This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0858
2014/858/EU: Commission Decision of 1 December 2014 on the notification by the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland of its wish to participate in acts of the Union in the field of police cooperation and judicial cooperation in criminal matters adopted before the entry into force of the Treaty of Lisbon and which are not part of the Schengen acquis
2014/858/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta' Diċembru 2014 dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jixtieq jieħu sehem f'atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen
2014/858/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta' Diċembru 2014 dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jixtieq jieħu sehem f'atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen
ĠU L 345, 1.12.2014, p. 6–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta' Diċembru 2014
dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jixtieq jieħu sehem f'atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen
(2014/858/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li qieset il-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10(4) tal-Protokoll Nru 36 jippermetti lir-Renju Unit jinnotifika lill-Kunsill, mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 10(3) tal-Protokoll Nru 36, li ma jaċċettax, fir-rigward ta' atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali li kienu ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, is-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 36. |
(2) |
B'ittra lill-President tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2013, ir-Renju Unit uża din il-possibilità billi nnotifika li ma aċċettax is-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja kif imsemmi hawn fuq, bil-konsegwenza li l-atti rilevanti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali waqqfu japplikaw għar-Renju Unit fl-1 ta' Diċembru 2014. |
(3) |
L-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36 jippermetti lir-Renju Unit jinnotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-atti li ma baqgħux japplikaw għalih. |
(4) |
B'ittra lill-President tal-Kunsill b'effett mill-1 ta' Diċembru 2014, ir-Renju Unit uża din il-possibilità billi nnotifika xewqtu li jieħu sehem f'xi wħud mill-atti ta' hawn fuq. |
(5) |
Għall-atti kkonċernati li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen, l-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36 jirreferi għall-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li l-Artikolu 4 tiegħu jirreferi għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 331(1) TFUE. Din l-aħħar dispożizzjoni tistipula l-konferma mill-Kummissjoni tal-parteċipazzjoni tal-Istat Membru li jixtieq jieħu sehem u jinnota fejn xieraq li l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ġew issodisfati. |
(6) |
Skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis tal-Unjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom. |
(7) |
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36 huma ssodisfati għall-atti notifikati mir-Renju Unit, li huma elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. |
(8) |
Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-atti elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tkun kkonfermata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-atti elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni hija kkonfermata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
1. |
L-Azzjoni Konġunta 97/827/ĠAI tal-5 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta' obbligi internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 344, 15.12.1997, p. 7) |
2. |
L-Att tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1997 li jfassal, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 1) |
3. |
L-Azzjoni konġunta 98/700/ĠAI tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Arkivjar ta' Immaġini (FADO) (ĠU L 333, 9.12.1998, p. 4) |
4. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/375/ĠAI tad-29 ta' Mejju 2000 sabiex tkun miġġielda l-pornografija tat-tfal fuq l-Internet (ĠU L 138, 9.6.2000, p. 1) |
5. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/641/ĠAI tas-17 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi segretarjat għall-korpi konġunti tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-data stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Pulizija Ewropea (Konvenzjoni Europol), il-Konvenzjoni dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni għall-Għanijiet ta' Dwana u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen dwar l-abolizzjoni gradwali ta' investigazzjoni fil-fruntieri komuni (Konvenzjoni ta' Schengen) (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 1) |
6. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4) |
7. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1) |
8. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali (ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1) |
9. |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1) |
10. |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1) |
11. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/ĠAI tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/JHA li tistabbilixxi l-Eurojust bil-ħsieb li tirrinforza l-ġlieda kontra d-delitti serji (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44) |
12. |
Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16) |
13. |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59) |
14. |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89) |
15. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/412/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI dwar is-sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 76) |
16. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103) |
17. |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32) |
18. |
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta' kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27) |
19. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130) |
20. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14) |
21. |
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24) |
22. |
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23) |
23. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33) |
24. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37) |
25. |
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20) |
26. |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20) |
27. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6) |
28. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/936/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi għar-reġistri ta' ħidma ta' analiżi tal-Europol (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 14) |
29. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/968/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli dwar il-konfidenzjalità tal-informazzjoni tal-Europol (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 17) |