Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0160

    2014/160/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Marzu 2014 li tħassar listi ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini tal-annimali adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 1742) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 87, 22.3.2014, p. 104–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/160/oj

    22.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 87/104


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Marzu 2014

    li tħassar listi ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini tal-annimali adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE

    (notifikata bid-dokument C(2014) 1742)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2014/160/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emendat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE (3) u prevediet listi provviżorji ta’ pajjiżi terzi u stabbilimenti f’pajjiżi terzi imfassla skont id-Deċiżjoni 95/408/KE għandha tibqa’ tapplika mutatis mutandis, sa ma jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa abbażi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jew id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (6). Id-Deċiżjoni kienet tapplika sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, u r-Regolament (KE) Nru 854/2004, jiġifieri sal-1 ta’ Jannar 2006.

    (2)

    Il-listi ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini tal-annimali adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE għadhom jgħoddu.

    (3)

    L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi l-proċedura kif titfassal u tiġi aġġornata l-lista ta’ stabbilimenti li minnhom jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, b’mod partikolari l-paragrafu 5, li jgħid li l-Kummissjoni għandha tirranġa l-verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha mħejjija jew aġġornati li jridu jkunu disponibbli għall-pubbliku, il-listi ta’ stabbilimenti li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum tal-bniedem jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea (7).

    (4)

    Għaċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u minħabba t-tfassil ta’ listi ta’ stabbilimenti f’pajjiż terzi li minnhom jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-listi li ġew adottati qabel abbażi tad-Deċiżjoni 95/408/KE skadew u għalhekk jeħtieġ jitħassru formalment għal raġunijiet ta’ ċertezza legali.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B’dan qed jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni mniżżlin fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

    (2)  Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene tal-ikel u kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 fuq il-kundizzjonijiet biex isiru, għall-perjodu provviżorju, listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

    (6)  Id-Direttiva 2002/99/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).

    (7)  https://webgate.ec.europa.eu/sanco/traces/output/non_eu_listsPerCountry_mt.htm


    ANNESS

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/91/KEE (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/92/KEE (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/713/KEE (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/913/KEE (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/384/KEE (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/402/KEE (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/423/KEE (7)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/24/KEE (8)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/539/KEE (9)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/65/KEE (10)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/414/KEE (11)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/473/KEE (12)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/119/KEE (13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/124/KEE (14)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/257/KEE (15)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/258/KEE (16)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/424/KEE (17)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(89) 1686 (18)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/165/KEE (19)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/432/KEE (20)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/26/KEE (21)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/40/KE (22)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/465/KE (23)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/45/KE (24)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/427/KE (25)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2899 (26)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/4/KE (27)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/252/KE (28)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/365/KE (29)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE (30)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/KE (31)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/569/KE (32)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/8/KE (33)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/10/KE (34)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/120/KE (35)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE (36)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/556/KE (37)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/987/KE (38)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/689/KE (39)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/229/KE (40)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/628/KE (41)


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/91/KEE tat-30 ta’ Jannar 1981 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Arġentina approvata għall-għanijiet tal-importazzjoni ta’ ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta’ solipedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 58, 5.3.1981, p. 39).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/92/KEE tat-30 ta’ Jannar 1981 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Urugwaj approvata għall-għanijiet ta’ importazzjoni ta’ ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta’ solipedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 58, 5.3.1981, p. 43).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/713/KEE tat-28 ta’ Lulju 1981 dwar il-lista tal-istabbilimenti fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ ċanga friska u vitella u laħam ta’ solipedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 257, 10.9.1981, p. 28).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/913/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1982 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u tan-Namibja approvati għall-iskop tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 381, 31.12.1982, p. 28).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/384/KEE tad-29 ta’ Lulju 1983 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Awstralja approvata għall-iskop tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 222, 13.8.1983, p. 36).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/402/KEE tad-29 ta’ Lulju 1983 fuq il-lista ta’ stabbilimenti fin-New Zealand approvati għall-finijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 233, 24.8.1983, p. 24).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/423/KEE tad-29 ta’ Lulju 1983 fuq il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Paragwaj approvati għall-finijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 238, 27.8.1983, p. 39).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/24/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1983 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Islanda approvata għall-għanijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 20, 25.1.1984, p. 21).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/539/KEE tad-29 ta’ Novembru 1985 fuq il-lista ta’ stabbilimenti approvati fi Greenland bil-għan li jimpurtaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 334, 12.12.1985, p. 25).

    (10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/65/KEE tat-13 ta’ Frar 1986 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Marokk approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 72, 15.3.1986, p. 40).

    (11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/414/KEE tal-31 ta’ Lulju 1986 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Arġentina approvati biex jesportaw prodotti ta’ laħam lejn il-Komunità (ĠU L 237, 23.8.1986, p. 36).

    (12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/473/KEE tal-10 ta’ Settembru 1986 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Urugwaj awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 279, 30.9.1986, p. 53).

    (13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/119/KEE tat-13 ta’ Jannar 1987 dwar il-lista tal-istabbilimenti fil-Brażil approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam fil-Komunità (ĠU L 49, 18.2.1987, p. 37).

