This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0045
Commission Regulation (EU) 2015/45 of 14 January 2015 amending Directive 2007/46/EC of the European Parliament and of the Council and Commission Regulation (EC) No 692/2008 as regards innovative technologies for reducing CO 2 emissions from light commercial vehicles Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/45 tal- 14 ta' Jannar 2015 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tat-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 mill-vetturi kummerċjali ħfief Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/45 tal- 14 ta' Jannar 2015 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tat-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 mill-vetturi kummerċjali ħfief Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 9, 15.1.2015, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/45
tal-14 ta' Jannar 2015
li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tat-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi li l-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta' teknoloġiji innovattivi għandu jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' kull manifattur. Regoli dettaljati dwar l-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (4). |
(2) |
Sabiex jitqies l-iffrankar tas-CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi fil-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn kull manifattur, u sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effiċjenti tal-iffrankar speċifiku tas-CO2 għall-vetturi individwali, il-vetturi mgħammra b'ekoinnovazzjonijiet għandhom ikunu ċċertifikati bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, u skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014, l-iffrankar għandu jiġi speċifikat b'mod separat kemm fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u kemm fiċ-ċertifikat tal-konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE. |
(3) |
B'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ li jiġu mmodifikati d-dokumenti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, sabiex dawn ikunu jirriflettu b'mod xieraq l-informazzjoni marbuta mal-ekoinnovazzjonijiet. |
(4) |
L-emendar tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip għandu l-għan, min-naħa l-waħda, li jipprovdi d-dejta adegwata lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni biex ikunu jistgħu jiċċertifikaw vetturi ħfief mgħammra b'ekoinnovazzjonijiet, u min-naħa l-oħra, li jintegra l-iffrankar tas-CO2 bl-ekoinnovazzjonijiet bħala parti mill-informazzjoni rappreżentattiva ta' tip, varjant jew verżjoni speċifika ta' vettura. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5) jistipula d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-verifika tal-konformità tal-vetturi għall-emissjonijiet tas-CO2 u r-rekwiżiti għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' tali vetturi. |
(6) |
Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(7) |
Għandu jingħata biżżejjed żmien bil-quddiem biex jippermetti lill-manifatturi u lill-awtoritajiet nazzjonali jadattaw il-proċeduri tagħhom għar-regoli l-ġodda. |
(8) |
Il-manifatturi għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw, fuq bażi volontarja, għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minħabba l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi, qabel id-data ta' applikazzjoni tar-regoli l-ġodda. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
B'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward tat-tipi ta' vetturi li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
Mill-1 ta' Jannar 2016, l-approvazzjonijiet tat-tip ta' tipi ta' vetturi mgħammra b'teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jingħataw skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 kif emendati minn dan ir-Regolament.
Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem, il-manifatturi għandhom jibagħtu ċertifikati tal-konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 kif emendati minn dan ir-Regolament għal kull vettura ħafifa ġdida.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta' April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).
(5) Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
ANNESS I
L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, il-punti 3.5.6 u 3.5.6.1 huma mibdula ma' li ġej:
; |
(2) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness XII hu emendat kif ġej:
|