This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0020
Council Directive 2013/20/EU of 13 May 2013 adapting certain directives in the field of food safety, veterinary and phytosanitary policy, by reason of the accession of the Republic of Croatia
Direttiva tal-Kunsill 2013/20/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
Direttiva tal-Kunsill 2013/20/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
ĠU L 158, 10.6.2013, p. 234–239
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
10.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/234 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/20/UE
tat-13 ta' Mejju 2013
li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kienux previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni. |
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati kif meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
(3) |
Id-Direttivi 64/432/KEE (1), 89/108/KEE (2), 91/68/KEE (3), 96/23/KE (4), 97/78/KE (5), 2000/13/KE (6), 2000/75/KE (7), 2002/99/KE (8), 2003/85/KE (9), 2003/99/KE (10) u 2009/156/KE (11) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 64/432/KEE, 89/108/KEE, 91/68/KEE, 96/23/KE, 97/78/KE, 2000/13/KE, 2000/75/KE, 2002/99/KE, 2003/85/KE, 2003/99/KE u 2009/156/KE huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 01 p. 13).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġetti tal-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13 Vol. 009 p. 318).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 11 p. 146).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 19 p. 71).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 22 p. 247).
(6) Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 20 Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel. (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 15 Vol. 05 p. 75).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 31 p. 87).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 38 p. 124).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 41 p. 5).
(10) Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 03 Vol. 41 p. 344).
(11) Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.).
ANNESS
PARTI A
LEĠISLAZZJONI DWAR IS-SIKUREZZA TAL-IKEL
1. |
Fl-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE, dan li ġej jiżdied mal-lista: “bil-Kroat: ‘brzo smrznuto’.”. |
2. |
Id-Direttiva 2000/13/KE hija emendata kif ġej:
|
PARTI B
LEĠISLAZZJONI VETERINARJA
1. |
Fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva 64/432/KEE, dan li ġej jiżdied mal-lista wara r-Rumanija: “— Il-Kroazja: županija;”. |
2. |
Fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 91/68/KEE, dan li ġej jiżdied mal-lista fil-punt 14 wara r-Rumanija: “— Il-Kroazja: županija”. |
3. |
Fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/23/KE, is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tielet subparagrafu: “Il-Kroazja għandha, għall-ewwel darba sal-31 ta' Marzu 2014, tippreżenta lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjanijiet tagħha biex issib ir-residwi u s-sustanzi u tal-miżuri ta’ kontroll tagħha.” |
4. |
L-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I TERRITORJI MNIŻŻLIN FL-ARTIKOLU 1
|
5. |
Fl-Anness II għad-Direttiva 2000/75/KE, dan li ġej jiddaħħal fit-titolu tal-Parti A wara l-entrata “LABORATOIRE COMMUNAUTAIRE DE RÉFÉRENCE POUR LA FIÈVRE CATARRHALE DU MOUTON”: “REFERENTNI LABORATORIJ ZAJEDNICE ZA BOLEST PLAVOG JEZIKA”. |
6. |
L-Anness II għad-Direttiva 2002/99/KE huwa emendat kif ġej:
|
7. |
Fl-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE, dan li ġej jiddaħħal fit-tabella taħt il-Parti A wara l-entrata għal Franza:
|
8. |
Fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Kull sena sa tmiem Mejju, kull Stat Membru għandu jittrasmetti lill-Kummissjoni, għall-Bulgarija u r-Rumanija, għall-ewwel darba, sa tmiem Mejju 2018, u għall-Kroazja, għall-ewwel darba, sa tmiem Mejju 2014, rapport dwar xejriet u sorsi ta' żoonożi, aġenti żoonotiċi u resistenza antimikrobjali, li jkopri d-data miġbura skont l-Artikoli 4, 7 u 8 matul is-sena preċedenti. Ir-rapporti, u kwalunkwe sommarju tagħhom, ikunu pubblikament disponibbli.”. |
9. |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2009/156/KE, il-kliem introduttorju għandu jinbidel b’dan li ġej: “Meta Stat Membru jħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obligatorju għal marda li għaliha huma suxxettibbli l-ekwidi, huwa jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mill-4 ta’ Lulju 1990 għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u r-Renju Unit, mill-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, mill-1 ta’ Mejju 2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, mill-1 ta’ Jannar 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija, u mill-1 ta' Lulju 2013 għall-Kroazja, li juri b’mod partikolari:”. |