Il-Kapitolu 8 jinbidel b’dan li ġej:
“KAPITOLU 8
Ċertifikat tas-saħħa
Għal prodotti sekondarji tal-annimali biex jintużaw għal finijiet barra mill-katina tal-għalf jew għal kampjuni tal-kummerċ (2), maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)
Test ta 'immaġni
Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħuta
PAJJIŻ
Ċertifikat veterinarju għall-UE
I.1. Kunsinnatur
L-isem
Indirizz
Nru tat-Tel.
I.2. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
I.2.a.
I.3. Awtorità kompetenti ċentrali
I.4. Awtorità kompetenti lokali
I.5. Destinatarju
L-isem
Indirizz
Kodiċi postali
Nru tat-Tel.
I.6. Persuna responsabbli mit-tagħbija fl-UE
L-isem
Indirizz
Kodiċi postali
Nru tat-Tel.
I.7. Pajjiż tal-oriġini
Kodiċi ISO
I.8. Reġjun tal-oriġini
Kodiċi
I.9. Pajjiż tad- destinazzjoni
Kodiċi ISO
I.10. Reġjun tad-destinazzjoni
Kodiċi
I.11. Post tal-oriġini
L-isem
Numru tal-approvazzjoni
Indirizz
L-isem
Numru tal-approvazzjoni
Indirizz
L-isem
Numru tal-approvazzjoni
Indirizz
I.12. Post ta' destinazzjoni
L-isem
Maħżen doganali
Indirizz
Numru tal-approvazzjoni
Kodiċi postali
I.13. Post tat-tagħbija
I.14. Data tat-tluq
I.15. Mezz tat-trasport
Ajruplan
Vapur
Vagun tal-ferrovija
Vettura tat-triq
Oħrajn
Identifikazzjoni
Referenzi ta' dokumentazzjoni
I.16. BIP tad-dħul fl-UE
I.17.
I.18. Deskrizzjoni tal-prodott
I.19. Kodiċi tal-Prodott (Kodiċi HS)
I.20. Kwantità
I.21. Temperatura tal-prodott
Ambient
Iċċiljati
Iffriżat
I.22. Għadd ta' pakketti
I.23. Is-Siġill/Nru tal-Kontenitur
I.24. Tip ta’ imballaġġ
I.25. Prodotti ċċertifikati għal:
Użu tekniku
I.26. Għal tranżitu mill-UE lejn pajjiż terz
Pajjiż terz
Kodiċi ISO
I.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UE
I.28. Identifikazzjoni tal-komoditajiet
Speċi
(Isem xjentifiku)
Natura tal-komodità
Numru tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti
Impjant tal-manifattura
Għadd ta' pakketti
Piż nett
Numru tal-lott
Test ta 'immaġni
Parti II: Ċertifikazzjoni
PAJJIŻ
Prodotti sekondarji tal-annimali li se jintużaw għal skopijiet barra mill-katina tal-għalf, jew għal kampjuni tal-kummerċ( (2)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Jiena, hawn taħt iffirmat veterinarju uffiċjali, niddikjara li qrajt u fhimt ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) u r-Regolament (UE) Nru 142/2011 (1b), u partikularment l-Anness XIV, il-Kapitolu II tiegħu, u niċċertifika li l-prodotti sekondarji mill-annimali deskritti hawn fuq:
(2) II.1. huma kampjuni tal-kummerċ li jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali maħsubin għal studji jew analiżijiet partikulari kif imsemmi fid-definizzjoni Nru 39 tal-Anness I tar-Regolament tal-KUmmissjoni (UE) Nru 142/2011, li għandhom it-tikketta “KAMPJUN TAL-KUMMERĊ MHUX GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM”; jew
(2) II.2. jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hawn taħt;
II.2.1. ġew
(2) jew [(a) miksuba minn materjali importati minn pajjiż terz, territorju jew parti minnu: … (3) awtorizzati li jesportaw laħam frisk tal-ispeċi fl-UE;]
(2) u/jew [(b) miksuba fil-pajjiż esportatur, territorju jew parti minnu: … (3) minn annimali
jew
