Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0852

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 852/2013 tat- 3 ta’ Settembru 2013 li jemenda għall-200 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

ĠU L 235, 4.9.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/852/oj

4.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 852/2013

tat-3 ta’ Settembru 2013

li jemenda għall-200 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta' Awwissu 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

"Said Youssef Ali Abu Aziza (psewdonimu (a) Abdul Hamid, (b) Abu Therab). Data tat-twelid: 1958. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjana. Numru tal-passaport: (a) 87/437555 (Passaport Libjan), (b) 274381 (Passaport Libjan). Numru tal-identità nazzjonali Libjana: 145126. Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Fatima Isa, (b) Membru tal-Grupp Ġellied Iżlamiku Libjan u Al-Qaida Id-data tal-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 8.6.2007."


Top