This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1355
Commission Implementing Regulation (EU) No 1355/2013 of 17 December 2013 amending Annex I to Regulation (EC) No 669/2009 implementing Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the increased level of official controls on imports of certain feed and food of non-animal origin Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 341, 18.12.2013, p. 35–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793
18.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/35 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1355/2013
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula regoli dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta’ dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu. |
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta’ missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li l-lista jeħtieġ li tiġi emendata. |
(4) |
B’mod partikolari, il-lista jeħtieġ li tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li l-informazzjoni disponibbli dwarhom tindika livell globalment sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom żieda fil-kontrolli uffiċjali ma tibqax ġustifikata. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-ġellewż mill-Azerbajġan, il-qxur tan-noċemuskata, il-ġinġer u l-kurkuma mill-Indja, il-qoxra tan-noċemuskata mill-Indoneżja u ħxejjex brassica mit-Tajlandja għandhom għalhekk jitħassru. |
(5) |
Biex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
ANNESSI
“ANNESS I
Għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat
Għalf u ikel (l-użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli) |
0806 20 |
|
L-Afganistan (AF) |
Okratossina A |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
(Għalf u Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Frawli (iffriżati) |
0811 10 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
Norovajrus u epatite A |
5 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, il-‘Brokkoli Ċiniż’) (2) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3) |
20 |
||||
(Ikel – frisk jew imkessaħ) |
|
|
|
|
|
||||
Taljarini Mnixxfa |
ex 1902 11 00 ; ex 1902 19 10 ; ex 1902 19 90 ; ex 1902 20 10 ; ex 1902 20 30 ; ex 1902 20 91 ; ex 1902 20 99 ; ex 1902 30 10 ; ex 1902 30 10 |
10 10 10 10 10 10 10 10 91 |
Iċ-Ċina (CN) |
Aluminju |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Pomelos |
ex 0805 40 00 |
31 ; 39 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4) |
20 |
||||
(Ikel - frisk) |
|
|
|
|
|
||||
Te, sew jekk jingħata togħma sew jekk le |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (5) |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
Ir-Repubblika Dominikana (DOM) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6) |
10 |
||||
|
|
70 70 |
|||||||
(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
10 10 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6) |
20 |
||||
|
|
20 |
|||||||
(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 |
|||||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7) |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
(Ikel frott frisk) |
|
|
|
|
|
||||
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; |
20 |
L-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8) |
10 |
||||
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0710 80 51 ; ex 0710 80 59 |
20 |
|||||||
|
|
|
L-Indja (IN) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
10 |
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
(Ikel - ħwawar imnixxfin) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
L-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||
(Ikel - ħwawar imnixxfin) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
40 |
Il-Kenja (KE) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9) |
10 |
||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel - frisk u mkessaħ) |
|
|
|
|
|
||||
Nagħniegħ |
ex 1211 90 86 |
30 |
Il-Marokk (MA) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (10) |
10 |
||||
(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
Fażola mnixxfa |
0713 39 00 |
|
In-Niġerja (NG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (11) |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Żerriegħa tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti derivati |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Is-Sjerra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12) |
10 |
||||
(Ikel - frisk) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
It-Tajlandja (TH) |
Salmonella (13) |
10 |
||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
30 |
|||||||
(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14) |
10 |
||||
|
|
20 |
|||||||
(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14) |
20 |
||||
|
|
72 |
|||||||
(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (15) |
10 |
||||
(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|
|
|
||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli) |
0806 20 |
|
L-Uzbekistan (UZ) |
Okratossina A |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16) |
20 |
||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
30 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16) |
20 |
||||
|
|
20 |
|||||||
(Ikel - frisk) |
|
|
|
|
|
(1) Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u fin-nomenklatura tal-prodotti ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.
(2) Speċi ta’ Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.
(3) B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorfenapir, Fipronil (is-somma fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.
(4) B’mod partikolari r-residwi ta’: Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.
(5) B’mod partikolari r-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Somma ta’ isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)).
(6) B’mod partikolari r-residwi ta’: Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (somma ta’ aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espress bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentjuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (somma tal-isomeri p, p' u o,p'), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (somma ta’ metijokarb and sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil and Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.
(7) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrina (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)) Ċiprodinil, Dijażinon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrin, Metijokarb (somma ta’ metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.
(8) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (somma ta’ isomeri p, p' u o,p'), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (somma ta’ prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.
(9) B’mod partikolari r-residwi ta’: Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dijafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.
(10) B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendiammid, Miklobutanil, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).
(11) B’mod partikolari r-residwi ta’ Diklorvos.
(12) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Trijażofos, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: is-somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idrokloru).
(13) Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(14) B’mod partikolari r-residwi ta’: Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (somma ta’ isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.
(15) B’mod partikolari r-residwi ta’: Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Dijafentjuron, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idroklorur), Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.
(16) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (somma ta’ isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta’ fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.”