Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0614

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 614/2014 tas- 6 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 rigward l-applikazzjoni ta' ċerti miżuri ta' appoġġ fis-settur tal-inbid

ĠU L 168, 7.6.2014, pp. 73–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/614/oj

7.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/73


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 614/2014

tas-6 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 rigward l-applikazzjoni ta' ċerti miżuri ta' appoġġ fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (b), (c) u (f) tal-Artikolu 54 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 irrevoka u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) u fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II, fih ir-regoli dwar il-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid. Filwaqt li l-parti l-kbira tar-regoli stabbiliti f'dik it-Taqsima jiżguraw il-kontinwazzjoni tar-regoli applikabbli għall-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ġew inklużi wkoll ċerti regoli ġodda. Dawk ir-regoli jintroduċu elementi ġodda, partikolarment submiżura tal-miżura ta' promozzjoni li tikkonċerna l-promozzjoni tal-inbid fl-Istati Membri, miżura ta' innovazzjoni fis-settur tal-inbid, kif ukoll estensjoni tal-miżura dwar ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji li tkopri t-tħawwil mill-ġdid ta' vinji wara l-qlugħ obbligatorju tal-vinji għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji. Ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dawk l-elementi għandhom jiġu stabbiliti.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (3) jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għall-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom jiġu introdotti d-dispożizzjonijiet xierqa fir-Regolament (KE) Nru 555/2008.

(3)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jippermetti lill-Istati Membri jimmodifikaw il-programmi operattivi tagħhom u jallinjawhom mal-elementi ġodda introdotti bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jitħallew jimmodifikaw il-programmi operattivi tagħhom ta' żmien addizzjonali wara t-30 ta' Ġunju 2014, filwaqt li jqisu d-dati tal-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2014 (4) u ta' dan ir-Regolament.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-għażla ta' proġetti ta' tagħrif u dwar il-preferenza li għandha tingħata, meta jintgħażlu l-proġetti dwar is-suq intern. Il-proċedura tal-għażla għall-promozzjoni tal-inbejjed fl-Istati Membri għandha tkun koerenti mal-proċedura għall-promozzjoni tal-inbejjed fis-swieq ta' pajjiżi terzi kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008, iżda għandha tqis ukoll l-għanijiet partikolari u l-ambitu ġeografiku ta' din is-submiżura.

(5)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprovdi għall-ġestjoni finanzjarja tal-miżura tal-investimenti. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-miżura ta' innovazzjoni fis-settur tal-inbid. B'mod partikolari, sabiex ikun hemm użu aħjar tal-fondi, għandu jkun possibbli li l-appoġġ jitħallas wara l-eżekuzzjoni ta' ċerti operazzjonijiet previsti fl-applikazzjoni kkonċernata biss, filwaqt li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet kollha li jifdal jitlestew. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi ffissat il-limitu massimu ta' pagamenti bil-quddiem simili għal dak stabbilit għall-investimenti.

(6)

L-Artikolu 37b tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jitlob li l-benefiċjarji jipprovdu tagħrif dwar l-avvanzi mogħtija skont ċerti dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll għall-miżura ta' innovazzjoni introdotta bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(7)

L-Annessi I sa VIII, l-Annessi VIIIa u VIIIc tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 stipulaw il-formoli li għandhom jimtlew mill-Istati Membri rigward il-programmi ta' appoġġ nazzjonali, b'mod partikolari, għall-finijiet tas-sottomissjoni tal-programmi ta' appoġġ, ir-reviżjoni tagħhom u l-ippjanar finanzjarju korrispondenti kif ukoll għas-sottomissjoni ta' rapporti u evalwazzjonijiet. Dawk l-Annessi għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu l-introduzzjoni, fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ta' dispożizzjonijiet ġodda rigward il-kontenut, l-evalwazzjoni, l-ispiża u l-kontroll.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 555/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Modifiki fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ ma għandhomx jintbagħtu aktar minn darbtejn għal kull sena finanzjarja, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju, ħlief f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali.