(i) Li baqgħu f’dan it-territorju jew f’reġjun eliġibbli biex jesportaw laħam frisk tal-ispeċi fl-UE mit-twelid jew mill-anqas għall-aħħar tliet xhur qabel il-qatla; u/jew
(ii) Li nqatlu fis-salvaġġ f’dan it-territorju (4);]
(2) u/jew [(c) huma derivati minn bajd, ħalib, rodenti, lagomorfi, jew annimali akkwatiċi jew minn invertebrati akkwatiċi jew terrestri;]
II.2.2. (2) fil-każ ta' materjali oħra ħlief derivati minn bajd, ħalib, rodenti, lagomorfi, jew annimali akkwatiċi jew minn invertebrati akkwatiċi jew terrestri, inkisbu minn annimali:
(2) jew [(a) li ġejjin minn azjendi:
(i) fejn, għall-mardiet li ġejjin li l-annimali jkunu suxxettibbli għalihom, ma kienx hemm każi/tifqigħat ta' pesta bovina, il-marda vesikulari tal-ħnieżer, il-marda Newcastle jew l-influwenza tal-għasafar patoġenika ħafna, matul it-30 jum ta’ qabel, lanqas tad-deni klassiku jew il-Marda Afrikana tal-ħnieżer, matul l-40 jum ta’ qabel; lanqas fl-azjendi li kienu jinsabu qribhom sa 10 km, matul it-30 jum ta’ qabel; kif ukoll
(ii) fejn ma kienx hemm każ/tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul is-60 jum ta’ qabel, lanqas fl-azjendi li kienu jinsabu qribhom sa 25 km, matul it-30 jum ta’ qabel; kif ukoll
(b) Li:
(i) ma nqatlux biex tinqered xi marda epizootika;
(ii) baqgħu fl-azjendi tagħhom ta’ oriġini għal mill-anqas 40 jum qabel ma nħarġu u nġarru direttament għall-biċċerija mingħajr ma kellhom kuntatt ma’ annimali oħra li ma kinux konformi mal-istess kundizzjonijiet tas-saħħa;
(iii) fil-biċċerija, għaddew mill-ispezzjoni tas-saħħa ante-mortem matul l-24 siegħa qabel il-qatla u ma wrew ebda evidenza tal-mardiet imsemmijin hawn fuq li l-annimali jkunu suxxettibbli għalihom; kif ukoll
(iv) li ġew immaniġġati fil-biċċerija qabel u fi żmien il-biċċra jew il-qatla f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Kapitoli II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009]
(2) jew [(a) li nqabdu u nqatlu fis-salvaġġ f’żona:
(i) li fiha sa 25 km ma kienx hemm każ/tifqigħa ta' xi marda minn dawn li ġejjin li l-annimali jkunu suxxettibbli għalihom: il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-pesta bovina, il-marda ta’ Newcastle jew l-influwenza tal-għasafar patoġenika ħafna, matul it-30 jum ta’ qabel, lanqas id-deni klassiku jew il-marda Afrikana tal-ħnieżer, matul l-40 jum ta’ qabel; kif ukoll
(ii) li tinsab f’distanza ta’ aktar minn 20 km mill-fruntieri li jisseparaw territorju ieħor ta’ pajjiż jew parti minnu, li ma jkunx awtorizzat f’dawn id-dati jesporta dan il-materjal fl-Unjoni Ewropea; kif ukoll
(b) li wara li nqatlu nġarru fi żmien 12-il siegħa biex jitkessħu jew lejn ċentru ta’ ġbir u minnufih wara lejn stabbiliment tal-laħam, jew direttament lejn stabbiliment tal-laħam;]
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Prodotti sekondarji tal-annimali li se jintużaw għal skopijiet barra mill-katina tal-għalf, jew għal kampjuni tal-kummerċ (2)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.2.3. (2) fil-każ ta' materjali oħra ħlief materjali ġejjin minn ħut selvaġġ maqbud jew invertebrati, li jkunu inkisbu minn stabbiliment li madwaru, f’raġġ ta’ 10 km, ma kien hemm l-ebda każ/tifqigħa ta' mard imsemmija fil-punt II.2.2 li għalih l-annimali huma suxxettibbli matul it-30 jum ta’qabel jew, ta' każ ta' mard, il-preparazzjoni ta' materja prima għall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea ġie awtorizzat biss wara t-tneħħija tal-laħam kollu, u t-tindif kollu u d-diżinfezzjoni kollha tal-istabbiliment ikunu taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;
