This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0730
Council Implementing Decision 2014/730/CFSP of 20 October 2014 implementing Decision 2013/255/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK tal- 20 ta' Ottubru 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK tal- 20 ta' Ottubru 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 301, 21.10.2014, pp. 36–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
21/10/2014
|
21.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/36 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/730/PESK
tal-20 ta' Ottubru 2014
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu.
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, 16-il persuna u żewġ entitajiet għandhom jinżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
|
(3) |
L-informazzjoni relatata ma' tliet persuni u entità waħda li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha wkoll tiġi aġġornata. |
|
(4) |
B'segwitu għas-sentenza tat-3 ta' Lulju 2014 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-203/12 (2), Mohamad Nedal Alchaar vs il-Kunsill, Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar għandu jitneħħa mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
|
(5) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata.
ANNESS
I.
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi u ġuridiċi kif stabbilit fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Houmam Jaza'iri (magħruf ukoll bħala Humam al-Jazaeri) |
Data tat-twelid: 1977 |
Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Esteru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
2. |
Mohamad Amer Mardini (magħruf ukoll bħala Mohammad Amer Mardini) |
Data tat-twelid: 1959. Post tat-twelid: Damasku |
Ministru tal-Edukazzjoni Għolja mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
3. |
Mohamad Ghazi Jalali (magħruf ukoll bħala Mohammad Ghazi al-Jalali) |
Data tat-twelid: 1969 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
4. |
Kamal Cheikha (magħruf ukoll bħala Kamal al-Sheikha) |
Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Damasku |
Ministru tar-Riżorsi tal-Ilma mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
5. |
Hassan Nouri (magħruf ukoll bħala Hassan al-Nouri) |
Data tat-twelid: 9.2.1960 |
Ministru tal-Iżvilupp Amministrattiv mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
6. |
Mohammad Walid Ghazal |
Data tat-twelid: 1951. Post tat-twelid: Aleppo. |
Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
7. |
Khalaf Souleymane Abdallah (magħruf ukoll bħala Khalaf Sleiman al-Abdullah) |
Data tat-twelid: 1960. Post tat-twelid: Deir Ezzor |
Ministru tax-Xogħol mis-27.08.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
8. |
Nizar Wahbeh Yazaji (magħruf ukoll bħala Nizar Wehbe Yazigi) |
Data tat-twelid: 1961 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru tas-Saħħa mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
9. |
Hassan Safiyeh (magħruf ukoll bħala Hassan Safiye) |
Data tat-twelid: 1949 Post tat-twelid: Latakia |
Ministru tal-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
10. |
Issam Khalil |
Data tat-twelid: 1965 Post tat-twelid: Banias |
Ministru tal-Kultura mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
11. |
Mohammad Mouti' Mouayyad (magħruf ukoll bħala Mohammad Muti'a Moayyad) |
Data tat-twelid: 1968 Post tat-twelid: Ariha (Idlib) |
Ministru tal-Istat mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
12. |
Ghazwan Kheir Bek (magħruf ukoll bħala Ghazqan Kheir Bek) |
Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Latakia |
Ministru tat-Trasport mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
13. |
Ġeneral Maġġur Ghassan Ahmed Ghannan (magħruf ukoll bħala l-Ġeneral Maġġur Ghassan Ghannan, magħrul ukoll bħala l-Brigadier Ġeneral Ghassan Ahmad Ghanem) |
|
Bħala kmandant tal-155 Missile Brigade, huwa qed jappoġġa lir-reġim Sirjan u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu responsabbli għall-isparar ta' mill-anqas 25 Missila Scud lejn diversi postijiet ċivili bejn Jannar u Marzu 2013. Assoċjat ma' Maher al-Assad. |
21.10.2014 |
|
14. |
Kurunell Mohammed Bilal (magħruf ukoll bħala Tenent Kurunell Muhammad Bilal) |
|
Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru tas-Sirja, hu jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat. |
21.10.2014 |
|
15. |
Mohamed Faraha (magħruf ukoll bħala Muhammad Farahat) |
|
Viċi President tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni ta' Tri-Ocean Energy, li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan, għaldaqstant hu assoċjat ma' entità elenkata. Fid-dawl tal-pożizzjoni għolja tiegħu fi Tri-Ocean Energy, hu responsabbli għall-attivitajiet tal-entità fil-forniment taż-żejt lir-reġim. |
21.10.2014 |
|
16. |
Abdelhamid Khamis Abdullah (magħruf ukoll bħala Abdulhamid Khamis Abdullah magħruf ukoll bħala Hamid Khamis magħruf ukoll bħala Abdelhamid Khamis Ahmad Adballa) |
|
President tal-Overseas Petroleum Trading Company (OPT), li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan. Hu kkoordina kunsinni ta' żejt lir-reġim Sirjan mal-kumpannija taż-żejt elenkata tal-istat Sirjan Sytrol. Għaldaqstant, qed jibbenefika minn u jipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan. Fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu bħala l-aktar persuna anzjana fl-entità hu responsabbli għall-attivitajiet tagħha. |
21.10.2014 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||
|
1. |
Pangates International Corp Ltd (magħrufa wkoll bħala Pangates) |
|
Pangates taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan. Għaldaqstant, hi qed tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol. |
21.10.2014 |
|||
|
2. |
Abdulkarim Group (magħrufa ukoll bħala Al Karim for Trade and Industry/Al Karim Group) |
|
Kumpannija prinċipali ta' Pangates li għandha kontroll operattiv fuqha. Bħala tali, tipprovdi appoġġ lil u qed tibbenefika mir-reġim Sirjan. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol. |
21.10.2014 |
II.
L-entrati dwar il-persuni elenkati hawn taħt, kif stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, huma ssostitwiti mill-entrati li ġejjin.A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
6. |
Muhammad ( (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun) |
Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1951; Post tat-twelid: Damasku; Passaport diplomatiku Nru D000001300 |
Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.10.2014 |
|
33. |
Ayman ( (magħruf ukoll bħala Jaber) |
Post tat-twelid: Latakia |
Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizzja ta' Shabiha. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizzja ta' Shabiha. Jipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
21.10.2014 |
|
50. |
Tarif ( (magħruf ukoll bħala Al Akhras) |
Data tat-twelid: 2 ta' Ġunju 1951; Post tat-twelid: Homs, Sirja; Passaport Sirjan Nru 0000092405 |
Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda appoġġ loġistiku għar-reġim (karozzi tal-linja u tank loaders). |
21.10.2014 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||||
|
17. |
Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company) |
|
Il-maġġoranza tal-azzjonijiet tal-kumpannija jappartjenu direttament jew indirettament lil Rami Makhlouf. |
21.10.2014 |
III.
Il-persuna elenkata hawn taħt tneħħiet mil-lista stabbilita fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.|
118. |
Dr. Mohammad (
|