Il-programmi mmodifikati għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, flimkien ma', skont il-każ:

(a)

verżjonijiet aġġornati tal-programm ta' appoġġ fil-formola indikata fl-Anness I u tat-tabella finanzjarja fil-formola indikata fl-Anness IV;

(b)

ir-raġunijiet għat-tibdiliet proposti.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-iskadenzi stipulati f'dak is-subparagrafu ma japplikawx fl-2014 fejn il-modifiki tal-programm isegwu r-regoli ġodda introdotti bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).” "

(2)

Fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu II, jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5fa

Proċedura tal-għażla

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura ta' applikazzjoni, li għandha, b'mod partikulari, tipprovdi regoli dettaljati dwar:

(a)

verifika tal-konformità mar-rekwiżiti u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 5b u 5c;

(b)

skadenzi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u għal eżami tal-idonejità ta' kull azzjoni proposta;

(c)

konklużjoni ta' kuntratti, inklużi formoli standard possibbli, provvediment ta' garanziji u arranġamenti għall-pagament bil-quddiem;

(d)

l-evalwazzjoni ta' kwalunkwe azzjoni appoġġata inklużi l-indikaturi xierqa.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-applikazzjoni b'mod partikulari skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-konsistenza bejn l-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti;

(b)

il-kwalità tal-miżuri proposti;

(c)

dak li x'aktarx ikun l-impatt u s-suċċess tagħhom biex tiżdied il-kuxjenza tal-konsumaturi dwar is-sistema tal-Unjoni tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u r-riskju assoċjat mal-konsum tal-alkoħol;

(d)

assigurazzjonijiet li kwalunkwe operatur involut ikun effikaċi u għandu aċċess għall-kapaċità teknika meħtieġa u li l-ispiża tal-miżura li huwa stess jippjana li jwettaq ma taqbiżx ir-rati normali tas-suq.

3.   Wara li jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħżlu lil dawk li joffru l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz.

Għandha tingħata preferenza lill-operazzjonijiet:

(a)

li jikkonċernaw diversi Stati Membri;

(b)

li jikkonċernaw diversi reġjuni amministrattivi jew tal-inbid;

(c)

li jikkonċernaw diversi denominazzjonijiet tal-oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

4.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jiddeċiedu li jagħżlu operazzjoni ta' promozzjoni konġunta. Dawn għandhom jobbligaw ruħhom li jikkontribwixxu għall-iffinanzjar u jaqblu dwar proċeduri ta' kollaborazzjoni amministrattiva biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-verifika tal-operazzjoni ta' promozzjoni konġunta.

5.   Fejn Stati Membri jagħtu għajnuniet nazzjonali għall-promozzjoni, għandhom jikkomunikawhom fil-parti rilevanti tal-Annessi I, V, VII, VIII u VIIIc ta' dan ir-Regolament.”

(3)

Fit-Taqsima 6a, għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20c

Ġestjoni finanzjarja

1.   L-appoġġ għandu jitħallas ġaladarba jkun ġie aċċertat li operazzjoni waħda jew l-operazzjonijiet kollha koperti mill-applikazzjoni għall-appoġġ, skont l-għażla li jkun għamel l-Istat Membru għall-ġestjoni tal-miżura, ikunu ġew implimentati u kkontrollati fuq il-post.

Fejn l-appoġġ normalment ikun jista' jitħallas biss wara l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet kollha, b'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-appoġġ għandu jitħallas għal operazzjonijiet uniċi implimentati jekk il-bqija tal-operazzjonijiet ma setgħux jitwettqu minħabba force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali kif jissemma fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill (*2).

Jekk mill-verifiki jirriżulta li operazzjoni komprensiva koperta mill-applikazzjoni għall-appoġġ ma tkunx ġiet implimentata kollha għal raġunijiet għajr force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali kif jissemma fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u fejn l-appoġġ ikun tħallas wara operazzjonijiet uniċi li jkunu parti mill-operazzjoni komprensiva koperta mill-applikazzjoni għall-appoġġ, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li jirkupraw l-għajnuna li tkun tħallset.

2.   Benefiċjarji ta' appoġġ għall-innovazzjoni jistgħu jitolbu avvanz ta' pagament mill-aġenzija tal-pagamenti jekk din l-għażla tkun inkluża fil-programm nazzjonali ta' appoġġ.

