Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0685

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 685/2014 tal- 20 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol fis-supplimenti tal-ikel solidu Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 182, 21.6.2014, pp. 23–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/685/oj

21.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 685/2014

tal-20 ta' Ġunju 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol fis-supplimenti tal-ikel solidu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta' addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li titressaq applikazzjoni.

(4)

Fit-13 ta' Settembru 2011 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol (kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG) f'kisi rqiq milwiem li jdub minnufih għas-supplimenti tal-ikel. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sikurezza tal-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG meta jintuża bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li l-użu tiegħu f'supplimenti tal-ikel bħala kisi rqiq mhux ta' tħassib għas-sikurezza fl-użi proposti (4).

(6)

Il-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG huwa maħsub għall-użu fil-kisi rqiq milwiem li jdub minnufih għas-supplimenti tal-ikel. Huwa jipproteġi kontra togħmiet jew irwejjaħ mhux pjaċevoli, ittejjeb id-dehra, jagħmel il-pilloli aktar faċli biex jinbelgħu, jagħti dehra distinta, u jħares ingredjenti attivi sensittivi. Karatteristika speċifika tas-sustanza hi li hija estremament flessibbli, għandha viskożità baxxa u tinħall malajr f'soluzzjonijiet milwiema aċidi, newtrali, u alkalini. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG bħala aġent tal-kisi f'supplimenti tal-ikel solidu u li dan l-addittiv jiġi assenjat bl-E-numru E 1209.

(7)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jiġi inkluż fil-listi tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-ewwel darba.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)   The EFSA Journal 2013; 11(8):3303.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 3 tal-Parti B “L-addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-addittiv tal-ikel E 1208, Kopolimer tal-polivinilpirrolidon vinilaċetat:

“E 1209

Kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene”

(2)

Fil-Parti E, fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu” tiddaħħal l-annotazzjoni l-ġdida li ġejja wara l-annotazzjoni għal E 1208:

 

“E 1209

Kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene

100 000 ”

 

 


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja wara l-annotazzjoni għal E 1208 (Kopolimer tal-polivinilpirrolidon vinilaċetat):

“E 1209 KOPOLIMERU TTRAPJANTAT TAL-ALKOĦOL POLIVINIL U L-GLIKOL TAL-POLIETILENE

Sinonimi

Macrogol poli(alkoħol tal-vinil) kopolimeru ittrapjantant; poli(etan-1,2-diol-etanol ittrapjantat); etenol, polimeru bl-ossiran, ittrapjantat; ossiran, polimeru bl-etanol, ittrapjantat; kopolimeru ittrapjantat tal-ossidu tal-etilene vinilalkoħol

Definizzjoni

Il-kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene huwa kopolimeru sintetiku li jikkonsisti minn madwar 75 % unitajiet PVA u 25 % unitajiet PEG.

Numru CAS

96734-39-3

Isem kimiku

Kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene

Formula kimika

 

Piż molekulari medju

40 000 sa 50 000  g/mol

Deskrizzjoni

Trab abjad għal isfar ċar

Identifikazzjoni

 

Solubbiltà

Jinħall liberament fl-ilma u f'aċidi dilwiti u soluzzjonijiet dilwiti tal-idrossidi alkalini; prattikament insolubbli fl-etanol, fl-aċidu aċetiku, l-aċetun, u l-kloroform

Spektrum IR

Irid ikun konformi

valur pH

5,0 — 8,0

Purità

 

Valur tal-Ester

10 sa 75 mg/g KOH

Viskożità dinamika

50 sa 250 mPa·s

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 5 %

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 2 %

Aċetat tal-Vinil

Mhux aktar minn 20 mg/kg

Aċidu aċetiku/Aċetat Totali

Mhux aktar minn 1,5 %

Glikol tal-etilen

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Glikol dietileniku

Mhux aktar minn 50 mg/kg

1,4-Dijoksan

Mhux aktar minn 10 mg/kg

Ossidu tal-etilen

Mhux aktar minn 0,2 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg”


Top