This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0423
Regulation (EU) No 423/2014 of the European Parliament and of the Council of 16 April 2014 adjusting with effect from 1 July 2012 the remuneration and pensions of officials and other servants of the European Union and the correction coefficients applied thereto
Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li jaġġusta, b'effett mill- 1 ta' Lulju 2012 , ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li jaġġusta, b'effett mill- 1 ta' Lulju 2012 , ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/12 |
REGOLAMENT (UE) Nru 423/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' April 2014
li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (“il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra”), stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (2),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (3),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),
Billi:
(1) |
Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-63/12, il-Kummissjoni vs il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) ikkjarifikat li l-istituzzjonijiet huma obbligati li jiddeċiedu kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni, jew billi jagħmlu aġġustament “matematiku” skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, jew billi jidderogaw minn dan il-kalkolu “matematiku” skont l-Artikolu 10 tiegħu. |
(2) |
L-għan tal-Artikolu 19 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), hu li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim tagħhom rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet f'konformità ma' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li jittieħed kont debitu tal-aspettattivi leġittimi tal-persunal li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu deċiżjoni kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tagħhom. |
(3) |
Sabiex taderixxi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, fejn il-Kunsill jistabbilixxi li jkun hemm deterjorament serju u mhux mistenni fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew fil-proċess leġiżlattiv. Fl-24 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill iddikjara li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kif ippreżentata fir-rapport tagħha dwar il-klawżola ta' eċċezzjoni ma tirriflettix id-deterjorament serju u f'salt fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni fl-2012, kif kien suġġerit mid-data ekonomika u oġġettiva li kienet pubblikament disponibbli. Għalhekk il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta, f'konformità mal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, proposta adatta għall-aġġustament tas-salarji tal-2012. |
(4) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li taħt il-klawżola ta' eċċezzjoni l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet. Fid-dawl tad-data ekonomika u soċjali għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2011, bħas-segwiti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-2011, li kkawżat reċessjoni ekonomika fl-Unjoni u sitwazzjoni ta' deterjorament soċjali kif ukoll livelli kontinwament għolja ta' qgħad u ta' defiċit u ta' dejn pubbliku fl-Unjoni, ikun adatt li l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu jiġi stabbilit għal 0,8 % għall-2012. Dak l-aġġustament hu parti minn approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet, li wkoll jinvolvi aġġustament ta' 0 % għall-2011. |
(5) |
Konsegwentement, matul perjodu ta' ħames snin (2010–2014) l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea huwa kif ġej: fl-2010, l-applikazzjoni tal-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal rriżultat f'aġġustament ta' 0,1 %. Għas-snin 2011 u 2012, ir-riżultat tal-approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jinvolvi aġġustament ta' 0 % u ta' 0,8 % rispettivament. Addizzjonalment, bħala parti mill-kompromess politiku dwar ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, ġie deċiż li r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġu ffriżati għas-snin 2013 u 2014, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, id-data tal-“1 ta' Lulju 2011” fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“1 ta' Lulju 2012”.
Artikolu 2
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella bil-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, li tapplika għall-finijiet tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet, għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
1/07/2012 |
SKALA |
||||
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
16 |
17 054,40 |
17 771,05 |
18 517,81 |
|
|
15 |
15 073,24 |
15 706,64 |
16 366,65 |
16 822,00 |
17 054,40 |
14 |
13 322,22 |
13 882,04 |
14 465,38 |
14 867,83 |
15 073,24 |
13 |
11 774,62 |
12 269,40 |
12 784,98 |
13 140,68 |
13 322,22 |
12 |
10 406,80 |
10 844,10 |
11 299,79 |
11 614,16 |
11 774,62 |
11 |
9 197,87 |
9 584,37 |
9 987,12 |
10 264,98 |
10 406,80 |
10 |
8 129,38 |
8 470,99 |
8 826,95 |
9 072,53 |
9 197,87 |
9 |
7 185,01 |
7 486,94 |
7 801,55 |
8 018,60 |
8 129,38 |
8 |
6 350,35 |
6 617,20 |
6 895,26 |
7 087,10 |
7 185,01 |
7 |
5 612,65 |
5 848,50 |
6 094,26 |
6 263,81 |
6 350,35 |
6 |
4 960,64 |
5 169,10 |
5 386,31 |
5 536,16 |
5 612,65 |
5 |
4 384,38 |
4 568,62 |
4 760,60 |
4 893,04 |
4 960,64 |
4 |
3 875,06 |
4 037,89 |
4 207,57 |
4 324,63 |
4 384,38 |
3 |
3 424,90 |
3 568,82 |
3 718,79 |
3 822,25 |
3 875,06 |
2 |
3 027,04 |
3 154,24 |
3 286,79 |
3 378,23 |
3 424,90 |
1 |
2 675,40 |
2 787,82 |
2 904,97 |
2 985,79 |
3 027,04 |
Artikolu 3
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.
