, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2012 għarrfet (2) lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenuti tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012. Għalhekk, għandhom jiġu inklużi r-referenzi għad-Danimarka u l-munita tagħha fil-formoli.

    (7)

    Għal raġunijiet ta' ċarezza huwa xieraq li l-Annessi I u II jiġu sostitwiti.

    (8)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

    Magħmula fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 79, 21.3.2013, p. 4.


    ANNESS

    ANNESS I

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top