Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0230

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230 tat- 12 ta' Frar 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ĠU L 39, 14.2.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/230/oj

    14.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/3


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/230

    tat-12 ta' Frar 2015

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (2)

    Permezz tas-sentenza tagħha tat-12 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża T-58/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill li Gholam Golparvar, Ghasem Nabipour, Mansour Eslami, Mohamad Talai, Mohammad Fard, Alireza Ghezelayagh, Hassan Zadeh, Mohammad Pajand, Ahmad Sarkandi, Seyed Rasool u Ahmad Tafazoly jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (3)

    Gholam Golparvar għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

    (4)

    Permezz tas-sentenza tagħha tat-3 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-565/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill li National Iranian Tanker Company tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (5)

    National Iranian Tanker Company għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

    (6)

    Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. RINKĒVIČS


    (1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


    ANNESS

    I.

    L-entità elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:

    I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    140.

    National Iranian Tanker Company (NITC)

    35 East Shahid Atefi Street, Africa Ave., 19177 Tehran, P.O. Box: 19395-4833,

    Tel: +98 21 23801,

    Posta elettronika: info@nitc-tankers.com; l-uffiċċji mad-dinja kollha

    National Iranian Tanker Company tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran permezz tal-azzjonisti tagħha l-Fond Statali Iranjan għall-Irtirar, l-Organizzazzjoni Iranjana tas-Sigurtà Soċjali, u l-Fond għall-Irtirar u t-Tfaddil ta' Ħaddiema fl-Industrija taż-Żejt, li huma entitajiet ikkontrollati mill-Istat. Barra minn hekk, NITC hija wieħed mill-ikbar operaturi ta' trasportaturi taż-żejt mhux maħdum fid-dinja u wieħed mill-ikbar trasportaturi taż-żejt mhux maħdum Iranjan. Għaldaqstant, NITC tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran billi tittrasporta ż-żejt Iranjan.

     

    II.

    Il-persuna elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti III tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:

    III.   Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

    A.   Persuna

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    8.

    Gholam Hossein Golparvar

    Twieled fit-23 ta' Jannar 1957, Iranjan. Karta tal-Identità nru 4207.

    Is-Sur Golparvar jaġixxi f'isem IRISL u kumpanniji assoċjati magħha. Kien direttur kummerċjali ta' IRISL, kif ukoll Direttur Amministrattiv u azzjonist ta' SAPID Shipping Company, direttur mhux eżekuttiv u azzjonist ta' HDSL, u azzjonist ta' Rhabaran Omid Darya Ship Management Company, li huma indikati mill-UE bħala kumpanniji li jaġixxu f'isem IRISL.

     


    Top