B'effett mill-1 ta' Jannar 2013, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella hawn taħt.
B'effett mis-16 ta' Mejju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għall-pensjonijiet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk l-Istati Membri għandha tkun is-16 ta' Mejju 2012.
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
Pajjiż/Post |
Rimunerazzjoni |
Trasferiment |
Pensjoni |
Pensjoni |
1.7.2012 |
1.1.2013 |
1.7.2012 |
16.5.2012 |
|
Bulgarija |
58,4 |
57,4 |
100,0 |
|
Rep. Ċeka |
80,6 |
74,6 |
100,0 |
|
Danimarka |
135,3 |
127,3 |
127,3 |
|
Ġermanja |
95,8 |
96,6 |
100,0 |
|
Bonn |
94,1 |
|
|
|
Karlsruhe |
93,8 |
|
|
|
Munich |
106,4 |
|
|
|
Estonja |
77,6 |
78,0 |
100,0 |
|
Greċja |
90,5 |
89,0 |
100,0 |
|
Spanja |
97,1 |
90,9 |
100,0 |
|
Franza |
117,7 |
109,2 |
109,2 |
|
Irlanda |
110,6 |
104,5 |
104,5 |
|
Italja |
104,2 |
97,4 |
100,0 |
|
Varese |
93,4 |
|
|
|
Ċipru |
84,1 |
87,4 |
100,0 |
|
Latvja |
77,6 |
74,9 |
100,0 |
|
Litwanja |
71,5 |
69,5 |
100,0 |
|
Ungerija |
78,3 |
68,7 |
100,0 |
|
Malta |
83,3 |
83,7 |
100,0 |
|
Pajjiżi l-Baxxi |
105,3 |
100,9 |
|
100,9 |
Awstrija |
106,4 |
103,2 |
103,2 |
|
Polonja |
74,2 |
66,4 |
100,0 |
|
Portugall |
83,5 |
82,8 |
100,0 |
|
Rumanija |
68,8 |
60,0 |
100,0 |
|
Slovenja |
85,3 |
81,2 |
100,0 |
|
Slovakkja |
79,7 |
73,5 |
100,0 |
|
Finlandja |
122,1 |
113,8 |
113,8 |
|
Svezja |
131,9 |
123,8 |
123,8 |
|
Renju Unit |
147,8 |
119,0 |
119,0 |
|
Culham |
112,5 |
|
|
Artikolu 4
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għal-leave tal-ġenituri msemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 42(a) tar-Regolamenti tal-Persunal tkun ta' EUR 919,02 u ta' EUR 1 225,36 għall-ġenituri waħedhom.
Artikolu 5
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont bażiku tal-allowance għall-unità domestika msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 171,88.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għat-tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 375,59.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 254,83.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 91,75.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 509,43.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 134 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Impjegati l-Oħra jkun ta' EUR 366,22.