II.2.4. inkisbu u tħejjew bla ma ġew f’kuntatt ma’ materjal ieħor mhux konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa hawn fuq, u li ġew immaniġġati biex tkun evitata l-kontaminazzjoni b’aġenti patoġeniċi;
II.2.5. tqiegħdu f’imballaġġ ġdid li ma jħallix li jkun hemm tnixxija jew f’imballaġġ li tnaddaf u ġie diżinfettat qable l-użu u f’kontejners issiġillati taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti, li jkollhom tikketta li tindika “PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI GĦALL-MANIFATTURA BISS TA’ PRODOTTI DERIVATI GĦAL UŻIJIET BARRA MILL-KATINA TAL-GĦALF” u l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tal-UE tad-destinazzjoni;
II.2.6. jikkonsisti biss f’dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali kif ġej:
(2) jew [- karkassi u partijiet ta’ annimali maqtulin jew, fil-każ ta’ kaċċa, iġsma jew partijiet ta’ annimali maqtulin, u li jkunu tajbin għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iżda ma jkunux maħsubin għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali;]
(2) u/jew [- karkassi u l-partijiet li ġejjin li joriġinaw jew minn annimali li nqatlu f’biċċerija u tqiesu tajbin għall-qatla għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni ante-mortem jew minn iġsma u mill-partijiet tal-annimali tal-kaċċa li ġejjin maqtulin għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni:
(i) karkassi jew iġsma u partijiet ta’ annimali li jkunu rrifjutati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iżda li ma wrew ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali;
(ii) irjus ta’ tjur tal-irziezet;
(iii) ġlud, inklużi bċejjeċ minnhom, qrun u saqajn, inklużi l-għadam tal-karpu u l-metakarpu, l-għadam tal-falanġi, tat-tarsus u tal-metatarsus;
(iv) lanżit tal-ħnieżer;
(v) rix;]
(2) u/jew [- prodotti sekondarji mit-tjur u l-lagomorfi maqtula fl-irziezet kif imsemmi fl-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ma urew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-bniedem jew mill-annimali;]
(2) u/jew [- demm ta’ annimali li ma wrew ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mid-demm mill-bnedmin jew mill-annimali, miksub minn annimali minbarra ruminanti li jkunu ġew maqtula f’biċċerija wara li jkunu tqiesu tajbin għat-tbiċċir għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni ante-mortem skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;]
(2) u/jew [- prodotti sekondarji mill-annimali ġejjin mill-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem inkluż għadam bix-xaħam imneħħi, qasab tas-saqajn u ħama taċ-ċentrifugi jew tas-separaturi mill-ipproċessar tal-ħalib;]