L-ammont tal-avvanzi ma għandux jaqbeż l-20 % tal-għajnuna pubblika relatata mal-investiment fl-innovazzjoni, u l-pagament tiegħu għandu jkun soġġett għall-istabbilment ta' garanzija bankarja jew garanzija ekwivalenti li tkun tikkorrispondi għal 110 % tal-ammont tal-avvanz. Madankollu, fil-każ ta' investimenti fl-innovazzjoni li għalihom id-deċiżjoni individwali biex jingħata l-appoġġ tittieħed fis-snin finanzjarji 2014 jew 2015, l-ammont tal-avvanzi jista' jitla' sa 50 % tal-għajnuna pubblika marbuta ma' dak l-investiment. Għall-finijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 (*3) l-obbligu għandu jkun li jintefaq l-ammont totali avvanzat fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni kkonċernata sentejn wara l-pagament tiegħu.

Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata meta l-aġenzija tal-pagamenti kompetenti tistabbilixxi li l-ammont ta' nfiq reali li jkun jikkorrispondi mal-għajnuna pubblika marbuta mal-innovazzjoni jaqbeż l-ammont tal-avvanz.

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (ir-Regolament orizzontali) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549)."

(*3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 4).”."

(4)

L-Artikolu 37b huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Fejn l-avvanzi jingħataw skont l-Artikoli 5(7), 5e, 9(2), 19(2), 20a(4) u 24(3), il-benefiċjarji huma mitluba li ta' kull sena jipprovdu lill-aġenziji tal-pagamenti it-tagħrif li ġej għal kull proġett:

(a)

dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż, skont il-miżura, li jiġġustifikaw l-użu tal-avvanzi sal-15 ta' Ottubru; kif ukoll;

(b)

konferma, skont il-miżura, tal-bilanċ ta' avvanzi mhux użati li jifdal fil-15 ta' Ottubru.

Fir-regoli nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu d-data tat-trażmissjoni ta' dan it-tagħrif sabiex jiġi inkluż fil-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament.”

(b)

Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2012, l-evidenza ta' intitolament finali li trid tiġi prodotta għandha tkun l-aħħar dikjarazzjoni u konferma tal-ispejjeż tal-bilanċ imsemmija fil-paragrafu 1.

Rigward l-avvanzi skont l-Artikoli 9(2), 19(2) u 20a(4) ta' dan ir-Regolament, id-dikjarazzjoni u l-konferma tal-aħħar spejjeż tal-bilanċ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprovduta sal-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-pagament tagħhom.”

(5)

Fl-Artikolu 77, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   L-Artikolu 24(1), (2), (3) u (6) u l-Artikolu 26(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2011 (*4) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-miżuri previsti fl-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(*4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta' Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8).” "

(6)

L-Annessi I sa VIIIa u l-Anness VIIIc huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).

(4)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 fir-rigward ta' miżuri ġodda skont il-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid (ara paġna 62 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)


ANNESS

(1)   

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 555/2008, il-Parti B tinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018

Stat Membru (*1):

Perjodu (*2) Data tas-sottomissjoni: Numru tar-reviżjoni:

Jekk il-modifika tintalab mill-Kummissjoni/il-modifika tintalab mill-Istat Membru (*3)

A.

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet kwantifikati tagħhom

(a)

Appoġġ għall-Iskema ta' Pagament Uniku skont l-Artikolu 103o tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le:

(b)

(i)

Promozzjoni f'suq ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 103p tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

Għajnuna mill-Istat:

(ii)

Promozzjoni fl-Istati Membri skont l-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

Għajnuna mill-Istat:

(c)

(i)

Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji skont l-Artikolu 103q tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

(ii)

Tħawwil mill-ġdid ta' vinji għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji skont 46(3)c tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

(d)

Ħsad bikri skont l-Artikolu 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

(e)

Fondi reċiproki skont l-Artikolu 103s tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

(f)

Assigurazzjoni tal-ħsad skont l-Artikolu 103t tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

Għajnuna mill-Istat:

(g)

Investimenti f'intrapriżi skont l-Artikolu 103u tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

Għajnuna mill-Istat:

(h)

Innovazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti:

Għanijiet kwantifikati:

(i)

Distillazzjoni ta' prodott sekondarju skont l-Artikolu 103v tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva:

Deskrizzjoni tal-miżuri proposti (inkluż il-livell tal-għajnuna):

Għanijiet kwantifikati:

B.

Riżultati ta' konsultazzjonijiet miżmuma

C.

Stima li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni (*4)

D.

Skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri

E.

Tabella ġenerali ta' ffinanzjar mogħtija fil-format tal-Anness II (in-numru ta' reviżjoni għandu jkun speċifikat)

F.

