EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1368
Commission Regulation (EU) No 1368/2014 of 17 December 2014 amending Regulation (EC) No 987/2009 of the European Parliament and of the Council laying down the procedure for implementing Regulation (EC) No 883/2004 on the coordination of social security systems and Commission Regulation (EU) No 1372/2013 amending Regulation (EC) No 883/2004 on the coordination of social security systems and Regulation (EC) No 987/2009 of the European Parliament and of the Council laying down the procedure for implementing Regulation (EC) No 883/2004 Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 366, 20.12.2014, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 366/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1368/2014
tas-17 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(f) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 9 u 92 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Istati Membri ressqu talbiet lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu emendati l-entrati tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 sabiex dak l-Anness jiġi magħmul konformi mal-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. |
(2) |
L-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandu l-għan li jagħti ħarsa ġenerali dwar id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri li jibqgħu fis-seħħ fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament jew li jiġu konklużi u elenkati fuq il-bażi tal-Artikoli 8(2) u 9(2) tal-istess Regolament. |
(3) |
Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali għamlet proposti rilevanti lill-Kummissjoni għall-emendi mitluba fuq il-bażi tal-Artikolu 72(f) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
(4) |
Il-Kummissjoni qablet li tinkludi l-proposti għall-emendi tekniċi tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
(5) |
Fl-Artikolu 1(2) tiegħu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2013 (3) emenda, bi żball, l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. B'hekk, dik id-dispożizzjoni ta' emenda għandha tiġi mħassra. Għal raġunijiet ta' ċarezza ġuridika, it-tħassir tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1372/2013 għandu japplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2014. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 987/2009 u (KE) Nru 1372/2013 għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) |
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fit-taqsima “FRANZA — LUSSEMBURGU”, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:
. |
Artikolu 2
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1372/2013 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2015, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 2, li japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 27).