Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0295

    2013/295/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE, 2009/607/KE, 2009/894/KE, 2009/967/KE, 2010/18/KE u 2011/331/UE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2013) 3550)

    ĠU L 167, 19.6.2013, p. 57–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0476

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/295/oj

    19.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 167/57


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta’ Ġunju 2013

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE, 2009/607/KE, 2009/894/KE, 2009/967/KE, 2010/18/KE u 2011/331/UE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti

    (notifikata bid-dokument C(2013) 3550)

    (2013/295/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-istima u l-verifikazzjoni relatati mal-għoti ta’ ekotikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti u r-rekwiżiti ta’ stima u verifikazzjoni relatati għall-għoti ta’ ekotikketta tal-Komunità għall-midja tat-tkabbir (3) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tal-12 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (4) tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2013.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (5) tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa (6) tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (7) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013.

    (7)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (8) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013.

    (8)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (9) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013.

    (9)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (10) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013.

    (10)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (11) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013.

    (11)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lis-saqqijiet tas-sodda (12) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013.

    (12)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (13) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013.

    (13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam (14) tiskadi fl-1 ta’ Diċembru 2013.

    (14)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-kisi tessili tal-art (15) tiskadi fl-1 ta’ Diċembru 2013.

    (15)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (16) tiskadi fis-27 ta’ Novembru 2013.

    (16)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE tas-6 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal sorsi tad-dawl (17) tiskadi fis-6 ta’ Ġunju 2013.

    (17)

    Twettqet valutazzjoni biex tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet. Minħabba l-istadji differenti tal-proċess tar-reviżjoni għal dawk id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li jittawlu l-perjodi ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati li huma stabbilixxew. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/567/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE u 2009/598/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjoni 2009/300/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Ottubru 2014. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/894/KE u 2011/331/UE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/563/KE u 2009/568/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Ġunju 2015. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/564/KE u 2009/578/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Novembru 2015. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/967/KE u 2010/18/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2015, filwaqt li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjoni 2009/607/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Novembru 2017.

    (18)

    Id-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE, 2009/607/KE, 2009/894/KE, 2009/967/KE, 2010/18/KE u 2011/331/UE għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan.

    (19)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/799/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 6

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

    Artikolu 2

    L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2007/64/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “midja tat-tkabbir” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

    Artikolu 3

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Ottubru 2014.”

    Artikolu 4

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/543/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “żebgħa u l-verniċ ta’ barra”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”

    Artikolu 5

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/544/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”

    Artikolu 6

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/563/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “xedd tas-saqajn”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

    Artikolu 7

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/564/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ post ta’ kampeġġ”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Novembru 2015.”

    Artikolu 8

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/567/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tessili”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”

    Artikolu 9

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/568/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “karta assorbenti”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

    Artikolu 10

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/578/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Novembru 2015.”

    Artikolu 11

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/598/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “saqqijiet tas-sodod”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”

    Artikolu 12

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/607/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi iebes”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Novembru 2017.”

    Artikolu 13

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/894/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “għamara tal-injam”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

    Artikolu 14

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/967/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi tessili tal-art”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2015.”

    Artikolu 15

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2010/18/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2015.”

    Artikolu 16

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/331/UE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “sorsi tad-dawl”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

    Artikolu 17

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 28.

    (3)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 137.

    (4)  ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3.

    (5)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27.

    (6)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39.

    (7)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27.

    (8)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36.

    (9)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70.

    (10)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87.

    (11)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57.

    (12)  ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65.

    (13)  ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21.

    (14)  ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23.

    (15)  ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1.

    (16)  ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32.

    (17)  ĠU L 148, 7.6.2011, p. 13.


    Top