This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0190
Commission Implementing Regulation (EU) No 190/2013 of 5 March 2013 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards the conditions of approval of the active substance sodium hypochlorite Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 190/2013 tal- 5 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ipoklorit tas-sodju Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 190/2013 tal- 5 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ipoklorit tas-sodju Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 62, 6.3.2013, p. 19–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
6.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 190/2013
tal-5 ta’ Marzu 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ipoklorit tas-sodju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza attiva ipoklorit tas-sodju ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza qed titqies bħala approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (5). |
(2) |
Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni għall-ipoklorit tas-sodju (6) fil-25 ta’ Ġunju 2012. L-Awtorità kkomunikat l-opinjoni tagħha dwar l-ipoklorit tas-sodju lin-notifikatur. Il-Kummissjoni stednitha tressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni għall-ipoklorit tas-sodju. L-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni u l-opinjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta’ Frar 2013 f’forma ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ipoklorit tas-sodju. |
(3) |
Huwa kkonfermat li s-sustanza attiva ipoklorit tas-sodju għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(4) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-ipoklorit tas-sodju. Minkejja li jeżisti tagħrif komprensiv dwar l-ipoklorit tas-sodju bħala prodott bażiku disponibbli b’mod ġenerali, jekk titqies biss id-dejta mressqa min-notifikatur, il-valutazzjoni tal-esponiment għall-operatur, għall-ħaddiem u għall-ilma tal-wiċċ ma tkunx tista’ tiġi ffinalizzata. Għaldaqstant, huwa l-waqt li l-awtorizzazzjonijiet għall-użu fuq ġewwa jiġu ristretti u jiddaħħlu dispożizzjonijiet ġodda għall-Istati Membri li jagħtu awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-ipoklorit tas-sodju. |
(5) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.
(4) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.
(5) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance sodium hypochlorite. EFSA Journal 2012; 10(7):2796. [40 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2796. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 254 dwar is-sustanza attiva ipoklorit tas-sodju għandha tinbidel b’dan li ġej:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
“254 |
Ipoklorit tas-sodju Nru CAS: 7681-52-9 CIPAC: 848 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju: 105 g/kg-126 g/kg (122 g/L-151 g/L) konċentrat tekniku 10-12 % (w/w) espress bħala kloru |
fl-1 ta’ Settembru 2009 |
fil-31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A Jista’ jkun awtorizzat biss l-użu fuq ġewwa bħala diżinfettant. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-ipoklorit tas-sodju (SANCO/2988/2008), u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-1 ta’ Frar 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu każ b’mod partikolari:
Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.