This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1018
Commission Regulation (EU) No 1018/2013 of 23 October 2013 amending Regulation (EU) No 432/2012 establishing a list of permitted health claims made on foods other than those referring to the reduction of disease risk and to children’s development and health Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2013 tat- 23 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2013 tat- 23 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 282, 24.10.2013, p. 43–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 282, 24.10.2013, p. 15–17
(HR)
In force
24.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1018/2013
tat-23 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (2). |
(2) |
Madankollu, fiż-żmien tal-adozzjoni tal-lista tal-indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa, kien hemm għadd ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ma ġewx iffinalizzati l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) jew l-analiżi tagħhom mill-Kummissjoni (3). |
(3) |
Fost dawn l-indikazzjonijiet, l-Awtorità tat valutazzjoni tajba tal-indikazzjoni dwar is-saħħa li kienet tirreferi għall-effett tal-karboidrati fil-manteniment tal-funzjoni tal-moħħ, u dwar din l-indikazzjoni pproponiet li bħala kundizzjonijiet xierqa għall-użu jinkiteb “l-inġestjoni ta’ 130 g ta’ karboidrati glikimiċi kuljum hija stmata li tissodisfa l-eżiġenza ta’ glukożju mill-moħħ” (4). |
(4) |
L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li l-indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa jridu jkunu akkumpanjati mill-kundizzjonijiet kollha meħtieġa (inklużi r-restrizzjonijiet) għall-użu tagħhom. Għaldaqstant, il-lista ta’ indikazzjonijiet permessi għandha tinkludi l-kliem tal-indikazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu tal-indikazzjonijiet, u fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u b’konformità mal-opinjonijiet tal-Awtorità. |
(5) |
Iżda kien hemm għadd ta’ Stati Membri li espremew it-tħassib li din l-awtorizzazzjoni bil-kundizzjonijiet ta’ użu tagħha tista’ tippromwovi u tinkoraġġixxi l-konsum ta’ oġġetti tal-ikel li jkun fihom zokkor miżjud minbarra z-zokkor li fihom naturali. Barra minn hekk, tkun qed tagħti messaġġ konfliġġenti u li jħawwad lill-konsumaturi, partikolarment fid-dawl tal-parir li jingħata f’livell nazzjonali biex il-konsumaturi jnaqqsu miz-zokkor li jieħdu. Huwa meqjus li, għal din l-indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa, il-problema ta’ għanijiet konfliġġenti tista’ tiġi indirizzata jekk l-indikazzjoni tkun awtorizzata li tintuża biss f’kundizzjonijiet speċifiċi limitati għal oġġetti tal-ikel li jkun fihom ftit zokkor jew li ma jkunz żdiedilhom zokkor, iżda jista’ jkun fihom zokkor naturali. |
(6) |
Biex l-operaturi tan-negozju tal-ikel ikunu jistgħu jaddattaw ruħhom għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dan għandu jibda japplika sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(7) |
B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li fih l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati kollha, għandu jiġi aġġornat fid-dawl tar-Regolament preżenti. |
(8) |
Meta stabbiliet il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti u l-pożizzjonijiet li rċeviet mingħand il-membri tal-pubbliku u l-partijiet interessati. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mit-13 ta’ Mejju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1.
(3) Jikkorrispondu għal 2232 annotazzjoni (IDs) fil-lista kkonsolidata.
(4) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2226.pdf
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 tiddaħħal din l-entrata f’ordni alfabetika:
Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel |
Indikazzjoni |
Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni |
Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali |
In-numru tal-Ġurnal tal-EFSA |
Numru ta’ annotazzjoni fil-Lista Kkonsolidata mressqa lill-EFSA għall-valutazzjoni tagħha |
“Karboidrati |
Il-karboidrati jikkontribwixxu għall-manteniment tal-funzjoni normali tal-moħħ |
Biex tintwera l-indikazzjoni, għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett it-tajjeb jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 130 g ta’ karboidrati mis-sorsi kollha. L-indikazzjoni tista’ tintuża għall-ikel li fih mill-inqas 20 g karboidrati, minbarra l-polijoli, li huma metabolizzati mill-bniedem, għal kull porzjon ikkwantifikat, u li jikkonforma mal-indikazzjoni dwar is-saħħa LIVELL BAXX TA’ ZOKKOR jew BLA ZOKKOR MIŻJUD kif elenkat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
L-indikazzjoni ma għandhiex tintuża fuq ikel li jkun 100 % zokkor. |
2011;9(6):2226 |
603,653 ” |