Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0925

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 925/2013 tal- 25 ta’ Settembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 254, 26.9.2013, p. 12–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/925/oj

    26.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 254/12


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 925/2013

    tal-25 ta’ Settembru 2013

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula regoli dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta’ dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas fuq bażi trimestrali u jitqiesu s-sorsi tal-informazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu.

    (3)

    L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta’ missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li l-lista jeħtieġ li tiġi emendata.

    (4)

    B’mod partikolari, il-lista jeħtieġ li tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li l-informazzjoni disponibbli dwarhom tindika livell globalment sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom żieda fil-kontrolli uffiċjali ma tibqax ġustifikata. Għalhekk l-entrati fil-lista li jikkonċernaw id-dulliegħ mill-Brażil u t-tadam mit-Turkija għandhom jitħassru.

    (5)

    Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

    Għalf u ikel

    (użu maħsub)

    Kodiċi NM (1)

    Subdiviżjoni TARIC

    Pajjiż tal-oriġini

    Periklu

    Frekwenza tal-verifiki fiżiċi u tal-identità

    (%)

    Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

    0806 20

     

    L-Afganistan (AF)

    Okratossin A

    50

    (Ikel)

     

     

     

     

     

    Ġellewż

    (bil-qoxra jew bla qoxra)

    0802 21 00 ;

    0802 22 00

     

    L-Azerbajġan (AZ)

    Aflotossini

    10

    (Għalf u ikel)

     

     

     

     

     

    Karawett

    (groundnuts), bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Il-Brażil (BR)

    Aflotossini

    10

    Karawett

    (groundnuts), bla qoxra

    1202 42 00

     

     

     

     

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

     

     

     

     

    Karawett

    (groundnuts), imħejji jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

     

     

     

     

    (Għalf u ikel)

     

     

     

     

     

    Frawli (iffriżat)

    0811 10

     

    Iċ-Ċina (CN)

    Norovajrus u epatite A

    5

    (Ikel)

     

     

     

     

     

    Brassica oleracea

    (Brassica oħra li tittiekel, “Brokkoli Ċiniżi”) (2)

    ex 0704 90 90

    40

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (3)

    20

    (Ikel - frisk jew imkessaħ)

     

     

     

     

     

    Taljarini mnixxfa

    ex 1902 11 00 ;

    ex 1902 19 10 ;

    ex 1902 19 90 ;

    ex 1902 20 10 ;

    ex 1902 20 30 ;

    ex 1902 20 91 ;

    ex 1902 20 99 ;

    ex 1902 30 10 ;

    ex 1902 30 10

    10

    10

    10

    10

    10

    10

    10

    10

    91

    Iċ-Ċina (CN)

    Aluminju

    10

    (Ikel)

     

     

     

     

     

    Pomelos

    ex 0805 40 00

    31 ; 39

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (4)

    20

    (Ikel - frisk)

     

     

     

     

     

    Te, jekk b’xi togħma u kemm jekk le

    0902

     

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (5)

    10

    (Ikel)

     

     

     

     

     

    Brunġiel

    0709 30 00 ;

    ex 0710 80 95

    72

    Ir-Repubblika Dominikana (DO)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (6)

    10

    Bettieħa morra

    (Momordica charantia)

    ex 0709 99 90 ;

    ex 0710 80 95

    70

    70

     

     

     

    (Ikel - ħxejjex friski, imkessħa jew iffriżati)

     

     

     

     

     

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    ex 0710 22 00

    10

    10

    Ir-Repubblika Dominikana (DO)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (6)

    20

    Bżar (ħelu u mhux ħelu)

    (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ;

    ex 0709 60 99

    20

     

     

     

    (Ikel - ħxejjex friski, imkessħa jew iffriżati)

    0710 80 51 ;

    ex 0710 80 59

    20

     

     

     

    Larinġ (frisk jew imnixxef)

    0805 10 20 ;

    0805 10 80

     

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (7)

    10

    Frawli

    0810 10 00

     

     

     

     

    (Ikel frott frisk)

     

     

     

     

     

    Bżar (ħelu u mhux ħelu)

    (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ;

    ex 0709 60 99 ;

    20

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (8)

    10

    (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    0710 80 51 ;

    ex 0710 80 59

    20

     

     

     

    Capsicum annuum, sħiħ

    0904 21 10

     

    L-Indja (IN)

    Aflotossini

    10

    Capsicum annuum,

    imfarrak jew mitħun

    ex 0904 22 00

    10

     

     

     

    Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu

    (Capsicum annuum)

    0904 21 90

     

     

     

     

    Kari (prodotti biċ-ċilì)

    0910 91 05

     

     

     

     

    Noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

     

     

     

    Qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 21 00 ;

    0908 22 00

     

     

     

     

    Ġinġer

    (Zingiber officinale)

    0910 11 00 ;

    0910 12 00

     

     

     

     

    Curcuma longa

    (Żagħfran tal-Indja)

    0910 30 00

     

     

     

     

    (Ikel - ħwawar imnixxfin)

