Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0195

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 195/2013 tas- 7 ta’ Marzu 2013 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fejn jidħlu t-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 65, 8.3.2013, p. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/195/oj

    8.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 65/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 195/2013

    tas-7 ta’ Marzu 2013

    li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fejn jidħlu t-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(3), u l-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 (2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Bir-Regolament (UE) Nru 171/2013 (3), il-Kummissjoni emendat id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (4) fejn jidħlu t-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali Dak ir-Regolament emenda l-mudelli tad-dokumenti rilevanti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip. Konsegwentement, huwa neċessarju li l-Istati Membri jingħataw perjodu adegwat biex jadattaw il-forom korrispondenti. Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 171/2013 jiġi sostitwit.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet għat-tibdil fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistabbilixxi r-regoli għall-konformità tal-użu, id-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD), il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 jistabbilixxi id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-kontroll tal-konformità tal-vetturi għall-emissjonijiet tas-CO2 u r-rekwiżiti għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (6) li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri

    (5)

    Sabiex jiġi kkunsidrat l-iffrankar tas-CO2 bl-użu ta’ teknoloġiji innovattivi għall-kalkolu tal-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull manifattur f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u sabiex ikun żgurat monitoraġġ effiċjenti tal-iffrankar speċifiku għal vetturi individwali, il-vetturi mgħammra b’innovazzjonijiet ekoloġiċi għandhom jiġu ċċertifikati bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura u l-iffrankar totali għandu jiddaħħal fiċ-ċertifikat ta’ konformità.

    (6)

    Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jingħataw id-dejta adegwata biex jiċċertifikaw vetturi mgħammra b’innovazzjonijiet ekoloġiċi u biex jintegraw l-iffrankar tas-CO2 tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi bħala parti mill-informazzjoni rappreżentattiva ta’ tip, varjant jew verżjoni speċifika ta’ vettura.

    (7)

    Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu emendati l-mudelli tad-dokumenti rilevanti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip.

    (8)

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (7), introduċew rekwiżiti ġodda dwar l-informazzjoni fuq l-ittestjar tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu. Għaldaqstant, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi inkorporata fis-sistema stabbilita bid-Direttiva 2007/46/KE.

    (9)

    Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    2.   L-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE jiġi sostitwit mit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (UE) Nru 171/2013 huwa mħassar.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (3)  ĠU L 55, 27.2.2013, p. 9.

    (4)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

    (5)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

    (6)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.

    (7)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.


    ANNESS I

    L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiddaħħlu dawn l-entrati 3.5.6, 3.5.6.1, 3.5.6.2 u 3.5.6.3:

    3.5.6.   Vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (**): iva/le (1)

    3.5.6.1.   Tip/Varjant/Verżjoni ta’ vettura ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (jekk applikabbli): …

    3.5.6.2.   Eżistenza ta’ interazzjonijiet bejn innovazzjonijiet ekoloġiċi differenti: iva/le (1)

    3.5.6.3.   Dejta dwar l-emissjonijiet relatata mal-użu tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi (irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat) (w1)

    Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (w2)

    Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (w3)

    1.

    Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

    2.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika (g/km)

    3.

    L-missjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-Tip 1 (w4)

    4.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika fiċ-ċiklu tal-ittestjar tat-Tip 1 (= 3.5.1.3)

    5.

    Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

    L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

    FOR-L_2013065MT.01000301.notes.0001.xml.jpg

    xxxx/201x

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-iffrankar totali ta’ emissjonijiet tas-CO2 (g/km)(w5)

     

    (*)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.’;"

    (**)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.”;"

    (b)

    Jiżdiedu dawn in-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin:

    “(w)

    Innovazzjonijiet ekoloġiċi.

