This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0499
Council Decision 2014/499/CFSP of 25 July 2014 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/499/PESK tal- 25 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/499/PESK tal- 25 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
ĠU L 221, 25.7.2014, p. 15–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/07/2014
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/499/PESK
tal-25 ta' Lulju 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. (1) |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw ukoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li jappoġġjaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina. |
(3) |
Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li persuni fiżiċi u ġuridiċi addizzjonali għandhom jinżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(1) jinbidel b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':
kif elenkat fl-Anness.” ; |
(2) |
L-Artikolu 2(1) jinbidel b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, jew huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn:
kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.” . |
Artikolu 2
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
I. Individwi
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
Mikhail Efimovich FRADKOV Михаил Ефимович Фрадков |
Twieled fl-1.9.1950 f'Kurumoch, reġjun ta' Kuibyshev |
Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
2. |
Nikolai Platonovich PATRUSHEV Николай Платонович Патрушев |
Twieled fil-11.7.1951 f'Leningrad (St Petersburg) |
Membru permanent u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
3. |
Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV Александр Васильевич Бортников |
Twieled fil-15.11.1951 f'Perm |
Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz Federali ta' Sigurtà (FSB). Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
4. |
Rashid Gumarovich NURGALIEV Рашид Гумарович Нургалиев |
Twieled fit-8.10.1956 f'Zhetikara, Repubblika Soċjalista Sovjetika Kazaka |
Membru permanenti u Viċi Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
5. |
Boris Vyacheslavovich GRYZLOV Борис Вячеславович Грызлов |
Twieled fil-15.12.1950 fi Vladivostok |
Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
6. |
Sergei Orestovoch BESEDA Сергей Орестович Беседа |
1954 |
Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala uffiċjali għoli tal-FSB, huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali. |
25.7.2014 |
7. |
Mikhail Vladimirovich DEGTYAREV Михаил Владимирович Дегтярёв |
Twieled fl-10.7.1981 f'Kuibyshev (Samara) |
Membru tad-Duma tal-Istat. Fit-23.05.2014 huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika Popolari ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
8. |
Ramzan Akhmadovitch KADYROV Рамзан Ахматович Кадыров |
Twieled fil-05.10.1976 fi Tsentaroy. |
President tar-Repubblika taċ-Ċeċnja. Kadyrov għamel dikjarazzjonijiet b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u b'appoġġ għar-ribelljoni armata fl-Ukraina. Fl-14 ta' Ġunju 2014 huwa ddikjara fost affarijiet oħra li hu 'ser jagħmel minn kollox biex jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-Krimea'. F'dak il-kuntest, huwa ingħata l-medalja għal-'liberazzjoni tal-Krimea' mill-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, fl-1 ta' Ġunju 2014 huwa qal li huwa lest jibgħat 74 000 voluntier Ċeċen fl-Ukraina jekk jintalab jagħmel dan. |
25.7.2014 |
9. |
Alexander Nikolayevich TKACHYOV АЛЕКСАНДР НИКОЛАЕВИЧ ТКАЧЁВ |
Twieled fit-23.12.1960 fi Vyselki. |
Gvernatur tal-Krasnodar Krai. Ingħata l-medalja “għal-liberazzjoni tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea. |
25.7.2014 |
10. |
Pavel GUBAREV Павел Юрьевич Губарев |
Twieled fl-10.2.1983 f'Sievierodonetsk |
Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tal-hekk imsejħa “Repubblika popolari ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fl-Ukraina tal-lvant, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Gubarev huwa responsabbli mir-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti. Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”. Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukraina, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
11. |
Ekaterina GUBAREVA Екатерина Юрьевна Губарева |
Twieldet fil-5.7.1983 f'Kakhovka |
Fil-kapaċità tagħha tal-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Barranin” hija responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha huwa użat biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali armati. Billi ħadet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
12. |
Fedor BEREZIN Фёдор Дмитриевич Березин |
Twieled fis-7.2.1960 f'Donetsk |
L-hekk imsejjaħ “viċi ministru tad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, l-hekk imsejjaħ “ministru tad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
13. |
Valery Vladimirovich KAUROV Валерий Владимирович Кауров |
