This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0786
Commission Regulation (EU) No 786/2013 of 16 August 2013 amending Annex III to Regulation (EC) No 853/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the permitted limits of yessotoxins in live bivalve molluscs Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2013 tas- 16 ta’ Awwissu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti permessi għall-jessotossini f’molluski bivalvi ħajjin Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2013 tas- 16 ta’ Awwissu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti permessi għall-jessotossini f’molluski bivalvi ħajjin Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 220, 17.8.2013, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 786/2013
tas-16 ta’ Awwissu 2013
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti permessi għall-jessotossini f’molluski bivalvi ħajjin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 10(1)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Dak ir-Regolament jipprovdi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw illi l-molluski bivalvi ħajjin li tqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem ma jkunx fihom ċerti bijotossini marini fi kwantitajiet totali, imkejla fil-ġisem sħiħ jew kwalunkwe parti li tittiekel separatament, li jaqbżu l-limiti stipulati fil-punt 2 tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tiegħu. Il-punt 2(d) ta’ dak il-Kapitolu jistabbilixxi limitu massimu għall-jessotossini f’milligramma ta’ jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm. |
(2) |
F’Diċembru 2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-bijotossini tal-baħar fil-frott tal-baħar— il-grupp tal-jessotossini (2). Skont dik l-Opinjoni, l-ebda mewt u l-ebda sintomu ta’ tossiċità klinika ma ġew osservati f’serje ta’ studji dwar it-tossiċità akuta wara li ttieklu l-jessotossini. Barra minn hekk, l-EFSA kkonkludiet li porzjon tal-frott tal-baħar m’għandux ikollu iżjed minn 3,75 milligrammi ta’ jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm. Dak il-livell huwa ogħla mil-limitu attwali stabbilit fil-punt 2(d) tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
(3) |
Fit-32 Sessjoni tal-Kumitat CODEX dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd (mill-1 sal-5 ta’ Ottubru 2012) ikkonfermaw l-esklużjoni tal-jessotossini mil-lista ta’ bijotossini tal-baħar li għandhom jiġu ttestjati f’livell internazzjonali. |
(4) |
Fid-dawl tal-Opinjoni tal-EFSA u tal-konklużjonijiet tat-32 Sessjoni tal-Kumitat CODEX dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd, huwa xieraq li jiżdied il-limitu attwali tal-jessotossini għal 3,75 milligramm ta’ jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm. |
(5) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-punt 2(d) tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(d) |
għall-jessotossini, 3,75 milligramma jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm;”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) The EFSA Journal (2009) numru tal-Ġurnal 907, 1-62.