Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1098

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1098/2014 tas- 17 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 300, 18.10.2014, p. 41–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1098/oj

    18.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 300/41


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1098/2014

    tas-17 ta' Ottubru 2014

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

    (2)

    Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati noti ta' qiegħ il-paġna u sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4 f'dik il-lista.

    (3)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, lestiet il-valutazzjoni ta' 8 sustanzi li bħalissa huma elenkati bħala sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni. Dawn is-sustanzi aromatizzanti ġew evalwati mill-EFSA fl-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta' aromatizzanti li ġejjin: evalwazzjoni FGE.21rev4 (3) (sustanzi FL-no 15.054, 15.055, 15.086 u 15.135), evalwazzjoni FGE.24rev2 (4) (sustanza 14.085), evalwazzjoni FGE.77rev1 (5) (sustanza FL-no 14.041), u evalwazzjoni FGE.93rev1 (6) (sustanzi FL-no 15.010 u FL-15.128). L-EFSA kkonkludiet li dawk is-sustanzi aromatizzanti ma jagħtux lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati tal-konsum dijetetiku.

    (4)

    Bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha, l-Awtorità għamlet kummenti dwar l-ispeċifikazzjoni ta' ċerti sustanzi. Il-kummenti huma marbutin mal-ismijiet, il-purità jew il-kompożizzjoni tas-sustanzi li ġejjin: FL-no: 15.054 u 15.055. Dawn il-kummenti għandhom jitniżżlu fil-lista.

    (5)

    Is-sustanzi aromatizzanti evalwati f'dawk l-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta' aromatizzanti għandhom jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati billi jitħassru n-noti ta' qiegħ il-paġna 2, 3 jew 4 fl-entrati rilevanti tal-lista tal-Unjoni.

    (6)

    Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

    (3)  EFSA Journal 2013;11(11):3451.

    (4)  EFSA Journal 2013;11(11):3453.

    (5)  EFSA Journal 2014;12(2):3586.

    (6)  EFSA Journal 2013;11(11):3452.


    ANNESS

    Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-entrata dwar FL-no 14.041 tinbidel b'dan li ġej:

    “14.041

    Pirrol

    109-97-7

    1314

    2318

     

     

     

    JECFA/EFSA”

    (2)

    L-entrata dwar FL-no 14.085 tinbidel b'dan li ġej:

    “14.085

    2-aċetil-5-metilpirrol

    6982-72-5

     

     

     

     

     

    EFSA”

    (3)

    L-entrata dwar FL-no 15.010 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.010

    2-aċetil-2-tijażolina

    29926-41-8

    1759

    2335

     

     

     

    EFSA”

    (4)

    L-entrata dwar FL-no 15.054 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.054

    Diidro-2,4,6-trietil-1,3,5(4H)-ditijażina

    54717-17-8

     

     

    Taħlita ta' dijastereoisomeri ((R/R), (R/S), (S/R) & (S/S))

     

     

    EFSA”

    (5)

    L-entrata dwar FL-no 15.055 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.055

    [2S-(2a,4a,8ab)] 2,4-Dimetil(4H)pirrolidino[1,2e]- 1,3,5-ditijażina

    116505-60-3

    1763

     

     

     

     

    EFSA”

    (6)

    L-entrata dwar FL-no 15.086 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.086

    2-Metil-2-tijażolina

    2346-00-1

     

     

     

     

     

    EFSA”

    (7)

    L-entrata dwar FL-no 15.128 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.128

    2-Propionil-2-tijażolina

    29926-42-9

    1760

     

     

     

     

    EFSA”

    (8)

    L-entrata dwar FL-no 15.135 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.135

    Etil tijaldina

    54717-14-5

     

     

    Mill-anqas 90 %, komponenti sekondarji inqas minn 5 % 3,5-dietil-1,2,4-tritijolan, inqas minn 2 % tijaldina, inqas minn 3 % impuritajiet oħra

     

     

    EFSA”


    Top