    (w1)

    Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġiċi

    (w2)

    In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika

    (w3)

    Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika

    (w4)

    Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu tal-ittestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

    (w5)

    Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.”;

    (2)

    L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiddaħħlu l-entrati 3, 3.1 u 3.2 li ġejjin fl-entrata 49 tal-Parti I, in-Naħa 2 – il-Kategorija ta’ vetturi M1 (vetturi kompluti u kkompletati) tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE:

    3.   Vettura mgħammra b’innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi): iva/le (1)

    3.1.   Kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (p1): …

    3.2.   L-iffrankar totali tal-emissjonijiet tas-CO2 permezz tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (p2) (irrepeti għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat): … ”;

    (b)

    Jiżdiedu n-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin fin-“Noti ta’ Spjegazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Anness IX”:

    “(p)

    Innovazzjonijiet ekoloġiċi.

    (p1)

    Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:

    Il-kodiċi tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni, kif stabbilit fl-Anness VII;

    Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

    (Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun: ‘e1 10 15 16’.)

    (p2)

    Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.”.



    ANNESS II

    “ANNESS VIII

    RIŻULTATI TAT-TEST

    (Għandhom jiġu kkompletati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u mehmużin maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura)

    F’kull każ, l-informazzjoni għandha tagħmilha ċara għal liema varjant u verżjoni hija applikabbli. Verżjoni waħda ma jistax ikollha aktar minn riżultat wieħed. Madankollu, taħlita ta’ diversi riżultati għal kull verżjoni li jindikaw l-agħar każ hija permissibbli. Fil-każ tal-aħħar, għandu jkun iddikjarat b’nota li għall-punti mmarkati (*) jingħataw biss ir-riżultati tal-agħar każ.

    1.   Ir-riżultati tat-testijiet tal-livell ta’ ħoss

    In-numru tal-att regolatorju bażi u l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti, applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Miexja (dB(A)/E):

    Wieqfa (dB(A)/E):

    fi (min– 1):

    2.   Ir-riżultati tat-testijiet ta’ emissjoni tal-egżost

    2.1.   Emissjonijiet minn vetturi bil-mutur ittestjati bi proċedura tal-ittestjar għal vetturi ħfief

    Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti, applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

    Fjuwil(s) (1) … (diżil, petrol, LPG, NG, Bifjuwil: petrol/NG, LPG…, Fjuwil flessibbli: petrol/etanol, NG/H2NG…)

    2.1.1.   Test tat-Tip 1 (2)  (3) (emissjonijiet mill-vettura fiċ-ċiklu tal-ittestjar wara l-istartjar ta’ magna kiesħa)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO (mg/km)

    It-THC (mg/km)

    L-NMHC (mg/km)

    L-NOx (mg/km)

    It-THC + l-NOx (mg/km)

    Il-massa ta’ materja partikulata (PM) (mg/km)

    In-numru ta’ partikoli (P) (#/km) (1)

    2.1.2.   Test tat-Tip 2 (2)  (3) (dejta dwar l-emissjonijiet meħtieġa fl-approvazzjoni tat-tip biex ikun verifikat kemm il-vettura hi tajba għat-triq)

    Tip 2, test tal-magna b’ingranaġġ baxx

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO (% vol.)

    Il-veloċità tal-magna (min– 1)

    It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)


    Tip 2, test tal-magna b’ingranaġġ għoli:

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO (% vol.)

    Il-valur lambda

    Il-veloċità tal-magna (min– 1)

    It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

    2.1.3.   Test tat-tip 3 (emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankcase): …

    2.1.4.   Test tat-tip 4 (emissjonijiet evaporattivi): …g/test

    2.1.5.   Tip ta’ ttestjar 5 (id-durabbilità tal-mekkaniżmi ta’ kontroll kontra t-tniġġis):

    Id-distanza tat-tqaddim koperta (km) (eż: 160 000 km): …

    Il-fattur tad-deterjorament DF: ikkalkulat/fiss (1)

    Valuri:

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO

    It-THC

    L-NMHC

    L-NOx

    It-THC + l-NOx

    Il-massa ta’ materja partikolata (PM)

