Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0994

    Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 tat- 13 ta' Mejju 2014 li jemenda l-Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ĠU L 280, 24.9.2014, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32021R2115

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/994/oj

    24.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 280/1


    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 994/2014

    tat-13 ta' Mejju 2014

    li jemenda l-Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 136a(3) u 140a tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3), 7(3) u 20(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 103n tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (4), sal-1 ta' Awwissu 2013, Spanja, il-Lussemburgu, Malta u r-Renju Unit innotifikaw l-intenzjoni tagħhom li b'mod definittiv jittrasferrixxu l-ammont kollu disponibbli għall-programmi ta' appoġġ għas-settur tal-inbid imsemmija fl-Anness Xb ta' dak ir-Regolament jew parti minnu, sabiex iżidu l-limiti massimi nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena tat-talba 2014 'il quddiem. Għaldaqstant, l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ġie emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2013 (5). Dawk it-trasferimenti definittivi jeħtieġ li jkunu wkoll riflessi fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

    (2)

    Skont l-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-31 ta' Diċembru 2013, Franza, il-Latvja u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji bejn l-2014 u l-2019 għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Skont l-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kroazja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu għal pagamenti diretti ċertu perċentwal mill-ammont allokat għall-appoġġ għal miżuri taħt l-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. L-Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (3)

    Skont l-Artikolu 57a(9) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, sal-31 ta' Jannar 2014, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni biż-żona tal-art li tneħħewlha l-mini u reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli fl-2013. In-notifika kien fiha wkoll l-ammont baġitarju korrispondenti għas-sena tat-talba 2014 'il quddiem. Barra minn hekk, f'konformità ma' dak l-Artikolu, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar iż-żona ta' art li tneħħewlha l-mini u li ġiet iddikjarata mill-bdiewa fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena tat-talba 2013, u li bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2012 reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli. L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ġie għalhekk emendat bir-Regolament (UE) Nru 929/2013. Abbażi tal-iskeda ta' żidiet inkrementali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Annessi II, III u VI ta' dak ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (4)

    L-ammont għas-sena finanzjarja 2014 li jirriżulta minn aġġustament volontarju ta' pagamenti diretti fis-sena kalendarja 2013 fir-Renju Unit skont l-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikoli 136 u 136b ta' dak ir-Regolament għas-snin finanzjarji 2014 u 2015, kif ukoll l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiżdiedu mat-tqassim annwali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jibda japplika biss mill-1 ta' Jannar 2015. L-emendi ta' dak ir-Regolament għandhom għalhekk japplikaw mill-istess data,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 3 għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

    (3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2013 tas-26 ta' Settembru 2013 li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni (ĠU L 255, 27.9.2013, p. 5).


    ANNESS I

    L-Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-tabella 1, il-kolonna għas-sena 2014 hija sostitwita b'dan li ġej:

    Stat Membru

    “2014

    Il-Belġju

    544 047

    Id-Danimarka

    926 075

    Il-Ġermanja

    5 178 178

    Il-Greċja

    2 047 187

    Spanja

    4 833 647

    Franza

    7 358 751

    L-Irlanda

    1 216 547

    L-Italja

    3 953 394

    Il-Lussemburgu

    33 662

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    793 319

    L-Awstrija

    693 716

    Il-Portugall

    557 667

    Il-Finlandja

    523 247

    L-Isvezja

    696 487

    Ir-Renju Unit

    3 166 774 ”

    (b)

    Fit-tabella 2, il-kolonna għas-sena 2014 hija sostitwita b'dan li ġej:

    Stat Membru

    “2014

    Il-Bulgarija

    642 103

    Ir-Repubblika Ċeka

    875 305

    L-Estonja

    110 018

    Il-Kroazja

    164 005

    Ċipru

    51 344

    Il-Latvja

    156 279

    Il-Litwanja

    393 226

    L-Ungerija

    1 272 786

    Malta

    5 240

    Il-Polonja

    3 361 883

    Ir-Rumanija

    1 428 531

    Is-Slovenja

    138 980

    Is-Slovakkja

    435 115 ”

    (*)

    Limiti massimi kkalkolati b'kont meħud tal-iskeda ta' żidiet inkrementali previsti fl-Artikolu 121.

    (c)

    Fit-tabella 3, il-kolonna għas-sena 2014 hija sostitwita b'dan li ġej:

    Stat Membru

    “2014

    Il-Kroazja

    164 005 ”

    (*)

    Limiti massimi kkalkolati b'kont meħud tal-iskeda ta' żidiet inkrementali previsti fl-Artikolu 121.