Kriterji u indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

Passi meħudin biex ikun żgurat li l-programmi jkunu implimentati kif xieraq u b'mod effettiv

G.

Ħatra ta' awtoritajiet u korpi kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm

(*1)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE."

(*2)  Snin tal-inbid."

(*3)  Aqta' barra l-element il-ħażin."

(*4)  Stati Membri msemmija fl-Artikolu 103o(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandux ikollhom obbligu li jimlew il-punti C u F.” "

(2)   

Fl-Anness I, il-Parti B tinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018 (*5)

(f'EUR 1000)

Stat Membru (*6):

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena finanzjarja

 

Miżuri

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

2014

2015

2016

2017

2018

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

1-

Skema ta' Pagament Uniku

Artikolu 103o

 

 

3-

Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji

Artikolu 103q

 

 

 

 

 

 

4-

Ħsad bikri

Artikolu 103r

 

 

 

 

 

 

5-

Fondi reċiproki

Artikolu 103s

 

 

 

 

 

 

6-

Assigurazzjoni tal-ħsad

Artikolu 103t

 

 

 

 

 

 

7-

Investimenti f'intrapriża

Artikolu 103u

 

 

 

 

 

 

9-

Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji

Artikolu 103v

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

 

Miżura u submiżuri

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

 

 

 

 

 

2-

Promozzjoni

Artikolu 45

 

 

 

 

 

 

3a-

Tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji

Artikolu 46(3)(c)

 

 

 

 

 

 

8-

Innovazzjoni

Artikolu 51

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

(3)   

Fl-Anness III, il-Parti B tinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018 (*7)

(f'EUR 1000)

Stat Membru (*8):

Reġjun:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena finanzjarja

 

Miżuri

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

2014

2015

2016

2017

2018

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

1-

Skema ta' Pagament Uniku

Artikolu 103o

 

 

3-

Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji

Artikolu 103q

 

 

 

 

 

 

4-

Ħsad bikri

Artikolu 103r

 

 

 

 

 

 

5-

Fondi reċiproki

Artikolu 103s

 

 

 

 

 

 

6-

Assigurazzjoni tal-ħsad

Artikolu 103t

 

 

 

 

 

 

7-

Investimenti f'intrapriża

Artikolu 103u

 

 

 

 

 

 

9-

Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji

Artikolu 103v

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

 

Miżura u submiżuri

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

 

 

 

 

 

2-

Promozzjoni

Artikolu 45

 

 

 

 

 

 

3a-

Tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji

Artikolu 46(3)(c)

 

 

 

 

 

 

8-

Innovazzjoni

Artikolu 51

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

(4)   

Fl-Anness IV, il-Parti B tinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018

(f'EUR 1000)

Stat Membru (*9):

Data tal-komunikazzjoni (*10):

Data tal-komunikazzjoni preċedenti:

Numru ta' din it-tabella emendata:

Raġuni: il-modifika tintalab mill-Kummissjoni/il-modifika tintalab mill-Istat Membru (*11)

 

 

Sena finanzjarja

 

Miżuri

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

 

2014

2015

2016

2017

2018

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

1-

Skema ta' Pagament Uniku

Artikolu 103o

 

 

 

3-

Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji

Artikolu 103q

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

4-

Ħsad bikri

Artikolu 103r

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

5-

Fondi reċiproki

Artikolu 103s

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

6-

Assigurazzjoni tal-ħsad

Artikolu 103t

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

7-

Investimenti f'intrapriża

Artikolu 103u

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

9-

Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji

Artikolu 103v

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

Subtotal

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

 

Miżura u submiżuri

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

 

 

 

 

 

 

2-

Promozzjoni

Artikolu 45

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

3a-

Tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji

Artikolu 46(3)(c)

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

8-

Innovazzjoni

Artikolu 51

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

Subtotal

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

 

Total

Sottomissjoni preċedenti

 

 

 

 

 

 

Ammont emendat

 

 

 

 

 

 

(5)   

Fl-Anness IV, il-Punt B jinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018

Stat Membru (*12):

Perjodu: Data tas-sottomissjoni: Numru tar-reviżjoni:

A.

Evalwazzjoni globali:

B.

Kundizzjonijiet u riżultati ta' implimentazzjoni ta' miżuri proposti (*13)

(a)

Appoġġ għal Skema ta' Pagament Uniku skont l-Artikolu 103o

(b)

1.