    In-numru ta’ partikoli (P) (1)

    2.1.6.   Test tat-tip 6 (medja tal-emissjonijiet f’temperaturi ambjentali baxxi):

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO (g/km)

    It-THC (g/km)

    2.1.7.   OBD: iva/le (1)

    2.2.   Emissjonijiet minn magni ttestjati bi proċedura tat-test għal vetturi tqal.

    Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti, applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:…

    Fjuwil(s) (1) …(diżil, petrol, LPG, NG, Bifjuwil: petrol/NG, LPG…, Fjuwil flessibbli: petrol/etanol, NG/H2NG…)

    2.2.1.   Riżultati tat-test ESC (2)  (4)  (5)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO (mg/kWh)

    It-THC (mg/kWh)

    L-NOx (mg/kWh)

    L-NH3 (ppm) (1)

    Il-massa tal-PM (mg/kWh)

    In-numru tal-PM (#/kWh) (1)

    2.2.2.   Riżultati tat-test ELR (2)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Il-valur tad-duħħan:… m– 1

    2.2.3.   Riżultati tat-test ETC (4)  (5)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO (mg/kWh)

    It-THC (mg/kWh)

    L-NMHC (mg/kWh) (1)

    Is-CH4 (mg/kWh) (1)

    L-NOx (mg/kWh)

    L-NH3 (ppm) (1)

    Il-massa tal-PM (mg/kWh)

    In-numru tal-PM (#/kWh) (1)

    2.2.4.   Ittestjar tal-magna mhux ingranata (2)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Is-CO (% vol.)

    Il-Valur lambda (1)

    Il-veloċità tal-magna (min– 1)

    It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

    2.3.   Duħħan tad-diżil

    Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

    2.3.1.   Ir-riżultati tat-test waqt aċċelerazzjoni libera

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment (m– 1)

    Il-veloċità normali tal-magna mhux ingranata:

    Il-veloċità massima tal-magna

    It-temperatura taż-żejt (min./mass.)

    3.   Ir-riżultati tal-emissjoni tas-CO2, konsum tal-enerġija elettrika/tal-fjuwil, u testijiet tal-firxa elettrika.

    In-numru tal-att regolatorju ta’ bażi u l-att regolatorju li jemenda l-aktar reċenti applikabbli għall-approvazzjoni:

    3.1.   Magni ta’ kombustjoni interna, inklużi vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC) (2)  (6)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (kondizzjonijiet urbani) (g/km):

    L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (kondizzjonijiet ekstraurbani) (g/km)

    L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (ikkombinata) (g/km)

    Il-konsum ta’ fjuwil (kondizzjonijiet urbani) (l/100 km) (7)

    Il-konsum ta’ fjuwil (kondizzjonijiet ekstraurbani) (l/100 km) (7)

    Il-konsum ta’ fjuwil (ikkombinat) (l/100 km) (7)

    3.2.   Vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC) (2)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    L-emissjoni ta’ massa tas-CO2 (Kundizzjoni A, ikkombinata) (g/km)

    L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (Kundizzjoni B, ikkombinata) (g/km)

    L-emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (peżata, ikkombinata) (g/km)

    Il-konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni A, ikkombinat) (l/100 km) (g)

    Konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni B, ikkombinat) (l/100 km) (g)

    Il-konsum ta’ fjuwil (peżat, ikkombinat) (l/100 km) (g)

    Il-konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni A, ikkombinat) (Wh/km)

    Il-konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni B, ikkombinat) (Wh/km)

    Il-konsum ta’ enerġija elettrika (peżat u kkombinat) (Wh/km)

    Il-firxa elettrika pura (km)

    3.3.   Vetturi elettriċi puri (2)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Il-konsum ta’ enerġija elettrika (Wh/km)

    Il-firxa (km)

    3.4.   Vetturi biċ-ċellola tal-fjuwil tal-idroġenu (2)

    Il-Varjant/Verżjoni:

    Il-konsum ta’ fjuwil (kg/100 km)

    4.   Ir-riżultati tat-testijiet għal vetturi mgħammra b’innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (1)  (2)  (3)

    Il-Varjant/Verżjoni …

    Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (4)

    Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (5)

    1.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

    2.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika (g/km)

    3.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-valur ta’ referenza skont iċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-Tip 1 (6)

    4.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika skont iċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-Tip 1 (= 3.5.1.3)

    5.

    Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

    L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

    Formula

    xxxx/201x

    L-iffrankar totali tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (7)

    4.1.   Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (8)

    Noti ta’ spjegazzjoni

    (h)

    Innovazzjonijiet ekoloġiċi.


    (1)  Meta restrizzjonijiet għall-fjuwil ikunu applikabbli, indika dawn ir-restrizzjonijiet (eż: għall-gass naturali indika jekk hux il-firxa L jew il-firxa H).

    (2)  Għall-vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella għandha tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils li huma.

    (3)  Għal vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-test ikun se jsir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għall-vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, il-bifjuwil jew il-monofjuwil, it-tabella għandha tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali għandha turi l-agħar riżultati miksuba. Meta applikabbli, skont it-taqsimiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din trid tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.

    (1)  Ħassar fejn ma japplikax.

    (2)  Jekk applikabbli.

    (4)  Għall-Euro VI, ESC irid jinftiehem bħala WHSC u ETC bħala WHTC.

    (5)  Għall-Euro VI, jekk il-magni li joperaw bis-CNG u l-LPG jiġu ttestjati bi fjuwils ta’ referenza differenti, it-tabella għandha ssir mill-ġdid għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

    (6)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

    (7)  L-unità “l/100 km” tinbidel bi “m3/100 km” għal vetturi li joperaw bl-NG u l-H2NG, u bi “kg/100 km” għal vetturi li joperaw bl-idroġenu.

    (1)  

    (h1)

    Irrepeti t-tabella għal kull varjant/verżjoni.

    (2)  

    (h2)

    Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

    (3)  

    (h3)

    Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.

    (4)  

    (h4)

    In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

    (5)  

    (h5)

    Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

    (6)  

    (h6)

    Jekk tiġi applikata metodoloġija tal-immudellar flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

    (7)  

    (h7)

    Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.

    (8)  

    (h8)

    Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:

    Il-kodiċi tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni, kif stipulat fl-Anness VII;

    Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

    (Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.


    ANNESS III

    L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Jiddaħħlu l-punti li ġejjin 4.3.5, 4.3.5.1 u 4.3.5.2:

    “4.3.5.   Vettura mgħammra b’innovazzjonijiet ekoloġiċi

    4.3.5.1.   Fil-każ ta’ tip ta’ vettura li hi mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika waħda jew aktar, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (**), il-konformità tal-produzzjoni għandha tintwera skont l-innovazzjonijiet ekoloġiċi, billi jsiru t-testijiet stipulati fid-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni li japprovaw l-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) inkwistjoni.

    4.3.5.2.   Il-punti 4.3.1, 4.3.2 u 4.3.4 għandhom japplikaw.

    (*)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1."

    (**)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.”;"

    (b)

    Fl-Appendiċi 3, jiddaħħlu l-punti li ġejjin 3.5.6, 3.5.6.1, 3.5.6.2 u 3.5.6.3:

    3.5.6.   Vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011: iva/le (***)

    3.5.6.1.   Tip/Varjant/Verżjoni tal-vettura ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (****): …

    3.5.6.2.   Interazzjonijiet li jeżistu bejn innovazzjonijiet ekoloġiċi differenti: iva/le (***)

    3.5.6.3.   Dejta dwar l-emissjonijiet relatati mal-użu ta’ innovazzjonijiet ekoloġiċi (*****)  (******)

    Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (1)

    Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (2)

    1.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

    2.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-innovazzjoni ekoloġika (g/km)

    3.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (3)

    4.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (= 3.5.1.3)

    5.

    Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

    L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

    FOR-L_2013065MT.01001001.notes.0001.xml.jpg

    xxxx/201x (1)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-iffrankar totali ta’ emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (4)

     

    (***)  Ħassar fejn ma japplikax"

    (****)  Jekk applikabbli."

    (***)  Ħassar fejn ma japplikax"

    (*****)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

    (******)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.”"

    (c)

    L-Addendum għall-Appendiċi 4 hu emendat kif ġej:

    (i)

    Fil-punt 2.1, it-tabella li tikkorrispondi għat-test tat-tip 6 hi mibdula b’dan li ġej:

    “It-Tip 6

    Is-CO (g/km)

    It-THC (g/km)

    Valur imkejjel”;

     

     

    (ii)

    Il-Punt 2.1.1 hu mibdul b’dan li ġej:

    2.1.1.   Għall-vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella tat-test tat-tip 1 għandha tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils. Għall-vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-test tat-tip 1 irid isir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għal vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, il-monofjuwil jew il-bifjuwil, it-tabella għandha tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali trid turi l-agħar riżultati miksuba. Meta applikabbli, skont it-taqsimiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din għandha tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.”;

    (iii)

    Jiddaħħlu l-punti li ġejjin 2.6 u 2.6.1:

    “2.6.   Ir-riżultati tat-test tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi (*******)  (********)

    Id-deċiżjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika (5)

    Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika (6)

    1.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza (g/km)

    2.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika (g/km)

    3.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ referenza fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (7)

    4.

    L-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika fiċ-ċiklu ta’ ttestjar tat-tip 1 (= 3.5.1.3)

    5.

    Il-fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

    L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

    FOR-L_2013065MT.01001001.notes.0002.xml.jpg

    xxxx/201x

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-iffrankar totali tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (8)

     

    2.6.1.   Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) (*********): …

    (*******)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

    (********)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika."

    (*********)

    l-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE;

    l-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE;

    Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

    (Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun: “e1 10 15 16”.)”;

    (*********)  Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:

    l-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE;

    Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

    (Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun: “e1 10 15 16”.)”;

    "

    (2)

    Fl-Anness XII jiddaħħlu l-punti li ġejjin 4, 4.1, 4.2, 4.3 u 4.4:

    “4.   APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURI MGĦAMMRA B’INNOVAZZJONIJIET EKOLOĠIĊI

    4.1.   Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tas-CO2 tiegħu permezz ta’ ffrankar minn innovazzjoni ekoloġika waħda jew iżjed li biha tkun mgħammra vettura, għandu japplika għand awtorità tal-approvazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-vettura mgħammra bl-innovazzjoni ekoloġika.

    4.2.   L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura mgħammra b’innovazzjoni ekoloġika għandu, għal finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, ikun determinat bil-proċedura u l-metodoloġija tal-ittestjar speċifikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

    4.3.   Il-prestazzjoni tat-testijiet meħtieġa biex ikun determinat l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 miksub bl-innovazzjonijiet ekoloġiċi għandha tiġi kkunsidrata bla ħsara għad-dimostrazzjoni ta’ konformità tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi mal-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, jekk applikabbli.

    4.4.   L-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata jekk il-vettura mgħammra bl-innovazzjoni ekoloġika ma turix minimu ta’ 1 gCO2/km ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet fir-rigward tal-vettura ta’ referenza, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.”.


    (1)  In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

    (2)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

    (3)  Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jiġi applikat l-immudellar flok iċ-ċiklu tat-test tat-tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħtija fil-metodoloġija.

    (4)  Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali;

    (5)  In-numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

    (6)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-innovazzjoni ekoloġika.

    (7)  Jekk jiġi applikat l-immudellar flok iċ-ċiklu tat-test tat-tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti fil-metodoloġija tal-immudellar.

    (8)  Is-somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull innovazzjoni ekoloġika individwali.


    Top