    (2)

    L-Anness VIIIc huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS VIIIc

    Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikoli 72a(6)u 125a(5)

    (eluf ta' EUR)

    Il-Belġju

    505 266

    Il-Bulgarija

    796 292

    Ir-Repubblika Ċeka

    872 809

    Id-Danimarka

    880 384

    Il-Ġermanja

    5 018 395

    L-Estonja

    169 366

    L-Irlanda

    1 211 066

    Il-Greċja

    1 931 177

    Spanja

    4 893 433

    Franza

    7 189 541

    Il-Kroazja

    316 245

    L-Italja

    3 704 337

    Ċipru

    48 643

    Il-Latvja

    280 154

    Il-Litwanja

    517 028

    Il-Lussemburgu

    33 432

    L-Ungerija

    1 269 158

    Malta

    5 244

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    732 370

    L-Awstrija

    691 738

    Il-Polonja

    3 450 512

    Il-Portugall

    599 355

    Ir-Rumanija

    1 903 195

    Is-Slovenja

    134 278

    Is-Slovakkja

    451 659

    Il-Finlandja

    524 631

    L-Isvezja

    699 768

    Ir-Renju Unit

    3 205 243 ”


    ANNESS II

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS I

    TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (BEJN L-2014 U L-2020)

    (prezzijiet attwali f'EUR)