Promozzjoni fi swieq ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 103p tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati (*14)

Għajnuna mill-Istat:

2.

Promozzjoni fl-Istati Membri skont l-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati (*14)

Għajnuna mill-Istat:

(c)

1.

Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji skont l-Artikolu 103q tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati:

2.

Tħawwil mill-ġdid ta' vinji għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji skont 46(3)c tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati:

(d)

Ħsad bikri skont l-Artikolu 103r tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati:

(e)

Fondi reċiproki skont l-Artikolu 103s tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati:

(f)

Assigurazzjoni tal-ħsad skont l-Artikolu 103t tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati:

Għajnuna mill-Istat:

(g)

Investimenti f'intrapriżi skont l-Artikolu 103u tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati:

Għajnuna mill-Istat:

(h)

Innovazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni:

Riżultati:

(i)

Distillazzjoni ta' prodott sekondarju skont l-Artikolu 103v tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni (inkluż il-livell tal-għajnuna):

Riżultati:

C.

Konklużjonijiet (u, jekk meħtieġ, modifiki mbassra)

(*12)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE."

(*13)  Iridu jimtlew biss il-paragrafi li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li kienu ddaħħlu fil-programm ta' appoġġ."

(*14)  Stima tal-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali msejsa fuq kriterji u indikaturi kwantittativi definiti għal monitoraġġ u evalwazzjoni fil-programm sottomess.”"

(*14)  Stima tal-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali msejsa fuq kriterji u indikaturi kwantittativi definiti għal monitoraġġ u evalwazzjoni fil-programm sottomess.”"

(6)   

Fl-Anness IV, il-Parti B tinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018

Stat Membru (*15):

Data tal-komunikazzjoni (*16):

Tabella emendata: Iva/Le (*17)

Jekk iva numru:

 

Sena finanzjarja

 

Miżuri

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

2014

2015

2016

2017

2018

Total

 

 

Previżjoni/Eżekuzzjoni (3)

Previżjoni/Eżekuzzjoni (3)

Previżjoni/Eżekuzzjoni (3)

Previżjoni/Eżekuzzjoni (3)

Previżjoni/Eżekuzzjoni (3)

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

1-

Skema ta' Pagament Uniku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

3-

Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji

Artikolu 103q

 

 

 

 

 

 

4-

Ħsad bikri

Artikolu 103r

 

 

 

 

 

 

5-

Fondi reċiproki

Artikolu 103s

 

 

 

 

 

 

6-

Assigurazzjoni tal-ħsad

Artikolu 103t

 

 

 

 

 

 

7-

Investimenti f'intrapriża

Artikolu 103u

 

 

 

 

 

 

9-

Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji

Artikolu 103v

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

 

Miżura u submiżuri

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

 

 

 

 

 

2-

Promozzjoni

Artikolu 45

 

 

 

 

 

 

3a-

Tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji

Artikolu 46(3)(c)

 

 

 

 

 

 

8-

Innovazzjoni

Artikolu 51

 

 

 

 

 

 

Subtotal

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

(7)   

Fl-Anness VII, il-Parti B tinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018

(ammont finanzjarju f'EUR 1000)

Stat Membru (*18):

Data tal-komunikazzjoni (*19):

Data tal-komunikazzjoni preċedenti:

Numru ta' din it-tabella emendata:

 

 

Sena finanzjarja

 

 

 

 

2014

2015

2016

2017

2018

Total

Miżuri

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

 

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Eżekuzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

1-

Skema ta' Pagament Uniku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

2-

Promozzjoni fi swieq ta' pajjiżi terzi

Artikolu 103p

Għadd ta' proġetti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Medja ta' appoġġ Komunitarju (*20)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuniet mill-Istat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

3-

Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji

Artikolu 103q

Żona koperta (ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Ammont medju (EUR/ettaru) (*21)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4-

Ħsad bikri

Artikolu 103r

Żona koperta (ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammont medju (EUR/ettaru) (*21)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5-

Fondi reċiproki

Artikolu 103s

Għadd ta' Fondi ġodda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Medja ta' appoġġ Komunitarju (*22)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6–

Assigurazzjoni tal-ħsad

Artikolu 103t

Għadd ta' produtturi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Medja ta' appoġġ Komunitarju (*23)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuna mill-Istat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7-