(2) u/jew [- prodotti li joriġinaw minn annimali, jew oġġetti tal-ikel li jkun fihom prodotti li joriġinaw minn annimali, li ma jkunux maħsubin aktar għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ manifattura jew difetti fl-imballaġġ jew difetti oħra li ma jagħtux lok għal riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali;]
(2) u/jew [- ikel għall-annimali domestiċi u għalf li joriġinaw mill-annimali, jew għalf li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, li ma jkunux maħsubin aktar għal għalf għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ manifattura jew difetti fl-imballaġġ jew difetti oħra li ma jagħtux lok għal riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali;]
(2) u/jew [- demm, plaċenta, suf, rix, xagħar, qrun, qatgħat ta’ qwieqeb u ħalib mhux pasturizzat li joriġinaw minn annimali ħajjin li ma kinux urew sinjali ta’ xi mard li jittieħed minn dawk il-prodotti mill-bnedmin jew mill-annimali;]
(2) u/jew [- annimali akkwatiċi u partijiet ta’ annimali bħal dawn, ħlief mammiferi tal-baħar, li ma jkunu wrew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali;]
(2) u/jew [- prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali akkwatiċi li joriġinaw minn stabbilimenti jew minn impjanti li jimmanifatturaw prodotti għall-konsum mill-bniedem;]
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Prodotti sekondarji tal-annimali li se jintużaw għal skopijiet barra mill-katina tal-għalf, jew għal kampjuni tal-kummerċ (2)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(2) u/jew [- il-materjal li ġej li joriġina mill-annimali li ma jkun wera ebda sinjal ta’ mard li jittieħed minn dan il-materjal minn bnedmin jew annimali:
(i) qxur minn frott tal-baħar b’tessut artab jew laħam;
(ii) dawn li ġejjin li joriġinaw minn annimali terrestri:
prodotti sekondarji tal-mafqas;
bajd;
prodotti sekondarji tal-bajd, inkluż qxur tal-bajd;
(iii) flieles ta’ ġurnata maqtula għal raġunijiet kummerċjali;]
(2) u/jew [- prodotti sekondarji minn invertebrati akkwatiċi jew terrestri, barra minn speċijiet patoġeniċi għall-bnedmin jew għall-annimali;];
(2) u/jew [- annimali u partijiet tagħhom tal-ordnijiet żooloġiċi Rodentia u Lagomorpha, ħlief materjal ta’ Kategorija 1 kif imsemmi fl-Artikolu 8(a)(iii), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u materjal tal-Kategorija 2 kif imsemmi fl-Artikolu 9 minn (a) sa (g) ta’ dak ir-Regolament;]
(2) and/or [- pil li joriġina minn annimali mejta li ma wrewx sinjali kliniċi ta’ ebda marda li tittieħed minn dak il-prodott mill-bnedmin jew mill-annimali;]
II.2.7. kienu ffriżati fl-impjant ta’ oriġini jew kienu ppreservati skont leġiżlazzjoni tal-UE b’mod li ma jitħassrux bejn id-dispaċċ u l-konsenja lill-impjant ta’ destinazzjoni.
(2) (5) [II.2.8. Rekwiżiti speċifiċi
(2) (6) II.2.8.1. Il-prodotti sekondarji f’din il-kunsinna jiġu minn annimali li nkisbu fit-territorju msemmi fi (II.2.1), fejn programmi ta’ tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer isiru regolarment u jkunu kkontrollati uffiċjalment f’annimali bovini domestiċi.
(2) (7) II.2.8.2. Il-prodotti sekondarji f’din il-kunsinna jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali ġejjin minn interjuri jew minn laħam li jkun tneħħielu l-għadam.]
II.2.9.