Artikolu 6
B'effett mill-1 ta' Jannar 2013, l-allowance għall-kilometraġġ imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun aġġustat kif ġej:
EUR 0 għal kull kilometru bejn |
0 u 200 km |
EUR 0,3820 għal kull kilometru bejn |
201 u 1 000 km |
EUR 0,6367 għal kull kilometru bejn |
1 001 u 2 000 km |
EUR 0,3820 għal kull kilometru bejn |
2 001 u 3 000 km |
EUR 0,1272 għal kull kilometru bejn |
3 001 u 4 000 km |
EUR 0,0614 għal kull kilometru bejn |
4 001 u 10 000 km |
EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn |
10 000 km. |
Ma' din l-allowance għall-kilometraġġ għandu jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:
— |
EUR 191,00 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km; |
— |
EUR 381,96 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun akbar minn 1 450 km. |
Artikolu 7
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta':
— |
EUR 39,48 għal uffiċjal li għandu dritt għall-allowance tal-unità domestika; |
— |
EUR 31,83 għal uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-unità domestika. |
Artikolu 8
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance tal-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra jkun ta':
— |
EUR 1 123,91 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika; |
— |
EUR 668,27 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika. |
Artikolu 9
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 1 347,89 u l-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2 695,79.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 28a(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għall-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 1 225,36.
Artikolu 10
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella tal-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
FUNZJONI GRUPP |
1/7/2012 |
SKALA |
||||||
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
IV |
18 |
5 879,08 |
6 001,34 |
6 126,14 |
6 253,54 |
6 383,59 |
6 516,34 |
6 651,85 |
17 |
5 196,08 |
5 304,14 |
5 414,44 |
5 527,04 |
5 641,98 |
5 759,31 |
5 879,08 |
|
16 |
4 592,43 |
4 687,93 |
4 785,42 |
4 884,94 |
4 986,53 |
5 090,23 |
5 196,08 |
|
15 |
4 058,91 |
4 143,32 |
4 229,48 |
4 317,44 |
4 407,22 |
4 498,87 |
4 592,43 |
|
14 |
3 587,37 |
3 661,97 |
3 738,13 |
3 815,86 |
3 895,22 |
3 976,22 |
4 058,91 |
|
13 |
3 170,61 |
3 236,55 |
3 303,85 |
3 372,56 |
3 442,69 |
3 514,29 |
3 587,37 |
|
III |
12 |
4 058,85 |
4 143,25 |
4 229,41 |
4 317,36 |
4 407,13 |
4 498,78 |
4 592,33 |
11 |
3 587,34 |
3 661,93 |
3 738,08 |
3 815,81 |
3 895,16 |
3 976,16 |
4 058,85 |
|
10 |
3 170,60 |
3 236,53 |
3 303,83 |
3 372,54 |
3 442,67 |
3 514,26 |
3 587,34 |
|
9 |
2 802,28 |
2 860,55 |
2 920,03 |
2 980,75 |
3 042,74 |
3 106,01 |
3 170,60 |
|
8 |
2 476,74 |
2 528,24 |
2 580,82 |
2 634,48 |
2 689,27 |
2 745,19 |
2 802,28 |
|
II |
7 |
2 802,21 |
2 860,50 |
2 919,99 |
2 980,72 |
3 042,72 |
3 106,01 |
3 170,61 |
6 |
2 476,62 |
2 528,13 |
2 580,71 |
2 634,39 |
2 689,18 |
2 745,12 |
2 802,21 |
|
5 |
2 188,86 |
2 234,38 |
2 280,86 |
2 328,30 |
2 376,72 |
2 426,16 |
2 476,62 |
|
4 |
1 934,53 |
1 974,77 |
2 015,84 |
2 057,77 |
2 100,57 |
2 144,26 |
2 188,86 |
|
I |
3 |
2 383,19 |
2 432,65 |
2 483,14 |
2 534,68 |
2 587,28 |
2 640,98 |
2 695,79 |
2 |
2 106,84 |
2 150,57 |
2 195,20 |
2 240,76 |
2 287,27 |
2 334,74 |
2 383,19 |
|
1 |
1 862,54 |
1 901,20 |
1 940,65 |
1 980,93 |
2 022,04 |
2 064,01 |
2 106,84 |
Artikolu 11
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance għall-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta':
— |
EUR 845,37 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika, |
— |
EUR 501,20 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika. |
Artikolu 12
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 1 010,92 u l-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2 021,83.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 96(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 919,02.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra, il-limitu minimu jkun ta' EUR 889,39 u l-limitu massimu jkun ta' EUR 2 092,68.
