Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 32013R1416

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1416/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jaġġusta l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea b'effett mill- 1 ta' Lulju 2013

    ĠU L 353, 28.12.2013, s. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumentets rättsliga status Gällande

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1416/oj

    28.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 353/24


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1416/2013

    tas-17 ta’ Diċembru 2013

    li jaġġusta l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Lulju 2013

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 63 u 64 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Anness XIII tagħhom, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikoli 64, 92 u 132 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jiġi garantit li l-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni igawdu l-istess kapaċità ta' akkwist irrispettivament mill-post tax-xogħol tagħhom, il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni għandhom jiġu aġġustati skont l-analiżi tal-2013,

    (2)

    Skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal, ma għandu jkun hemm l-ebda aġġornament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni fl-2013 u l-2014. Dan l-aġġustament ser ikun limitat għaż-żamma tal-istess kapaċità ta’ akkwist fil-postijiet varji tax-xogħol fl-2013.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B’effett mill-1 ta' Lulju 2013, id-data “l-1 ta' Lulju 2010” li tidher fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal tiġi sostitwita bid-data “l-1 ta' Lulju 2013”.

    Artikolu 2

    B’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u aġenti oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.

    B’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għat-trasferimenti tal-uffiċjali u aġenti oħra jkunu kif indikati fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja.

    B’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli għall-pensjonijiet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ikunu kif indikati fil-kolonna 4 tat-tabella li ġejja.

    1

    2

    3

    4

    Pajjiż / Post

    Remunerazzjoni

    Trasferiment

    Pensjoni

    1.7.2013

    1.1.2014

    1.7.2013

    Il-Bulgarija

    57,5

    56,8

    100,0

    Ir-Rep. Ċeka

    80,0

    74,8

    100,0

    Id-Danimarka

    134,8

    132,2

    132,2

    Il-Ġermanja

    96,8

    96,5

    100,0

    Bonn

    94,9

     

     

    Karlsruhe

    92,8

     

     

    Munich

    108,2

     

     

    L-Estonja

    78,9

    79,2

    100,0

    L-Irlanda

    113,0

    105,8

    105,8

    Il-Greċja

    91,2

    91,7

    100,0

    Spanja

    96,3

    91,3

    100,0

    Franza

    117,4

    109,2

    109,2

    Il-Kroazja

    80,0

    75,0

    100,0

    L-Italja

    104,4

    97,9

    100,0

    Varese

    92,8

     

     

    Ċipru

    83,7

    86,9

    100,0

    Il-Latvja

    76,1

    73,7

    100,0

    Il-Litwanja

    71,9

    71,1

    100,0

    L-Ungerija

    76,1

    67,0

    100,0

    Malta

    84,4

    84,5

    100,0

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    108,9

    105,6

    105,6

    L-Awstrija

    108,3

    104,8

    104,8

    Il-Polonja

    73,0

    66,0

    100,0

    Il-Portugall

    83,1

    85,1

    100,0

    Ir-Rumanija

    69,8

    62,4

    100,0

    Is-Slovenja

    85,4

    80,6

    100,0

    Is-Slovakkja

    80,2

    73,2

    100,0

    Il-Finlandja

    123,7

    114,9

    114,9

    L-Isvezja

    132,9

    124,4

    124,4

    Ir-Renju Unit

    139,2

    113,5

    113,5

    Culham

    107,6

     

     

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. LINKEVIČIUS


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

    (2)  Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).


    Upp