(2) )jew [il-prodott ma fihx u mhux ġej minn materjal ta’ riskju speċifikat kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u lanqas mhu laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini; u u l-annimali li minnu dan il-prodott huwa dderivat ma ġewx maqtula wara sturdament bil-gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula bit-tiċrit tat-tessut nervuż ċentrali bi strument tawwali f’għamla ta’ virga mdaħħla fil-kavità kranjali;]
(2) jew [il-prodott ma fihx u mhux ġej minn materjali ta’ bovini, ovini jew kaprini minbarra dawk li ġejjin minn annimali mwelldin, imrobbijin kontinwament u maqtulin f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikati li jkunu ta’ riskju negliġibbli ta’ BSE b’deċiżjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;]
II.2.10. flimkien ma’ dan, fir-rigward ta’ TSE:
(2) )jew [f’każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali maħsubin għal għalf għar-ruminanti u li jkollhom fihom ħalib jew prodotti tal-ħalib ta’ oriġini ovina jew kaprina, l-annimali ovini jew kaprini li minnhom jiġu dawn il-prodotti nżammu kontinwament mit-twelid jew tul l-aħħar tliet snin f’azjenda fejn mhi imposta ebda restrizzjoni fuq il-moviment minħabba suspett ta’ TSE u li tkun issodisfat ir-rekwiżiti li ġejjin għal dawn l-aħħar tliet snin :
(i) kien soġġett għall-verifiki veterinarji uffiċjali regolari;
(ii) ma kien hemm dijanjożi ta’ ebda każ ta’ scrapie klassika, kif iddefinit fil-punt 2(g) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew, wara l-konferma ta’ każ ta’ scrapie klassika:
l-annimali kollha li ġew ikkonfermati li kellhom il-marda tal-iscrapie klassika nqatlu u nqerdu, u
in-nagħaġ u l-mogħoż kollha fl-ażjenda nqatlu u nqerdu, ħlief imtaten tat-tgħammir tal-ġenotip ARR/ARR, u nagħaġ tat-tgħammir li jkollhom mill-anqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ;
(iii) annimali ovini u kaprini, ħlief nagħaġ tal-ġenotip prijoniku ARR/ARR, jiddaħħlu fl-azjenda biss jekk jiġu minn azjenda li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (i) u (ii).]
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Prodotti sekondarji tal-annimali li se jintużaw għal skopijiet barra mill-katina tal-għalf, jew għal kampjuni tal-kummerċ (2)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(2) jew [f’każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali maħsubin għal għalf għar-ruminanti u li jkollhom fihom ħalib jew prodotti tal-ħalib ta’ oriġini ovina jew kaprina, u maħsubin għal Stat Membru elenkat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006 (9), l-annimali ovini jew kaprini li minnhom jiġu dawn il-prodotti nżammu kontinwament mit-twelid jew għall-aħħar seba’ snin f’azjenda fejn mhi imposta ebda restrizzjoni fuq il-moviment minħabba suspett ta’ TSE u li tkun issodisfat ir-rekwiżiti li ġejjin għall-aħħar seba’ snin:
(i) kien soġġett għall-verifiki veterinarji uffiċjali regolari;
(ii) ma kien hemm dijanjożi ta’ ebda każ ta’ scrapie klassika, kif iddefinit fil-punt 2(g) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew, wara l-konferma ta’ każ ta’ scrapie klassika:
l-annimali kollha li ġew ikkonfermati li kellhom il-marda tal-iscrapie klassika nqatlu u nqerdu, u
in-nagħaġ u l-mogħoż kollha fl-ażjenda nqatlu u nqerdu, ħlief imtaten tat-tgħammir tal-ġenotip ARR/ARR, u nagħaġ tat-tgħammir li jkollhom mill-anqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ;
(iii) annimali ovini u kaprini, ħlief nagħaġ tal-ġenotip prijoniku ARR/ARR, jiddaħħlu fl-azjenda biss jekk jiġu minn azjenda li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (i) u (ii).]
Noti
Parti I:
Ir-referenza tal-kaxxa I.6: Persuna responsabbli għall-kunsinna fl-Unjoni Ewropea: din il-kaxxa għandha timtela biss jekk ikun ċertifikat għal prodott fi tranżitu; tista’ timtela jekk iċ-ċertifikat ikun għal prodott importat.
Ir-referenza tal-kaxxa I.11: F’każ ta’ konsenji għall-istudji jew l-analiżi teknoloġiċi partikulari: indika biss l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment.
Il-kaxxi ta’ referenza I.11 u I.12: Numru tal-approvazzjoni: in-numru tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment jew tal-impjant li jkun inħareġ mill-awtorità kompetenti.
Ir-referenza tal-kaxxa I.12: Post ta’ destinazzjoni: din il-kaxxa għandha timtela bi:
prodotti għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf: biss jekk ikun ċertifikat għal prodott bażi ta’ tranżitu. Il-prodotti fi tranżitu jistgħu jinħażnu biss f’żoni ħielsa, f’imħażen ħielsa u f’imħażen doganali;
prodotti għall-istudji jew l-analiżi teknoloġiċi partikulari: l-impjant tal-UE indikat fl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti jekk jixraq.
