EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1058

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2014 tat- 8 ta' Ottubru 2014 li jemenda għall-221 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

ĠU L 293, 9.10.2014, p. 12–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1058/oj

9.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1058/2014

tat-8 ta' Ottubru 2014

li jemenda għall-221 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta' Settembru 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) approva ż-żieda ta' erbatax-il persuna fiżika u żewġ entitajiet mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk iddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Ahmed Abdullah Saleh Al-Khazmari Al Zahrani (alias (a) Abu Maryam al-Zahrani (b) Abu Maryam al-Saudi (c) Ahmed Abdullah S al-Zahrani (d) Ahmad Abdullah Salih al-Zahrani (e) Abu Maryam al-Azadi (f) Ahmed bin Abdullah Saleh bin al-Zahrani (g) Ahmed Abdullah Saleh al-Zahrani al-Khozmri. Funzjoni: Membru anzjan tal-Al-Qaida. Data tat-twelid: 15.9.1978. Post tat-twelid: Dammam, l-Arabja Sawdija. Ċittadinanza: Sawdija. Numru tal-passaport: E126785 (passaport Sawdi, maħruġ fis-27.5.2002, skada fit-3.4.2007). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: skuri; kulur ix-xagħar: skur karnaġon: samra; (b) Jitkellem l-Għarbi; (c) Isem missieru huwa Abdullah Saleh al Zahrani; (d) L-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fih ritratt; (e) Jinsab is-Sirja. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(b)

“Azzam Abdullah Zureik Al-Maulid Al-Subhi (alias (a) Mansur al-Harbi (b) Azzam al-Subhi (c) Azam Abdallah Razeeq al Mouled Alsbhua (d) Abu Muslem al-Maky (e) Abu Suliman al-Harbi (f) Abu Abdalla al-Harbi (g) Azam A.R. Alsbhua). Data tat-twelid: 12.4.1976. Post tat-twelid: Al Baraka, l-Arabja Sawdija. Ċittadinanza: Sawdija. Nru tal-Passaport: C389664 (passaport Sawdi, maħruġ fil-15.9.2000, skada fil-15.9.2005). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: skuri; kulur ix-xagħar: skur karnaġon: skur (b) Jitkellem l-Għarbi; (c) Isem missieru huwa Abdullah Razeeq al Mouled al Sbhua; (d) L-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fih ritratt. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(c)

“Anders Cameroon Ostensvig Dale (alias (a) Muslim Abu Abdurrahman (b) Abu Abdurrahman in-Norveġiż (c) Abu Abdurrahman il-Morokkin). Data tat-twelid: 19.10.1978. Post tat-twelid: Oslo, in-Norveġja. Ċittadinanza: Norweġiża. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur ix-xagħar: kannella tul: 185 cm. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(d)

“Ibrahim Suleiman Hamad Al-Hablain (alias (a) Barahim Suliman H. al Hblian (b) Abu Jabal (c) Abu-Jabal). Funzjoni: Espert tal-isplussivi u jaħdem għall-Brigadi Abdallah Azzam (AAb). Data tat-twelid: 17.12.1984. Post tat-twelid: Buraidah, l-Arabja Sawdija. Ċittadinanza: Sawdija. Nru tal-Passaport: F800691 (passaport Sawdi). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: skuri; kulur ix-xagħar: skur karnaġon: samra; (b) Jitkellem l-Għarbi; (c) L-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fih ritratt. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(e)

“Seifallah Ben-Hassine (alias (a) Seif Allah ben Hocine (b) Saifallah ben Hassine (c) Sayf Allah 'Umar bin Hassayn (d) Sayf Allah bin Hussayn (e) Abu Iyyadh al-Tunisi (f) Abou Iyadh el-Tounsi (g) Abu Ayyad al-Tunisi (h) Abou Aayadh (i) Abou Iyadh). Data tat-twelid: 8.11.1965. Ċittadinanza: Tuneżina. Informazzjoni oħra: Mexxej ta' Ansar al-Shari'a fit-Tuneżija. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(f)

“Abd Al-Rahman Bin 'Umayr Al-Nu'Aymi (alias (a) Abd al-Rahman bin 'Amir al-Na'imi (b) 'Abd al-Rahman al-Nu'aimi (c) 'Abd al-Rahman bin 'Amir al-Nu'imi (d) 'Abd al-Rahman bin 'Amir al-Nu'aymi (e) 'Abdallah Muhammad al-Nu'aymi (f) 'Abd al-Rahman al-Nua'ymi (g) A. Rahman al-Naimi (h) Abdelrahman Imer al Jaber al Naimeh (i) A. Rahman Omair J Alnaimi (j) Abdulrahman Omair al Neaimi). Data tat-twelid: 1954. Nru tal-Passaport: 00868774 (passaport Qatari, skada fis-27.4.2014). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 25463401784 (ID Qatara, skadiet fis-6.12.2019). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(g)

