Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0533

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 533/2013 tal- 10 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metil-ċiklopropin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrin, daminożid, forklorfenuron, indoksakarb, tjofanat-metil u tribenuron Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 159, 11.6.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/533/oj

    11.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 159/9


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 533/2013

    tal-10 ta’ Ġunju 2013

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metil-ċiklopropin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrin, daminożid, forklorfenuron, indoksakarb, tjofanat-metil u tribenuron

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (2), tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (2)

    L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi 1-metil,ċiklopropin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrin, daminożid, forklorfenuron, indoksakarb, tjofanat-metil u tribenuron se jiskadu bejn it-28 ta’ Frar 2016 u l-31 ta’ Marzu 2016. Tressqu l-applikazzjonijiet għat-tiġdid ta’ dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa neċessarju li jitħalla biżżejjed żmien biex l-applikanti jlestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi x’aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

    (3)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każijiet fejn ma titressaq ebda dokumentazzjoni supplimentari skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament jew fl-aktar data qrib wara.

    (5)

    Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

    (3)  ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26.


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 101, klorotalonil, id-data tat-28 ta’ Frar 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (2)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 102, klorotoluron, id-data tat-28 ta’ Frar 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (3)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 103, ċipermetrin, id-data tat-28 ta’ Frar 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (4)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 104, daminożid, id-data tat-28 ta’ Frar 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (5)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 105, tjofanat-metil, id-data tat-28 ta’ Frar 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (6)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 106, tribenuron, id-data tat-28 ta’ Frar 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (7)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 117, 1-metil-ċiklopropin, id-data tal-31 ta’ Marzu 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (8)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 118, forklorfenuron, id-data tal-31 ta’ Marzu 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.

    (9)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 119, indoksakarb, id-data tal-31 ta’ Marzu 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2017.


    Top