Ir-referenza tal-kaxxa I.15: Għandu jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (tal-vapur). Fil-każ tal-ħatt jew tagħbija mill-ġdid, il-kunsinnatur għandu jinforma lill-Post għall-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera (BIP) tad-dħul fl-UE.
Ir-referenza tal-kaxxa I.19: uża l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (SA) taħt l-intestaturi li ġejjin: 05.11.91; 05.11.99 jew 30.01.
Ir-referenza tal-kaxxa I.23: għal kontejners li jieħdu l-kwantità, in-numru tal-kontejner u tas-siġill (jekk japplika) għandhom ikunu inklużi.
Ir-referenza tal-kaxxa I.25: użu tekniku: kull użu ieħor minbarra konsum mill-annimali.
Ir-referenza tal-kaxxa I.25: għall-finijiet taċ-ċertifikat, il-frażi “użu tekniku’ tinkludi użu bħala kampjun tal-kummerċ.
Il-kaxxi ta’ referenza I.26 u I.27: minbarra kampjuni tal-kummerċ, li ma jintbagħtux fi tranżitu, imla skont jekk iċ-ċertifikat ikunx wieħed ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni.
Ir-referenza tal-kaxxa I.28:
prodotti għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf: Impjant tal-manifattura: agħti n-numru tal-kontroll veterinarju tal-istabbiliment approvat;
prodotti għall-istudji jew l-analiżi teknoloġiċi partikulari: l-impjant tal-UE indikat fl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti jekk jixraq.
Speċi: agħżel minn dawn li ġejjin: Aves, Ruminanti, Mammalja - Ruminanti, Peska, Molluska, Krustaċji, Invertebrati
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Prodotti sekondarji tal-annimali li se jintużaw għal skopijiet barra mill-katina tal-għalf, jew għal kampjuni tal-kummerċ (2)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Parti II:
(1a) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(1b) ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.
(2) Ħassar kif xieraq.
(3) L-isem u n-numru tal-Kodiċi ISO tal-pajjiż esportatur kif stabbiliti fi:
Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010;
l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, u;
l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.
Minbarra dan, il-kodiċi ISO tat-territorji u partijiet minnhom imsemmija fir-Regolamenti msemmija f’din in-nota tal-qiegħ (fejn huwa applikabbli għall-ispeċi suxxettibbli kkonċernata) għandu jiġi inkluż.
(4) Għal pajjiżi biss minn fejn laħam tal-kaċċa maħsub għall-konsum mill-bniedem tal-istess speċi ta’ annimali jkun awtorizzat għall-importazzjoni għall-Unjoni Ewropea.
(5) Garanziji supplimentari li għandhom jingħataw meta l-materjal ta’ annimali domestiċi li jixtarru jkun oriġina fit-territorju ta’ pajjiż mill-Amerika t’Isfel jew mill-Afrika t’Isfel jew minn parti minnu minn fejn laħam frisk biss li jkun immaturat u tneħħielu l-għadam ta’ annimali domestiċi li jixtarru għall-konsum mill-bniedem jitħalla għall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Il-muskolu masseter kollu ta’ annimali bovini, inċiż skont l-Anness I, it-Taqsima IV, il-Kapitolu I, Parti B(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa wkoll permess.
(6) Għal ċerti pajjiżi tal-Amerika t'Isfel biss.
(7) Għal ċerti pajjiżi tal-Amerika t’Isfel u tal-Afrika t’Isfel biss.
(8) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(9) ĠU L 94, 1.4.2006, p. 28.
Il-firma u t-timbru għandhom ikunu ta’ kulur differenti minn dak tal-istampar.
Nota għall-persuna responsabbli għall-kunsinna fl-Unjoni Ewropea: dan iċ-ċertifikat huwa biss għal skopijiet veterinarji u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera.
Veterinarju uffiċjali/Spettur uffiċjali
Isem (b’ittri kapitali):
Kwalifiki u titlu:
Data:
Firma:”
Timbru:
|