“Abd Al-Rahman Khalaf ‘Ubayd Juday’Al-'Anizi (alias (a) 'Abd al-Rahman Khalaf al-Anizi: b) 'Abd al-Rahman Khalaf al-'Anzi: (c) Abu Usamah al-Rahman (d) Abu Shaima' Kuwaiti (e) Abu Usamah al-Kuwaiti (f) Abu Usama (g) Yusuf). Data tat-twelid: 1973 (approssimittivament). Ċittadinanza: Kuwajtija. Informazzjoni oħra: Jinsab fis-Sirja sa mill-2013. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(h)

“Anas Hasan Khattab (alias (a) Samir Ahmed al-Khayat (b) Hani (c) Abu Hamzah (d) Abu-Ahmad Hadud). Titolu: Amir. Data tat-twelid: 7.4.1986. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 00351762055. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(i)

“Maysar Ali Musa Abdallah Al-Juburi (alias (a) Muyassir al-Jiburi (b) Muyassir Harara (c) Muyassir al-Shammari (d) Muhammad Khalid Hassan (e) Al-Shammari (f) Mus'ab al-Qahtani (g) Abu Maria al-Qatani). Titolu: Amir. Data tat-twelid: 1.6.1976. Post tat-twelid: (a) Al-Shura, Mosul, Iraq (b) Harara, Ninawa Province, Iraq. Ċittadinanza: Iraqin. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(j)

“Shafi Sultan Mohammed Al-Ajmi (alias (a) Shafi al-Ajmi (b) Sheikh Shafi al-Ajmi (c) Shaykh Abu-Sultan). Titolu: Doctor. Data tat-twelid: 1.1.1973. Post tat-twelid: Warah, il-Kuwajt. Indirizz: Area 3, Street 327, Building 41, Al-Uqaylah, Kuwait Ċittadinanza: Kuwajtija. Nru tal-Passaport: 0216155930. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(k)

“Abd Al-Rahman Muhammad Mustafa Al-Qaduli (alias (a) 'Abd al-Rahman Muhammad Mustafa Shaykhlari (b) Umar Muhammad Khalil Mustafa (c) Abdul Rahman Muhammad al-Bayati (d) Tahir Muhammad Khalil Mustafa al-Bayati (e) Aliazra Ra'ad Ahmad (f) Abu-Shuayb (g) Hajji Iman (h) Abu Iman (i) Abu Ala; (j) Abu Hasan (k) Abu Muhammad; (l) Abu Zayna). Funzjoni: Uffiċjali għoli tal-Istat Islamiku tal-Iraq u l-lvant (ISIL). Data tat-twelid: (a) 1959; (b) 1957. Post tat-twelid: Mosul, fil-provinċja ta' Ninawa, l-Iraq. Ċittadinanza: Iraqin. Informazzjoni oħra: Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(l)

“Emilie Konig. Data tat-twelid: 9.12.1984. Post tat-twelid: Ploemeur, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Informazzjoni oħra: Jinsab fis-Sirja sa mill-2013. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(m)

“Kevin Guiavarch. Data tat-twelid: 12.3.1993. Post tat-twelid: Pariġi, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Informazzjoni oħra: Jinsab fis-Sirja sa mill-2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(n)

“Oumar Diaby (alias: (a) Omsen (b) Oumar Omsen). Data tat-twelid: 5.8.1975. Post tat-twelid: Dakar, is-Senegal. Ċittadinanza: Senegaliża. Informazzjoni oħra: Jinsab is-Sirja. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(2)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:

(a)

“Ansar Al-shari'a fit-Tuneżija (AAS-T) (alias (a) AAS-T; (b) Ansar al-Sharia fit-Tuneżija; (c) Ansar al-Shari'ah fit-Tuneżija; (d) Ansar al-Shari'ah (e) Ansar al-Sharia; (f)Sostenituri tal-liġi Islamika; (g) Il-Fundazzjoni Medjattika Al-Qayrawan. Informazzjoni oħra: (a) Topera fit-Tuneżija; (b) Il-kap huwa Seifallah ben Hassine. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(b)

“Abdallah Azzam Brigades (AAB) (alias (a) AAB; (b) Brigadi Abdullah Azzam; (c) Battaljuni Ziyad al-Jarrah tal-Brigadi Abdallah Azzam; (c) Battaljuni Yusuf al-'Uyayri tal-Brigadi Abdallah Azzam; Informazzjoni oħra: Jopera fil-Libanu, is-Sirja u l-Peniżola Għarbija. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”

;

(3)

l-annotazzjoni “Iyad ag Ghali. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Abeibara, reġjun tal-Kidal, il-Mali. Ċittadinanza: Mali Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.2.2013.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Iyad ag Ghali (alias (a)Sidi Mohamed Arhali). Funzjoni: Mexxej ta' Ansar Eddine. Indirizz: Il-Mali. Data tat-twelid: (a) 1.1.1958; (b) 1958. Post tat-twelid: (a) Abeibara, reġjun tal-Kidal, il-Mali; (b) Bouressa, reġjun tal-Bourem, il-Mali. Numru tal-passaport: A1037434 (passaport tal-Mali maħruġ fl-10.8.2001, skada fil-31.12.2014). Informazzjoni oħra: (a) Isem missieru huwa Ag Bobacer Arhali, isem ommu huwa Rhiachatou Wallet Sidi; (b) Ċertifikat tat-twelid tal-Mali Nru 012546. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.2.2013.”


Top