     

     

     

     

     

    Noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

    L-Indoneżja (ID)

    Aflotossini

    20

    Qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 21 00 ;

    0908 22 00

     

     

     

     

    (Ikel - ħwawar imnixxfin)

     

     

     

     

     

    Piżelli bil-miżwed

    (bla qoxra)

    ex 0708 10 00

    40

    Il-Kenja (KE)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (9)

    10

    Fażola bil-miżwed

    (bla qoxra)

    ex 0708 20 00

    40

     

     

     

    (Ikel - frisk u mkessaħ)

     

     

     

     

     

    Nagħniegħ

    ex 1211 90 86

    30

    Il-Marokk (MA)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (10)

    10

    (Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

     

     

     

     

     

    Fażola mnixxfa

    0713 39 00

     

    In-Niġerja (NG)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (11)

    50

    (Ikel)

     

     

     

     

     

    Dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) żrieragħ u prodotti derivati

    ex 1207 70 00 ;

    ex 1106 30 90 ;

    ex 2008 99 99

    10

    30

    50

    Sjerra Leone (SL)

    Aflotossini

    50

    (Ikel)

     

     

     

     

     

    Bżar (mhux ħelu)

    (Capsicum spp.)

    ex 0709 60 99

    20

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (12)

    10

    (Ikel - frisk)

     

     

     

     

     

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    72

    It-Tajlandja (TH)

    Salmonella (13)

    10

    Ħabaq (sagru, ħelu)

    ex 1211 90 86

    20

     

     

     

    Nagħniegħ

    ex 1211 90 86

    30

     

     

     

    (Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

     

     

     

     

     

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    72

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (14)

    10

    Ħabaq (sagru, ħelu)

    ex 1211 90 86

    20

     

     

     

    (Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

     

     

     

     

     

    Ħxejjex Brassica

    0704 ;

     

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (14)

    10

    (Ikel - ħxejjex friski, imkessħa jew iffriżati)

    ex 0710 80 95

    76

     

     

     

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    ex 0710 22 00

    10

    10

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (14)

    20

    Brunġiel

    0709 30 00 ;

    ex 0710 80 95

    72

     

     

     

    (Ikel - ħxejjex friski, imkessħa jew iffriżati)

     

     

     

     

     

    Bżar ħelu

    (Capsicum annuum)

    0709 60 10 ;

    0710 80 51

     

    It-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (15)

    10

    (Ikel - ħxejjex friski, imkessħa jew iffriżati)

     

     

     

     

     

    Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

    0806 20

     

    L-Uzbekistan (UZ)

    Okratossin A

    50

    (Ikel)

     

     

     

     

     

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    72

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (16)

    20

    Ħabaq (sagru, ħelu)

    ex 1211 90 86

    20

     

     

     

    Nagħniegħ

    ex 1211 90 86

    30

     

     

     

    Tursin

    ex 0709 99 90

    40

     

     

     

    (Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

     

     

     

     

     

    Okra

    ex 0709 99 90

    20

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi abbażi ta’ GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi ta’ residwi uniċi (16)

    20

    Bżar (mhux ħelu)

    (Capsicum spp.)

    ex 0709 60 99

    20

     

     

     

    (Ikel - frisk)

     

     

     

     

     


    (1)  Fejn huma meħtieġa biss ċerti prodotti skont kwalunkwe kodiċi NM biex jiġu eżaminati u l-ebda subdiviżjoni speċifikata skont dik il-kodiċi ma’ teżisti fin-nomenklatura tal-beni, il-kodiċi NM hija mmarkata “ex”.

    (2)  Speċijiet ta’ Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, “Chinese bare Jielan”.

    (3)  B’mod partikolari r-residwi ta’: B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorfenapir, Fipronil (is-somma fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf and Propikonażol.

    (4)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Trijażofos, Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol), Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.

    (5)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Somma ta’ isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Trijażofos; Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isometri kostitwent (somma ta’ isomeri)).

    (6)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Amitraż (amitraż inklużi il-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (somma ta’ aldikarb, is-sulfossur tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Dijafentjuron, Dijażinon, Diklorvos, Dikofol (somma tal-isomeri p, p' u o,p'), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (somma ta’ metijokarb u sulfossur tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil and Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

    (7)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrina (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)) Ċiprodinil, Dijażinon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludjossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċijalotrin, Metjokarb (somma ta’ metjokarb u sulfossur tal-metjokarb u sulfon, espress bħala metjokarb), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Pentoat, Tijofanat-metil.

    (8)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (somma ta’ isomeri p, p' u o,p'), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (somma ta’ prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

    (9)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dijafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

    (10)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).

    (11)  B’mod partikolari r-residwi ta’ Diklorvos.

    (12)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Trijażofos, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: is-somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idrokloru).

    (13)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

    (14)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon),Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (somma ta’ isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol) Trijażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

    (15)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Dijafentjuron, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idroklorur), Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

    (16)  B’mod partikolari r-residwi ta’: B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbenażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (somma ta’ isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta’ fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.”


    Top