Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0036R(02)

    Rettifika tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013)

    ĠU L 20, 25.1.2017, p. 1–1 (ES, CS, ET, EN, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PT, RO, SK, SL)
    ĠU L 20, 25.1.2017, p. 1–2 (BG, DA, DE, EL, FR, FI, SV)
    ĠU L 20, 25.1.2017, p. 1–3 (PL)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/corrigendum/2017-01-25/oj

    25.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 20/1


    Rettifika tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE

    ( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 176 tas-27 ta' Ġunju 2013 )

    1.

    F'paġna 358, l-Artikolu 22(4),

    minflok:

    “…mhux soġġetta għas-superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2004/39/KE.”,

    aqra:

    “…mhux soġġetta għas-superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttiva 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2004/39/KE.”;

    2.

    F'paġna 375, l-Artikolu 67(1), il-punt (n),

    minflok:

    “…jew f'każijiet fejn l-Artikoli 28, 51 jew 63 ta' Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxu tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;”,

    aqra:

    “…jew f'każijiet fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;”;

    3.

    F'paġna 400, l-Artikolu 117(4), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju,

    minflok:

    “… fejn tali deċiżjonijiet ikunu ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:”,

    aqra:

    “… fejn tali deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:”;

    4.

    F'paġna 408, l-Artikolu 133(3)'

    minflok:

    “3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jżommu, b'żieda mal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni miżmum biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' fondi proprji impost bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ….”,

    aqra:

    “3.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jżommu, b'żieda mal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni miżmum biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' fondi proprji imposti bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ….”;

    5.

    F'paġna 416, l-Artikolu 142 (1), it-tieni subparagrafu,

    minflok:

    “L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ta' kreditu …”,

    aqra:

    “L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni …”;

    6.

    F'paġna 421, l-Artikolu 158(5), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “5.   … l-awtoritajiet kompetenti … għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta' superviżuri sabiex jiffaċilitaw …l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 60.”,

    aqra:

    “5.   … l-awtoritajiet kompetenti … għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta' superviżuri sabiex jiffaċilitaw … l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 50.”.


    Top