This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0024
Council Directive 2013/24/EU of 13 May 2013 adapting certain directives in the field of company law, by reason of the accession of the Republic of Croatia
Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-liġi tal-kumpanniji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-liġi tal-kumpanniji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365–367
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/07/2017
10.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/365 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/24/UE
tat-13 ta' Mejju 2013
li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-liġi tal-kumpanniji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kinux previsti f'dak l-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni. |
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni, u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
(3) |
Id-Direttivi 78/660/KEE (1), 83/349/KEE (2), 2009/101/KE (3), 2009/102/KE (4), 2011/35/UE (5) u 2012/30/UE (6) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 2009/101/KE, 2009/102/KE, 2011/35/UE u 2012/30/UE huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) Ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 17 Vol. 01 p. 21). Nota: It-titolu tad-Direttiva 78/660/KEE ġie aġġustat sabiex jieħu kont tar-rinumerazzjoni tal-Artikoli tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Lisbona; ir-referenza oriġinali fih kienet għall-Artikolu 54(3)(g), tat-Trattat).
(2) Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju tal-1983 ibbażata fuq l-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 17 Vol. 01 p. 58). Nota: It-titolu tad-Direttiva 83/349/KEE ġie aġġustat sabiex jieħu kont tar-rinumerazzjoni tal-Artikoli tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Lisbona; ir-referenza oriġinali fih kienet għall-Artikolu 54(3)(g), tat-Trattat).
(3) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11). Nota: It-titolu tad-Direttiva 2009/101//KE ġie aġġustat sabiex jieħu kont tar-rinumerazzjoni tal-Artikoli tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Lisbona; ir-referenza oriġinali fih kienet għall-Artikolu 48, tat-Trattat).
(4) Id-Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 20.)
(5) Id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-mergers ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).
ANNESS
PARTI A
LIĠI DWAR IL-KUMPANNIJI
1. |
Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
|
2. |
Fl-Anness I għad-Direttiva 2009/102/KE, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
|
3. |
Fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2011/35/UE, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
|
4. |
Fl-Anness I għad-Direttiva 2012/30/UE, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
|
PARTI B
STANDARDS TA' KONTABBILTÀ
1. |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 78/660/KEE huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, dan li ġej jiżdied mal-ewwel subparagrafu:
|