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    TOTAL 2014 -2020

    Il-Belġju

    78 342 401

    78 499 837

    78 660 375

    78 824 076

    78 991 202

    79 158 713

    79 314 155

    551 790 759

    Il-Bulgarija

    335 499 038

    335 057 822

    334 607 538

    334 147 994

    333 680 052

    333 187 306

    332 604 216

    2 338 783 966

    Ir-Repubblika Ċeka

    314 349 445

    312 969 048

    311 560 782

    310 124 078

    308 659 490

    307 149 050

    305 522 103

    2 170 333 996

    Id-Danimarka

    90 287 658

    90 168 920

    90 047 742

    89 924 072

    89 798 142

    89 665 537

    89 508 619

    629 400 690

    Il-Ġermanja

    1 221 378 847

    1 219 851 936

    1 175 693 642

    1 174 103 302

    1 172 483 899

    1 170 778 658

    1 168 760 766

    8 303 051 050

    L-Estonja

    103 626 144

    103 651 030

    103 676 345

    103 702 093

    103 728 583

    103 751 180

    103 751 183

    725 886 558

    L-Irlanda

    313 148 955

    313 059 463

    312 967 965

    312 874 411

    312 779 690

    312 669 355

    312 485 314

    2 189 985 153

    Il-Greċja

    605 051 830

    604 533 693

    604 004 906

    603 465 245

    602 915 722

    602 337 071

    601 652 326

    4 223 960 793

    Spanja

    1 187 488 617

    1 186 425 595

    1 185 344 141

    1 184 244 005

    1 183 112 678

    1 182 137 718

    1 182 076 067

    8 290 828 821

    Franza

    1 404 875 907

    1 635 877 165

    1 663 306 545

    1 665 777 592

    1 668 304 328

    1 671 324 729

    1 675 377 983

    11 384 844 249

    Il-Kroazja

    332 167 500

    282 342 500

    282 342 500

    282 342 500

    282 342 500

    282 342 500

    282 342 500

    2 026 222 500

    L-Italja

    1 480 213 402

    1 483 373 476

    1 486 595 990

    1 489 882 162

    1 493 236 530

    1 496 609 799

    1 499 799 408

    10 429 710 767

    Ċipru

    18 895 839

    18 893 552

    18 891 207

    18 888 801

    18 886 389

    18 883 108

    18 875 481

    132 214 377

    Il-Latvja

    138 327 376

    150 968 424

    153 001 059

    155 030 289

    157 056 528

    159 093 589

    161 099 517

    1 074 576 782

    Il-Litwanja

    230 392 975

    230 412 316

    230 431 887

    230 451 686

    230 472 391

    230 483 599

    230 443 386

    1 613 088 240

    Il-Lussemburgu

    14 226 474

    14 272 231

    14 318 896

    14 366 484

    14 415 051

    14 464 074

    14 511 390

    100 574 600

    L-Ungerija

    495 668 727

    495 016 871

    494 351 618

    493 672 684

    492 981 342

    492 253 356

    491 391 895

    3 455 336 493

    Malta

    13 880 143

    13 965 035

    13 938 619

    13 914 927

    13 893 023

    13 876 504

    13 858 647

    97 326 898

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    87 118 078

    87 003 509

    86 886 585

    86 767 256

    86 645 747

    86 517 797

    86 366 388

    607 305 360

    L-Awstrija

    557 806 503

    559 329 914

    560 883 465

    562 467 745

    564 084 777

    565 713 368

    567 266 225

    3 937 551 997

    Il-Polonja

    1 569 517 638

    1 175 590 560

    1 174 010 059

    1 172 398 238

    1 170 756 130

    1 169 026 987

    1 166 981 202

    8 598 280 814

    Il-Portugall

    577 031 070

    577 895 019

    578 775 888

    579 674 001

    580 591 241

    581 504 133

    582 317 022

    4 057 788 374

    Ir-Rumanija

    1 149 848 554

    1 148 336 385

    1 146 793 135

    1 145 218 149

    1 143 614 381

    1 141 925 604

    1 139 927 194

    8 015 663 402

    Is-Slovenja

    118 678 072

    119 006 876

    119 342 187

    119 684 133

    120 033 142

    120 384 760

    120 720 633

    837 849 803

    Is-Slovakkja

    271 154 575

    213 101 979

    212 815 053

    212 522 644

    212 225 447

    211 912 203

    211 540 943

    1 545 272 844

    Il-Finlandja

    335 440 884

    336 933 734

    338 456 263

    340 009 057

    341 593 485

    343 198 337

    344 776 578

    2 380 408 338

    L-Isvezja

    257 858 535

    258 014 757

    249 173 940

    249 336 135

    249 502 108

    249 660 989

    249 768 786

    1 763 315 250

    Ir-Renju Unit

    667 773 873

    752 322 030

    752 139 156

    751 939 938

    751 702 511

    751 876 113

    752 375 870

    5 180 129 491

    Total UE-28

    13 970 049 060

    13 796 873 677

    13 773 017 488

    13 775 753 697

    13 778 486 509

    13 781 886 137

    13 785 415 797

    96 661 482 365

     

    Assistenza teknika

    34 130 699

    34 131 977

    34 133 279

    34 134 608

    34 135 964

    34 137 346

    34 138 756

    238 942 629

    Total

    14 004 179 759

    13 831 005 654

    13 807 150 767

    13 809 888 305

    13 812 622 473

    13 816 023 483

    13 819 554 553

    96 900 424 994 ”


    ANNESS III

    L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Annessi II u III huma sostitwiti b'dan li ġej:

    ANNESS II

    Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6

    (f'eluf ta' EUR)

    Is-sena kalendarja

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Il-Belġju

    536 076

    528 124

    520 170

    512 718

    505 266

    505 266

    Il-Bulgarija

    721 251

    792 449

    793 226

    794 759

    796 292

    796 292

    Ir-Repubblika Ċeka

    874 484

    873 671

    872 830

    872 819

    872 809

    872 809

    Id-Danimarka

    916 580

    907 108

    897 625

    889 004

    880 384

    880 384

    Il-Ġermanja

    5 144 264

    5 110 446

    5 076 522

    5 047 458

    5 018 395

    5 018 395

    L-Estonja

    121 870

    133 701

    145 504

    157 435

    169 366

    169 366

    L-Irlanda

    1 215 003

    1 213 470

    1 211 899

    1 211 482

    1 211 066

    1 211 066

    Il-Greċja

    2 023 122

    1 999 116

    1 975 083

    1 953 129

    1 931 177

    1 931 177

    Spanja

    4 842 658

    4 851 682

    4 866 665

    4 880 049

    4 893 433

    4 893 433

    Franza

    7 302 140

    7 270 670

    7 239 017

    7 214 279

    7 189 541

    7 437 200

    Il-Kroazja (*)

