This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0236
Council Decision (CFSP) 2015/236 of 12 February 2015 amending Decision 2010/413/CFSP concerning restrictive measures against Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236 tat- 12 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236 tat- 12 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 39, 14.2.2015, p. 18–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/236
tat-12 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tippermetti, inter alia, l-eżekuzzjoni ta' obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għall- eżekuzzjoni ta' tali obbligi meta l-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavat miksub mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimbors ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 dovuti lil persuni jew entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament tali rimborsi. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tipprevedi wkoll li l-miżuri tal-iffriżar tal-assi stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni ma japplikawx għal atti u transazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni sa fejn neċessarju għall-eżekuzzjoni, sal-31 ta' Diċembru 2014, tal-obbligi rilevanti. |
(4) |
Il-Kunsill iqis li dik l-eżenzjoni għandha tiġi estiża sat-30 ta' Ġunju 2015. |
(5) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-12 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża T-58/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill li Gholam Golparvar, Ghasem Nabipour, Mansour Eslami, Mohamad Talai, Mohammad Fard, Alireza Ghezelayagh, Hassan Zadeh, Mohammad Pajand, Ahmad Sarkandi, Seyed Rasool u Ahmad Tafazoly jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(7) |
Gholam Golparvar għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
(8) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-3 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-565/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill li National Iranian Tanker Company tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(9) |
National Iranian Tanker Company għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
(10) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 20(14) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“14. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal atti u transazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati fl-Anness II safejn neċessarju għall-eżekuzzjoni, sat-30 ta' Ġunju 2015, tal-obbligi kif imsemmi fl-Artikolu 3c(2) sakemm dawk l-atti u t-transazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati minn qabel, każ b'każ, mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”
Artikolu 2
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
I. |
L-entità elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK: I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran. B. Entitajiet
|
II. |
Il-persuna elenkata hawn taħt hija inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti III tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK: III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) A. Persuna
|