Artikolu 13
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (6) għandhom ikunu ta' EUR 385,23, EUR 581,45, EUR 635,74 u EUR 866,72.
Artikolu 14
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (7) għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta' 5,5609.
Artikolu 15
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
1/7/2012 |
SKALA |
|||||||
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
16 |
17 054,40 |
17 771,05 |
18 517,81 |
18 517,81 |
18 517,81 |
18 517,81 |
|
|
15 |
15 073,24 |
15 706,64 |
16 366,65 |
16 822,00 |
17 054,40 |
17 771,05 |
|
|
14 |
13 322,22 |
13 882,04 |
14 465,38 |
14 867,83 |
15 073,24 |
15 706,64 |
16 366,65 |
17 054,40 |
13 |
11 774,62 |
12 269,40 |
12 784,98 |
13 140,68 |
13 322,22 |
|
|
|
12 |
10 406,80 |
10 844,10 |
11 299,79 |
11 614,16 |
11 774,62 |
12 269,40 |
12 784,98 |
13 322,22 |
11 |
9 197,87 |
9 584,37 |
9 987,12 |
10 264,98 |
10 406,80 |
10 844,10 |
11 299,79 |
11 774,62 |
10 |
8 129,38 |
8 470,99 |
8 826,95 |
9 072,53 |
9 197,87 |
9 584,37 |
9 987,12 |
10 406,80 |
9 |
7 185,01 |
7 486,94 |
7 801,55 |
8 018,60 |
8 129,38 |
|
|
|
8 |
6 350,35 |
6 617,20 |
6 895,26 |
7 087,10 |
7 185,01 |
7 486,94 |
7 801,55 |
8 129,38 |
7 |
5 612,65 |
5 848,50 |
6 094,26 |
6 263,81 |
6 350,35 |
6 617,20 |
6 895,26 |
7 185,01 |
6 |
4 960,64 |
5 169,10 |
5 386,31 |
5 536,16 |
5 612,65 |
5 848,50 |
6 094,26 |
6 350,35 |
5 |
4 384,38 |
4 568,62 |
4 760,60 |
4 893,04 |
4 960,64 |
5 169,10 |
5 386,31 |
5 612,65 |
4 |
3 875,06 |
4 037,89 |
4 207,57 |
4 324,63 |
4 384,38 |
4 568,62 |
4 760,60 |
4 960,64 |
3 |
3 424,90 |
3 568,82 |
3 718,79 |
3 822,25 |
3 875,06 |
4 037,89 |
4 207,57 |
4 384,38 |
2 |
3 027,04 |
3 154,24 |
3 286,79 |
3 378,23 |
3 424,90 |
3 568,82 |
3 718,79 |
3 875,06 |
1 |
2 675,40 |
2 787,82 |
2 904,97 |
2 985,79 |
3 027,04 |
|
|
|
Artikolu 16
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fiss imsemmi fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':
— |
EUR 132,89 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C4 jew C5; |
— |
EUR 203,76 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C1, C2 jew C3. |
Artikolu 17
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-iskala tal-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
Grad |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
Paga bażika full-time |
1 694,21 |
1 973,74 |
2 139,95 |
2 320,16 |
2 515,54 |
2 727,38 |
2 957,06 |
Grad |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
13 |
14 |
Paga bażika full-time |
3 206,08 |
3 476,07 |
3 768,79 |
4 086,15 |
4 430,25 |
4 803,32 |
5 207,82 |
Grad |
15 |
16 |
17 |
18 |
19 |
|
|
Paga bażika full-time |
5 646,37 |
6 121,87 |
6 637,39 |
7 196,32 |
7 802,33 |
|
|
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(2) L-Opinjoni tal-4 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) L-Opinjoni tat-3 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014.
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(6) Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1). Ir-Regolament kif supplimentat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, p. 6).
(7) Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).