    183 035

    202 065

    240 125

    278 185

    316 245

    304 479

    L-Italja

    3 902 039

    3 850 805

    3 799 540

    3 751 937

    3 704 337

    3 704 337

    Ċipru

    50 784

    50 225

    49 666

    49 155

    48 643

    48 643

    Il-Latvja

    181 044

    205 764

    230 431

    255 292

    280 154

    302 754

    Il-Litwanja

    417 890

    442 510

    467 070

    492 049

    517 028

    517 028

    Il-Lussemburgu

    33 604

    33 546

    33 487

    33 460

    33 432

    33 432

    L-Ungerija

    1 271 593

    1 270 410

    1 269 187

    1 269 172

    1 269 158

    1 269 158

    Malta

    5 241

    5 241

    5 242

    5 243

    5 244

    4 690

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    780 815

    768 340

    755 862

    744 116

    732 370

    732 370

    L-Awstrija

    693 065

    692 421

    691 754

    691 746

    691 738

    691 738

    Il-Polonja

    3 378 604

    3 395 300

    3 411 854

    3 431 236

    3 450 512

    3 061 518

    Il-Portugall

    565 816

    573 954

    582 057

    590 706

    599 355

    599 355

    Ir-Rumanija

    1 629 889

    1 813 795

    1 842 446

    1 872 821

    1 903 195

    1 903 195

    Is-Slovenja

    137 987

    136 997

    136 003

    135 141

    134 278

    134 278

    Is-Slovakkja

    438 299

    441 478

    444 636

    448 155

    451 659

    394 385

    Il-Finlandja

    523 333

    523 422

    523 493

    524 062

    524 631

    524 631

    L-Isvezja

    696 890

    697 295

    697 678

    698 723

    699 768

    699 768

    Ir-Renju Unit

    3 173 324

    3 179 880

    3 186 319

    3 195 781

    3 205 243

    3 591 683

    ANNESS III

    Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7

    (f'miljuni ta' EUR)

    Is-sena kalendarja

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Il-Belġju

    536,1

    528,1

    520,2

    512,7

    505,3

    505,3

    Il-Bulgarija

    723,6

    795,1

    795,8

    797,4

    798,9

    798,9

    Ir-Repubblika Ċeka

    874,5

    873,7

    872,8

    872,8

    872,8

    872,8

    Id-Danimarka

    916,6

    907,1

    897,6

    889,0

    880,4

    880,4

    Il-Ġermanja

    5 144,3

    5 110,4

    5 076,5

    5 047,5

    5 018,4

    5 018,4

    L-Estonja

    121,9

    133,7

    145,5

    157,4

    169,4

    169,4

    L-Irlanda

    1 215,0

    1 213,5

    1 211,9

    1 211,5

    1 211,1

    1 211,1

    Il-Greċja

    2 211,0

    2 187,0

    2 162,9

    2 141,0

    2 119,0

    2 119,0

    Spanja

    4 903,6

    4 912,6

    4 927,6

    4 941,0

    4 954,4

    4 954,4

    Franza

    7 302,1

    7 270,7

    7 239,0

    7 214,3

    7 189,5

    7 437,2

    Il-Kroazja (**)

    183,0

    202,1

    240,1

    278,2

    316,2

    304,5

    L-Italja

    3 902,0

    3 850,8

    3 799,5

    3 751,9

    3 704,3

    3 704,3

    Ċipru

    50,8

    50,2

    49,7

    49,2

    48,6

    48,6

    Il-Latvja

    181,0

    205,8

    230,4

    255,3

    280,2

    302,8

    Il-Litwanja

    417,9

    442,5

    467,1

    492,0

    517,0

    517,0

    Il-Lussemburgu

    33,6

    33,5

    33,5

    33,5

    33,4

    33,4

    L-Ungerija

    1 271,6

    1 270,4

    1 269,2

    1 269,2

    1 269,2

    1 269,2

    Malta

    5,2

    5,2

    5,2

    5,2

    5,2

    4,7

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    780,8

    768,3

    755,9

    744,1

    732,4

    732,4

    L-Awstrija

    693,1

    692,4

    691,8

    691,7

    691,7

    691,7

    Il-Polonja

    3 378,6

    3 395,3

    3 411,9

    3 431,2

    3 450,5

    3 061,5

    Il-Portugall

    566,0

    574,1

    582,2

    590,9

    599,5

    599,5

    Ir-Rumanija

    1 629,9

    1 813,8

    1 842,4

    1 872,8

    1 903,2

    1 903,2

    Is-Slovenja

    138,0

    137,0

    136,0

    135,1

    134,3

    134,3

    Is-Slovakkja

    438,3

    441,5

    444,6

    448,2

    451,7

    394,4

    Il-Finlandja

    523,3

    523,4

    523,5

    524,1

    524,6

    524,6

    L-Isvezja

    696,9

    697,3

    697,7

    698,7

    699,8

    699,8

    Ir-Renju Unit

    3 173,3

    3 179,9

    3 186,3

    3 195,8

    3 205,2

    3 591,7

    (2)

    L-Anness VI huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS VI

    Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja msemmijin fl-Artikoli 10 u 19

    A.

    Ammont għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(a):

    EUR 380 599 000

    B.

    Ammonti totali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari msemmija fl-Artikolu 19(3):

    (f'eluf ta' EUR)

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    2021

    247 390

    228 360

    190 300

    152 240

    114 180

    76 120

    38 060 ”


    (*)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun EUR 342 539 000 u għall-2022 għandu jkun EUR 380 599 000.

    (**)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nett għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun EUR 342 539 000 u għall-2022 għandu jkun EUR 380 599 000.


    Top