This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0767
Commission Implementing Regulation (EU) No 767/2013 of 8 August 2013 withdrawing the approval of the active substance bitertanol, in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market, and amending Commission Implementing Regulation (EU) No 540/2011 Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2013 tat- 8 ta’ Awwissu 2013 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2013 tat- 8 ta’ Awwissu 2013 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 214, 9.8.2013, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 767/2013
tat-8 ta’ Awwissu 2013
li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u partikolarment it-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1278/2011 (2) approva l-bitertanol bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bil-kundizzjoni li l-applikant, li fuq talba tiegħu l-bitertanol ikun ġie approvat jipprovdi aktar tagħrif konfermatorju dwar ir-rilevanza tossikoloġika tal-impuritajiet BUE 1662, hekk imsejħa minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, u l-kompost 3-klorofenossi sat-30 ta’ Ġunju 2012. |
(2) |
L-applikant, li fuq talba tiegħu l-bitertanol kien ġie approvat, ma ppreżentax tagħrif konfermatorju sal-iskadenza tat-30 ta’ Ġunju 2012. Permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Diċembru 2011 kien diġà informa lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li mhux ħa jippreżenta tali informazzjoni. |
(3) |
Konsegwentement, huwa xieraq li tiġi rtirata l-approvazzjoni tal-bitertanol. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1278/2011 għandu għalhekk jitħassar. |
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bitertanol. |
(7) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Irtirar tal-approvazzjoni
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol qed tiġi rtirata.
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1278/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1278/2011 jitħassar.
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Fil-Parti B tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ir-ringiela 21, bitertanol, titħassar:
Artikolu 4
Miżuri tranżitorji
L-Istati Membri għandhom jirtiraw awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bitertanol bħala sustanza attiva sal-1 ta’ Marzu 2014.
Artikolu 5
Perjodu ta’ grazzja
Kull perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1278/2011 tat- 8 ta’ Diċembru 2011 li japprova s-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 49).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).