Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0185

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2014 tas- 26 ta’ Frar 2014 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 57, 27.2.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/185/oj

27.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2014

tas-26 ta’ Frar 2014

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u partikolarment l-Artikoli 5(2) u 6(1)(b)(ii) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 11(2)(b) u (c) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(1)(b), (d), (e), (h) u (i) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), l-Artikoli 17(2) u 18(3), l-Artikolu 19(4)(a), (b) u (c) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(4), l-Artikolu 20(10) u (11), l-Artikolu 21(5) u (6) u l-Artikoli 22(3) u 23(3), l-Artikolu 27(a), (b), (c) u (e) sa (h) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27, l-Artikoli 31(2), 32(3), l-Artikolu 40, l-ewwel u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42, l-Artikoli 43(3), 45(4), 47(2), l-Artikolu 48(2), l-Artikolu 48(7)(a) u (8)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(8) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Hemm żball fil-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (3) li għandu jiġi kkoreġut. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Bulgara.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.


Top