Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1224

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat- 18 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera

    ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1224/oj

    19.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 349/45


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1224/2012

    tat-18 ta’ Diċembru 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jitqiesu ċerti bidliet fil-leġiżlazzjoni ta’ ċerti Stati Membri, jew ix-xewqa tagħhom li tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni tas-sistema ta’ koordinazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009, l-Istati Membri ressqu talbiet lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu emendati ċerti Annessi mar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

    (2)

    Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali qablet mal-emendi mitlubin u ressqet proposti rilevanti lill-Kummissjoni biex tagħmel adattamenti tekniċi tal-Annessi.

    (3)

    Il-Kummissjoni tista’ taqbel mal-proposti rilevanti.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

    (a)

    It-taqsimiet il-ġodda li ġejjin jiddaħħlu wara t-taqsima “IL-LATVJA”:

    “L-UNGERIJA

    Skont l-Att CXCI tal-2011 dwar il-benefiċċji għall-persuni b’kapaċità għax-xogħol mibdula u emendi ta’ ċerti testi oħrajn, mill-1 ta’ Jannar 2012:

    (a)

    il-benefiċċju għar-riabilitazzjoni;

    (b)

    il-benefiċċju għall-invalidità.

    IS-SLOVAKKJA

    Pensjoni tal-invalidità għal persuna li tkun saret invalida meta kienet wild dipendenti jew waqt l-istudji tagħha full-time għal dottorat meta kellha taħt is-26 sena u li tkun meqjusa li dejjem osservat il-perjodu meħtieġ ta’ assigurazzjoni (l-Artikolu 70(2), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 73(3) u (4) tal-Att Nru 461/2003 dwar l-assigurazzjoni soċjali, kif emendat).”

    (b)

    Fit-taqsima “L-ISVEZJA”, “(l-Att 1962:381 kif emendat bl-Att 2001:489)” tiġi sostitwita minn “(il-Kapitolu 34 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110)).”

    (c)

    It-taqsima “IR-RENJU UNIT” tiġi sostitwita minn dan li ġej:

    “IR-RENJU UNIT

    Impjieg u Konċessjoni ta’ Appoġġ

    (a)   Il-Gran Brittanja

    Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2007.

    (b)   L-Irlanda ta’ Fuq

    Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta’ Fuq) 2007.”

    (2)

    L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-Parti 1, it-taqsima “L-AWSTRIJA”, hija sostitwita minn dan li ġej:

    (i)

    Il-punt “(c)” huwa sostitwit minn dan li ġej: “(c) L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tas-superstiti bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (General Pensions Act – APG) tat-18 ta’ Novembru 2004, bl-eċċezzjoni tal-każijiet fil-Parti 2.”

    (ii)

    Il-punt il-ġdid “(g)” li ġej huwa miżjud: “ (g) L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Notarili tat-3 ta’ Frar 1972 — NVG 1972.”

    (b)

    Fil-Parti 1, it-taqsima “L-ISVEZJA”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-ISVEZJA

    (a)

    L-applikazzjonijiet għal pensjoni ta’ garanzija f’forma ta’ pensjoni tal-irtirar (il-Kapitolu 66 u 67 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110));

    (b)

    L-applikazzjonijiet għal pensjoni ta’ garanzija f’forma ta’ pensjoni tas-superstiti (il-Kapitolu 81 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110));”

    (c)

    Fil-Parti 2, it-taqsima l-ġdida li ġejja tiżded wara t-taqsima “IL-BULGARIJA”:

    “ID-DANIMARKA

    (a)

    Pensjonijiet personali;

    (b)

    Benefiċċji f’każ ta’ mewt (akkumulati abbażi ta’ kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbutin maż-żmien qabel l-1 ta’ Jannar 2002);

    (c)

    Benefiċċji f’każ ta’ mewt (akkumulati abbażi ta’ kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbutin maż-żmien qabel l-1 ta’ Jannar 2002) imsemmija fl-Att Ikkonsolidat dwar il-Pensjoni Supplimentari tas-Suq tax-Xogħol (Arbejdsmarkedets Tillægspension) 942:2009.”

    (d)

    Fil-Parti 2, it-taqsima “L-ISVEZJA”, hija sostitwita minn dan li ġej:

    “L-ISVEZJA

    Pensjonijiet tad-dħul u pensjonijiet primjum (il-Kapitoli 62 u 64 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110)).”

    (3)

    L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-Parti I, fit-taqsima “L-ISVEZJA”, “(l-Att 1962:381)” hija sostitwita minn “(il-Kapitolu 34 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110)).”

    (b)

    Fil-Parti II, fit-taqsima “IS-SLOVAKKJA”, jitħassar il-punt (b).

    (c)

    Fil-Parti II, it-taqsima “L-ISVEZJA”, hija sostitwita minn dan li ġej:

    “L-ISVEZJA

    Kumpens għall-mard u kumpens għall-attività f’forma ta’ kumpens ta’ garanzija (il-Kapitolu 35 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110))

    Pensjoni ta’ armla kkalkolata abbażi ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni kreditati (il-Kapitolu 84 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110)).”

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness 1, fit-taqsima “SPANJA-PORTUGALL”, jitħassar il-punt (a).

    (2)

    L-Anness 3 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    It-Taqsimiet “L-ITALJA” u “MALTA” jitħassru.

    (b)

    Tiżdied taqsima ġdida “ĊIPRU” wara t-taqsima “SPANJA”.

    (3)

    Fl-Anness 5, tiżdied taqsima ġdida “ID-DANIMARKA” wara t-taqsima “IR-REPUBBLIKA ĊEKA”.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


    Top