Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0658

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/658/PESK tat- 8 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    ĠU L 271, 12.9.2014, p. 47–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/658/oj

    12.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 271/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/658/PESK

    tat-8 ta' Settembru 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. (1)

    (2)

    Fit-30 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill Ewropew esprima t-tħassib tiegħu dwar il-ġlied li għaddej u li qiegħed dejjem jiżdied fil-Lvant tal-Ukraina u talab dispożizzjoni ġdida għall-elenkar ta' kull persuna u istituzzjoni relatata mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass.

    (3)

    Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li persuni fiżiċi u ġuridiċi addizzjonali għandhom jinżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    (4)

    Fid-dawl tal-fatt li qed tkompli tiġi pperikolata u mhedda l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġġedded għal sitt xhur oħra.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

    (a)

    persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi assoċjati magħhom;

    (b)

    persuni fiżiċi li jappoġġaw attivament, b'mod materjali jew finanzjarju, jew li jibbenefikaw minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina; jew

    (c)

    persuni fiżiċi li jwettqu transazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass fl-Ukraina,

    kif elenkat fl-Anness.”

    .

    (2)

    L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn:

    (a)

    persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom;

    (b)

    persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina;

    (c)

    persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment;

    (d)

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw attivament, b'mod materjali jew finanzjarju, jew li jibbenefikaw minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina; jew

    (e)

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jwettqu transazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass tal-Ukraina,

    kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”

    .

    (3)

    L-Artikolu 6, it-tieni paragrafu, huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2015.”

    .

    Artikolu 2

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


    ANNESS

    Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Alexander ZAKHARCHENKO

    Александр Владимирович Захарченко

    Imwieled fl-1976 f'Donetsk

    Mis-7 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fit-teħid u t-tħaddim ta' din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    2.

    Vladimir KONONOV/magħruf ukoll bħala “Tsar”

    Image

    Imwieled fl-14.10.1974 f'Gorsky

    Mill-14 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukraina. Konokov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    3.

    Miroslav Vladimirovich RUDENKO

    Мирослав Владимирович Руденко

    21.1.1983 f'Debalcevo

    Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu ta' Donbass. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    4.

    Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV

    Геннадий Николаевич Цыпкалов.

    Imwieled fis-6.21.1973

    Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel, kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    5.

    Andrey Yurevich PINCHUK

    Андрей Юрьевич ПИНЧУК

     

    “Ministru tas-Sigurtà Statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk'. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    6.

    Oleg BEREZA

    Олег БЕРЕЗА

     

    “Ministru tal-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    7.

    Andrei Nikolaevich RODKIN

    Андрей Николаевич Родкин

     

    Rapprezentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukraini. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    8.

    Aleksandr KARAMAN

    Александр караман

     

    “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin.

    12.9.2014

    9.

    Georgiy L'vovich MURADOV

    Георгий Львович Мурадов

    Imwieled fid-19.11.1954

    L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rapprezentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    10.

    Mikhail Sergeyevich SHEREMET

    Михаил Сергеевич Шеремет

    Imwieled fit-23.5.1971 f'Dzhankoy

    L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, kien hemm rapporti li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    12.9.2014

    11.

    Yuri Leonidovich VOROBIOV

    Юрий Леонидович Воробьев

    Imwieled fit-2.2.1948 fi Krasnoyarsk

    Viċi Speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament fil-Kunsill tal-Federazzjoni l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukraina. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat.

    12.9.2014

    12.

    Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

    Владимир Вольфович Жириновски

    Imwieled fl-10.6.1964 f'Eidelshtein, il-Kazakistan

    Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit tal-LDPR. Huwa appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv biex l-Ukraina tinqasam. Iffirma f'isem il-partit tal-LDPR li jippresiedi ftehim mal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    13.

    Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

    Image

    Imwieled fil-11.8.1949 fi Klin

    Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    14.

    Viktor Petrovich VODOLATSKY

    Виктор Петрович Водолацкий

    Imwieled fid-19.8.1957 fir-Reġjun ta' Azov.

    President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin, u deputat tad-Duma tal-Istat. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukrain fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    15.

    Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

    Леонид Иванович Калашников

    Imwieled fis-6.8.1960 fi Stepnoy Dvorets

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    16.

    Vladimir Stepanovich NIKITIN

    Image

    Imwieled fil-5.4.1948 f'Opochka

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    17.

    Oleg Vladimirovich LEBEDEV

    Олег Владимирович Лебедев

    Imwieled fil-21.3.1964 f'Orel/Rudny

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    18.

    Ivan Ivanovich MELNIKOV

    Иван Иванович Мельников

    Imwieled fis-7.8.1950f'Bogoroditsk

    L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    19.

    Igor Vladimirovich LEBEDEV

    Игорь Владимирович Лебедев

    Imwieled fis-27.9.1972 f'Moska

    Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    20.

    Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

    Николай Владимирович Левичев

    Imwieled fit-28.5.1953 f'Pushkin

    Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    21.

    Svetlana Sergeevna ZHUROVA

    Светлана Сергеевна Журова

    Imwielda fis-7.1.1972 f'Pavlov-on-the-Neva

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 hija vvotat favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    22.

    Aleksey Vasilevich NAUMETS

    Алексей Васильевич Hаумец

    Imwieled fil-11.2.1968

    Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Huwa l-kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukraina, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea.

    12.9.2014

    23.

    Sergey Viktorovich CHEMEZOV

    Image

    Imwieled fl-20.8.1952f'Cheremkhovo

    Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-“Russja Magħquda”. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f'kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta' Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta' Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b'hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

    Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta' Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta' kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b'hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    12.9.2014

    24.

    Alexander Mikhailovich BABAKOV

    Aлександр Михайлович Бабаков

    Imwieled fit-8.2.1963 f'Chisinau

    Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar id-Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Industrijali Militari tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti kbar fl-Ukraina u l-Krimea.

    Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014


    Top