    (14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/124/KEE tad-19 ta’ Jannar 1987 dwar il-lista tal-istabbilimenti fiċ-Ċilì approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 51, 20.2.1987, p. 41).

    (15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/257/KEE tat-28 ta’ April 1987 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Istati Uniti tal-Amerka approvati għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 121, 9.5.1987, p. 46).

    (16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/258/KEE tat-28 ta’ April 1987 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Kanada awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 121, 9.5.1987, p. 50).

    (17)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/424/KEE tal-14 ta’ Lulju 1987 dwar il-lista tal-istabbilimenti fl-Istati Uniti tal-Messiku approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 228, 15.8.1987, p. 43).

    (18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(89) 1686 tat-2 ta’ Ottubru 1989 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fis-Sważiland awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU C 252, 5.10.1989, p. 4).

    (19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/165/KEE tat-28 ta’ Marzu 1990 dwar il-lista ta’ stabbilimienti fil-Madagascar approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 91, 6.4.1990, p. 34).

    (20)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/432/KEE tat-30 ta’ Lulju 1990 dwar il-lista ta’ stabbilimenti approvati fin-Namibja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 223, 18.8.1990, p. 19).

    (21)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/26/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1992 fuq il-lista ta’ stabbilimenti approvati fir-Repubblika tal-Kroazja bil-għan li jimpurtaw laħam frisk lejn il-Komunità (ĠU L 16, 25.1.1993, p. 24).

    (22)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/40/KE tal-25 ta’ Jannar 1994 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fiż-Żimbabwe approvati għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 22, 27.1.1994, p. 50).

    (23)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/465/KE tat-12 ta’ Lulju 1994 dwar il-lista tal-istabbilimenti fil-Botswana approvati bil-għan li jiġu importati prodotti tal-laħam fil-Komunità (ĠU L 190, 26.7.1994, p. 25).

    (24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/45/KE tal-20 ta’ Frar 1995 dwar il-lista ta’ stabbilimenti approvati f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bil-għan tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 51, 8.3.1995, p. 13).

    (25)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/427/KE tas-16 ta’ Ottubru 1995 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tan-Namibja appruvata għall-għan tal-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam fil-Kommunità (ĠU L 254, 24.10.1995, p. 28).

    (26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2899 tat-30 ta’ Novembru 1995 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Botswana approvati għall-għanijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU C 338, 16.12.1995, p. 3).

    (27)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/4/KE tat-12 ta’ Diċembru 1996 li tħejji listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur (ĠU L 2, 4.1.1997, p. 6).

    (28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/252/KE tal-25 ta’ Marzu 1997 li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman (ĠU L 101, 18.4.1997, p. 46).

    (29)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/365/KE tas-26 ta’ Marzu 1997 li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti ppreparati mil-laħam ta’ annimali bovini, swini, ekwidi, nagħaġ u mogħoż (ĠU L 154, 12.6.1997, p. 41).

    (30)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE tas-7 ta’ Lulju 1997 li tħejji lista provviżorja ta’ stabilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam tal-fenek u tal-laħam tal-kaċċa miżmuma fl-irziezet (ĠU L 199, 26.7.1997, p. 57):

    (31)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/KE tas-7 ta’ Lulju 1997 li tħejji listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam ta’ kaċċa ferali (ĠU L 199, 26.7.1997, p. 62).

    (32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/569/KE tas-16 ta’ Lulju 1997 li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam (ĠU L 234, 26.8.1997, p. 16).

    (33)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/8/KE tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja approvati bil-għan tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 2, 6.1.1998, p. 12).

    (34)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/10/KE tas-16 ta’ Diċembru 1997 li tħejji listi provviżorji għall-istabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw prodotti preparati mil-laħam ta’ annimali bovini tal-majjal, taż-żiemel u tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 3, 7.1.1998, p. 14).

    (35)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/120/KE tas-27 ta’ Jannar 1999 tfassil ta’ listi provviżorji tal-istabbilimenti tal-pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-ġlud tal-annimali (ĠU L 36, 10.2.1999, p. 21).

    (36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE tal-15 ta’ Ottubru 1999 li tistabbilixxi listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kapuljat u ikel li fih il-laħam (ĠU L 281, 4.11.1999, p. 82).

    (37)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/556/KE tal-11 ta’ Lulju 2001 li tispeċifika listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 200, 25.7.2001, p. 23).

    (38)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/987/KE tat-13 ta’ Diċembru 2002 fuq il-lista ta’ negozji stabbiliti fil-Gżejjer Falkland li huma approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 344, 19.12.2002, p. 39).

    (39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/689/KE tat-2 ta’ Ottubru 2003 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Litwanja awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 21).

    (40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/229/KE tal-5 ta’ Marzu 2004 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Litwanja awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 70, 9.3.2004, p. 39).

    (41)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/628/KE tat-2 ta’ Settembru 2004 fuq il-lista ta’ stabbilimenti fi New Ċaledonja li minnha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 284, 3.9.2004, p. 4).


    Top