EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0661

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK tal- 15 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 306, 16.11.2013, p. 18–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/661/oj

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/661/PESK

tal-15 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Permezz tas-Sentenzi tagħha tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi T-493/10 (2), T-4/11 u T-5/11 (3), T-12/11 (4), T-13/11 (5), T-24/11 (6), T-42/12 u T-181/12 (7), T-57/12 (8) u T-110/12 (9), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni ta’ Persia International Bank plc, Export Development Bank of Iran, Iran Insurance Company, Post Bank Iran, Bank Refah Kargaran, Naser Bateni, Good Luck Shipping LLC u Iranian Offshore Engineering & Construction Co. mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

Persia International Bank plc, Export Development Bank of Iran, Iran Insurance Company, Post Bank Iran, Bank Refah Kargaran, Naser Bateni, Good Luck Shipping LLC u Iranian Offshore Engineering & Construction Co. għandhom jerġgħu jiġu inklużi mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet ġodda rigward kull wieħed u waħda minnhom.

(4)

Għandha tiġi inkluża entità addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, u għandha tiġi emendata l-informazzjoni identifikattiva fir-rigward ta’ entità oħra soġġetta għal miżuri restrittivi.

(5)

Konsegwentement għas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-421/11 (10), Qualitest FZE mhijiex inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-493/10 Persia International Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-4/11 u T-5/11 Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-12/11 Iran Insurance Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(5)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-13/11 Post Bank Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-24/11 Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi T-42/12 u T-181/12 Naser Bateni vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(8)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-57/12 Good Luck Shipping LLC vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-110/12 Iranian Offshore Engineering & Construction Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-421/11 Qualitest FZE vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS

I.   Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma miżjudin mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK

I.   Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Post Bank of Iran (magħruf ukoll bħala Post Bank Iran, Post Bank)

237, Motahari Ave., Tehran, Iran 1587618118

Sit elettroniku: www.postbank.ir

Kumpannija li fil-parti l-kbira tagħha tappartjeni lill-Gvern tal-Iran u tagħti appoġġ finanzjaru lill-Gvern tal-Iran.

16.11.2013

2.

Iran Insurance Company (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

121 Fatemi Ave., P.O. Box 14155-6363 Tehran, IranP.O. Box 14155-6363, 107 Fatemi Ave., Tehran, Iran

Kumpannija li tappartjeni lill-Gvern u li tagħti appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran.

16.11.2013

3.

Export Development Bank of Iran (EDBI) (inklużi l-fergħat kollha u s-sussidjarji)

Export Development Building, 21th floor, Tose’e tower, 15th st, Ahmad Qasir Ave, Tehran - Iran, 15138-35711 next to the 15th Alley, Bokharest Street, Argentina Square, Tehran, Iran; Tose’e Tower, Kantuniera ma’ 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran; No. 129, 21 ‘s Khaled Eslamboli, No. 1 Building, Tehran, Iran; Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: Nru. 86936 (Iran)

Kumpannija li tappartjeni lill-Gvern u li tagħti appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran.

16.11.2013

4.

Persia International Bank Plc

Number 6 Lothbury, Kodiċi Postali ta’ Londra: EC2R 7HH, Renju Unit

Entità li tappartjeni lill-entitajiet nominati Bank Mellat u Bank Tejarat.

16.11.2013

5.

Iranian Offshore Engineering & Construction Co (IOEC)

18 Shahid Dehghani Street, Qarani Street, Tehran 19395-5999

Jew: No.52 North Kheradmand Avenue (Is-sitt kantuniera ta’ 6th Alley) Tehran, IRAN

Sit elettroniku: http://www.ioec.com/

Entità importanti fis-settur tal-enerġija li tipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Iran. Effettivament, IOEC tagħti appoġġ finanzjarju u loġistiku lill-Gvern tal-Iran.

16.11.2013

6.

Bank Refah Kargaran

(magħruf ukoll bħala Bank Refah)

40, North Shiraz Street, Mollasadra Ave., Vanak Sq., Tehran, Kodiċi Postali 19917, Iran

Swift: REF AIRTH

Entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran. Tappartjeni 94 fil-mija lill-Iranian Social Security Organisation, li min-naħa tagħha hija kkontrollata mill-Gvern tal-Iran, u tipprovdi servizz bankarji lill-ministeri tal-gvern.

16.11.2013

III.   Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Naser Bateni

Twieled fis-16 ta’ Diċembru 1962, Iranjan.

Naser Bateni jaġixxi f’isem IRISL. Huwa kien direttur ta’ IRISL sal-2008 u sussegwentement kien Direttur Maniġerjali ta’ IRISL Europe GmbH. Huwa d-Direttur Maniġerjali ta’ Hanseatic Trade and Trust Shipping GmbH (HTTS) li, bħala l-aġent ġenerali tagħhom, tipprovdi servizzi essenzjali lil Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) u lil Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines), it-tnejn li huma entitajiet nominati li jaġixxu f’isem IRISL.

16.11.2013

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Good Luck Shipping Company LLC

(magħrufa wkoll bħala Good Luck Shipping Company)

P.O. BOX 5562, Dubai; jew P.O. Box 8486, Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda

Good Luck Shipping Company LLC, bħala l-aġent għal Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines) fl-Emirati Għarab Magħquda, tipprovdi servizzi essenzjali lil HDS Lines li hija entità nominata li taġixxi f’isem IRISL.

16.11.2013

2.

Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH

Indirizz postali: Schottweg 7, 22087 Ħamburg, il-Ġermanja;

Indirizz alternattiv: Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township.

Hanseatic Trade and Trust Shipping GmbH (HTTS) hija l-aġent ġenerali għal u bħala tali tipprovdi servizzi essenzjali lil Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) u lil Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines), li t-tnejn huma entitajiet identifikati bħala li jaġixxu f'isem IRISL.

16.11.2013

II.   L-entrata għall-entità li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkata hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata ta’ hawn taħt

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Onerbank ZAO (magħruf ukoll bħala Onerbank ZAT, Eftekhar Bank, Honor Bank, Honorbank, North European Bank)

Ulitsa Klary Tsetkin 51- 1, 220004, Minsk, Bjelorussja

Bank ibbażat fil-Bjelorussja li jappartjeni lill-Bank Refah Kargaran, lill-Bank Saderat u lill-Bank Toseeh Saderat Iran

23.5.2011


Top