Twieled fit-2.4.1956 f'Odessa |
L-hekk imsejjaħ “president” tal-hekk imsejħa “Repubblika ta' Novorossiya” li appella lir-Russja biex tiskjera truppi fl-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità huwa għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
14. |
Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK Сергей Анатольевич Здрылюкv |
Twieled fit-23.6.1972 fir-reġjun ta' Vinnytsia |
Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
15. |
Vladimir ANTYUFEYEV Владимир Антюфеев (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV) |
Twieled fid-19.2.1951 f'Novosibirsk |
Ex-'Ministru tas-Sigurtà tal-Istat' fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Mid-9 ta' Lulju 2014, huwa kien l-ewwel l-ewwel viċi prim ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governamentali' tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk'. |
25.7.2014 |
II. Entitajiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
|
Isem |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” “Луганская народная республика” “Luganskaya narodnaya respublika” |
Sit elettroniku uffiċjali: http://lugansk-online.info Numru tat-telefon +38-099-160-74-14 |
L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014. Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014. Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”. Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-“Armata tax-Xlokk” separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
2. |
L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” “Донецкая народная республика” “Donétskaya naródnaya respúblika” |
Informazzjoni uffiċjali, inkluż il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-kompożizzjoni tal-Kunsill Suprem http://dnr-news.com/ Media soċjali: https://twitter.com/dnrpress http://vk.com/dnrnews |
L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” ġiet iddikjarata fis-7 ta' April 2014. Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014. Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”. Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal- gruppi separatisti illegali armati, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
3. |
L-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya” “Федеративное государство Новороссия” “Federativnoye Gosudarstvo Novorossiya” |
Stqarrijiet uffiċjali għall-istampa: http://novorossia.su/official |
Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya” mhux rikonoxxut. Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
4. |
Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army” Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское” |
Sit elettroniku uffiċjali: http://vvd2003.narod.ru/ Numru tat-telefon: +7-8-908-178-65-57 Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard Indirizz: 346465 Russia Rostov Region. October (C) District. St Zaplavskaya. Str Shosseynaya 1 |
Il-“Great Don Army” stabbiliet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina kif ukoll thedded l-istabbilta jew is-sigurtà tal-Ukraina. Assoċjata mas-Sur Nikolay KOZITSYN, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukraina tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain. |
25.7.2014 |
5. |
“Sobol” “СОБОЛЬ” |
Sit elettroniku uffiċjali: http://soboli.net Media soċjali: http://vk.com/sobolipress Numru tat-telefon: (0652) 60-23-93. Posta elettronika: SoboliPress@gmail.com Indirizz: Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station “Central”). |
Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukraina fuq il-Krimea, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina. |
25.7.2014 |
6. |
L-hekk imsejħa “Gwardja ta' Lugansk” “Луганская гвардия” |
Media soċjali: https://vk.com/luguard http://vk.com/club68692201 |
Milizzja għall-awtodifiża ta' Lugansk, responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina. Assoċjata mas-Sur German PROPOKIV, mexxej attiv li huwa responsabbli li ħa parti fit-teħid tal-bini tal-uffiċċju reġjonali ta' Lugansk tas-Servizz tas-Sigurtà Ukrain u rreġistra filmat b'dikjarazzjoni lill-President Putin u r-Russja mill-bini okkupat. |
25.7.2014 |
7. |
L-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk” “Армии Юго-Востока” |
Reklutaġġ: http://lugansk-online.info/statements Media Soċjali: http://vk.com/lugansksbu |
Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukraina tal-Lvant. Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp. Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk” |
25.7.2014 |
8. |
L-hekk imsejħa “Milizzja Popolari ta' Donbass” “Нарóдное ополчéние Донбáсса” |
Media soċjali: http://vk.com/polkdonbassa +38-099-445-63-78; +38-063-688-60-01; +38-067-145-14-99; +38-094-912-96-60; +38-062-213-26-60 Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru mobilisation@novorossia.co Volontarji fuq it-telefon fir-Russja: +7 (926) 428-99-51 +7 (967) 171-27-09 jew posta elettronika novoross24@mail.ru Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13 |
Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukraina tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. L-ex mexxej tiegħu, is-Sur Pavel Gubarev, huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”. |
25.7.2014 |
9. |
“Battaljun Vostok” “батальоны Восток” |
Media soċjali: http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas |
Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukraina tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina Ipprova jieħu l-Ajruport ta' Donetsk. |
25.7.2014 |
III. Entitajiet li s-sjieda tagħhom ġiet trasferita kontrarjament għal-liġi Ukraina
|
Isem |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
Intrapriża statali tal-vapuri “Kerch ferry” Государственная судоходная компания “Керченская паромная переправа” Gosudarstvenoye predpriyatiye Kerchenskaya paromnaya pereprava |
16 Tselibernaya Street, 98307 Kerch (Автономная Республика Крым, г. Керчь, ул. Целимберная, 16) kodiċi: 14333981 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17.3.2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1802-6/14 fl-24.3.2014“Dwar l-Intrapriża ta' sjieda tal-istat tal-vapuri ‘Kerch Ferry’ li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali tal-vapuri tal-passiġġieri ‘Kerch Ferry’ f'isem ir-Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
25.7.2014 |
2. |
Intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” Государственное предприятие “Севастопольский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port |
3 Place Nakhimova, 99011 Sevastopol (99011, г. Севастополь, пл. Нахимова, 3) kodiċi: 01125548 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fis-17.3.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. |
25.7.2014 |
3. |
Intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” Государственное предприятие “Керченский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Kerchenski morskoy torgovy port |
28 Kirova Str., 98312, Kerch, Autonomous Republic of Crimea, (98312, Автономная Республика Крым, г. Керчь, ул. Кирова, 28) Kodiċi: 01125554 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17.3.2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26.3.2014“Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat”“Crimean Sea Ports” (“О Государственном предприятии ‘Крымские морские порты’”) li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa t-tieni l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. |
25.7.2014 |
4. |
Intrapriża statali Universal -Avia Государственном предприятии “Универсал-Авиа” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia” |
5, Aeroflotskaya street, 95024 Simferopol (Аэрофлотская улица, 5, Симферополь г.) |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fl-24.3.2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’” (“О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
25.7.2014 |
5. |
Resort “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда” |
Resort “Nizhnyaya Oreanda”, 08655, Yalta, Oreanda (08655, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий “Нижняя Ореанда”) |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fil-21 ta' Marzu l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u resorts” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lir-resort “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
25.7.2014 |
6. |
L-intrapriża tal-Krimea “Impjant tad-distillazzjoni Azov” Крымское республиканское предприятие “Азовский ликероводочный Завод” Azovsky likerovodochny zavod |
40 Zeleznodorozhnaya str., 96178 town of Azov, Jankoysky district Джанкойский район, пгт Азовское, ул. Железнодорожная, 40) code: 01271681 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lil “Azovsky likerovodochny zavod” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
25.7.2014 |
7. |
Entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра” Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra |
6, str. Mira, Massandra 98600 city of Yalta (98600, г. Ялта, пгт Массандра, ул. Мира, д. 6) kodiċi: 00411890 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
25.7.2014 |
8. |
“Intrapriża statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid” Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach” |
9 Chapayeva str., 98433 Vilino, Bakhchisarayski district, (98433, Автономная Республика Крым, Бахчисарайский район, с. Вилино, ул. Чапаева, д. 9) Kodiċi: 31332064 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
25.7.2014 |
9. |
Intrapriża statali “Fabbrika tal-inbid effervexxenti Novy Svet” Государственное предприятиеЗавод шампанских вин “Новый свет” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Zavod shampanskykh vin Novy Svet” |
1 Shalyapina str., 98032 Sudak, Novy Svet (98032, г. Судак, пгт Новый Свет, ул. Шаляпина, д. 1) Kodiċi: 00412665 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Zavod shampanskykh vin Novy Svet” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
25.7.2014 |