Investimenti f'intrapriża

Artikolu 103u

Għadd ta' benefiċjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Medja ta' appoġġ Komunitarju (*24)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuna mill-Istat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.1

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni ta' konverġenza

Artikolu 103u(4)(a)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.2

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni barra dawk ta' konverġenza

Artikolu 103u(4)(b)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.3

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni l-aktar 'il barra

Artikolu 103u(4)(c)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.4

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni żgħar tal-Gżejjer Eġej

Artikolu 103u(4)(d)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.5

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni ta' konverġenza

Artikolu 103u(4)(a)

Kontribuzzjoni Komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.6

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni barra dawk ta' konverġenza

Artikolu 103u(4)(b)

Kontribuzzjoni Komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.7

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni l-aktar 'il barra

Artikolu 103u(4)(c)

Kontribuzzjoni Komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.8

Investimenti f'intrapriża f'reġjuni żgħar tal-Gżejjer Eġej

Artikolu 103u(4)(d)

Kontribuzzjoni Komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

9-

Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji

Artikolu 103v

Firxa ta' għajnuna massima (EURO/%vol/ettolitri) (*25)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miljuni ta' ettolitri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medja ta' appoġġ Komunitarju (*26)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miżura u submiżuri

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2a-

Promozzjoni fl-Istati Membri

Artikolu 45(1)(a)

Għadd ta' proġetti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Medja ta' appoġġ Komunitarju (*20)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuniet mill-Istat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

3a-

Tħawwil mill-ġdid ta' vinji għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji

Artikolu 46(3)(c)

Żona koperta (ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Ammont medju (EUR/ettaru) (*21)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8-

Innovazzjoni

Artikolu 51

Għadd ta' benefiċjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Medja ta' appoġġ Komunitarju (*24)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(8)   

Fl-Anness VIII, il-Parti B tinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018

1.   Promozzjoni fl-Istati Membri

Stat Membru:

Previżjonijiet/eżekuzzjoni (*)

Data tal-komunikazzjoni (**):

Data tal-komunikazzjoni preċedenti:

Numru ta' din it-tabella emendata:

Benefiċjarji

Miżura eliġibbli (l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Deskrizzjoni (**)

Suq immirat

Perjodu

Nefqa eliġibbli

(EUR)

li minnha l-kontribuzzjoni Komunitarja

(EUR)

li minnha appoġġ pubbliku ieħor, jekk ikun hemm

(EUR)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

 

 

 

 

 

 

 

2.   Promozzjoni f'pajjiżi terzi

Stat Membru:

Previżjonijiet/eżekuzzjoni (*27)

Data tal-komunikazzjoni (*28):

Data tal-komunikazzjoni preċedenti:

Numru ta' din it-tabella emendata:

Benefiċjarji

Miżura eliġibbli (l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013)

Deskrizzjoni (*29)

Żona koperta

Perjodu

Nefqa eliġibbli

(EUR)

li minnha l-kontribuzzjoni Komunitarja

(EUR)

li minnha appoġġ pubbliku ieħor, jekk ikun hemm

(EUR)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

 

 

 

 

 

 

 

(9)   

Fl-Anness VIIIa, il-Punt B jinbidel b'dan li ġej:

“B.   IS-SNIN FINANZJARJI 2014–2018

1.   Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji skont l-Artikolu 103q tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Stat Membru (*):

Sena finanzjarja:

Data tal-komunikazzjoni (**):

Reġjun

Operazzjonijiet ta' ristrutturar u konverżjoni approvati globalment

Operazzjonijiet konċernati ta' ristrutturar għal qlugħ tad-dwieli preċedenti (***)

Kontroll qabel il-qlugħ tad-dwieli (****)

Kontroll wara r-ristrutturar/il-konverżjoni

superfiċje finalment aċċettata wara l-kontroll (ettari)

superfiċje mhux aċċettata wara l-kontroll (ettari)

primjums mitluba rifjutati (EUR)

Sanzjonijiet (****)

amministrattivament

Fuq il-post

Għadd ta' applikazzjonijiet

żona (ettari)

għadd

żona konċernata mal-qlugħ tad-dwieli preċedenti (ettari)

għadd ta' produtturi kontrollati

medda kontrollata (ettari)

għadd ta' produtturi kontrollati

medda kontrollata (ettari)

għadd ta' produtturi kontrollati

żona kontrollata (ettari)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-Istat Membru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   Tħawwil mill-ġdid ta' vinji għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji skont 46(3)c tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Snin finanzjarji 2014-2018:

Stat Membru (*30):

Sena finanzjarja:

Data tal-komunikazzjoni (*31):

Reġjun

Operazzjonijiet ta' tħawwil mill-ġdid approvati globalment

Kontroll amministrattiv qabel it-tħawwil mill-ġdid

Kontroll wara t-tħawwil mill-ġdid

Superfiċje finalment aċċettata wara l-kontroll (ettari)

Superfiċje mhux aċċettata wara l-kontroll (ettari)

Primjums mitluba rifjutati (EUR)

Sanzjonijiet (*32)

Għadd ta' applikazzjonijiet

żona (ettari)

għadd ta' produtturi kontrollati

medda kontrollata (ettari)

għadd ta' produtturi kontrollati

medda kontrollata (ettari)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-Istat Membru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(***)

Inklużi parzjalment fil-kolonni 2 u 3.

(10)   

Fl-Anness VIIIc, it-Tabelli 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

(*1)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE.

(*2)  Snin tal-inbid.

(*3)  Aqta' barra l-element il-ħażin.

(*4)  Stati Membri msemmija fl-Artikolu 103o(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandux ikollhom obbligu li jimlew il-punti C u F.”

(*12)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE.

(*13)  Iridu jimtlew biss il-paragrafi li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li kienu ddaħħlu fil-programm ta' appoġġ.

(*14)  Stima tal-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali msejsa fuq kriterji u indikaturi kwantittativi definiti għal monitoraġġ u evalwazzjoni fil-programm sottomess.””


(*5)  L-ammonti jinkludu wkoll l-ispejjeż ta' azzjonijiet imnedija fil-qafas tal-ewwel programm ta' ħames snin 2009-2013 u li l-pagamenti għalih se jsiru fit-tieni programm ta' ħames snin 2014-2018.

(*6)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE.”

(*7)  L-ammonti jinkludu wkoll l-ispejjeż ta' azzjonijiet imnedija fil-qafas tal-ewwel programm ta' ħames snin 2009-2013 u li l-pagamenti għalih se jsiru fit-tieni programm ta' ħames snin 2014-2018.

(*8)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE.”

(*9)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE.

(*10)  Skadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju.

(*11)  Aqta' barra l-element il-ħażin.”

(*15)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE.

(*16)  Skadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu.

(*17)  Aqta' barra l-element il-ħażin.”

(*18)  Għandu jintuża l-akronimu OPOCE.

(*19)  Skadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju; għall-eżekuzzjoni kull nhar l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba fl-2015).

(*20)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) minfuq(a) mill-għadd ta' proġetti kkonċernati f'dan l-Anness.

(*21)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) ddikjarat(i) fl-Anness II (għal previżjonijiet) u l-Anness VI (għal eżekuzzjoni) bil-medda konċernata f'dan l-Anness.

(*22)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) ddikjarat(i) fl-Anness II (għal previżjonijiet) u l-Anness VI (għal eżekuzzjoni) bl-għadd ta' fondi konċernati f'dan l-Anness.

(*23)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) ddikjarat(i) fl-Anness II (għal previżjonijiet) u l-Anness VI (għal eżekuzzjoni) bl-għadd ta' produtturi konċernati f'dan l-Anness.

(*24)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) ddikjarat(i) fl-Anness II (għal previżjonijiet) u l-Anness VI (għal eżekuzzjoni) bl-għadd ta' benefiċjarji konċernati f'dan l-Anness.

(*25)  Id-dettalji jingħataw fl-Annessi I u V.

(*26)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) dikjarat(i) fl-Anness II (għal previżjonijiet) u l-Anness VI (għal eżekuzzjoni) bl-għadd ta' ettolitri konċernati f'dan l-Anness.”

(*27)  Aqta' barra l-element il-ħażin.

(*28)  Skadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju; għall-eżekuzzjoni kull nhar l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba fl-2015).

(*29)  Inkluż jekk il-miżura ta' promozzjoni tkun organizzata b'kooperazzjoni ma' Stat Membru wieħed jew aktar.”

(*30)  Għandhom jintużaw l-akronimi tal-OPOCE.

(*31)  Skadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Diċembru ta' kull sena u għall-ewwel darba l-1 ta' Diċembru 2014.

(*32)  Fejn huwa applikabbli.”


Top