This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1155
Commission Implementing Regulation (EU) No 1155/2012 of 5 December 2012 amending for the 183rd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2012 tal- 5 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-183 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2012 tal- 5 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-183 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
ĠU L 335, 7.12.2012, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/12/2012
7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/40 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1155/2012
tal-5 ta’ Diċembru 2012
li jemenda għall-183 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fis-26 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi sitt entitajiet mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:
(a) |
‘Al-Hamati Sweets Bakeries. Indirizz: Al-Mukallah, Hadhramawt Governorate, il-Jemen. Tagħrif ieħor: (a) Ikkontrollata minn Mohammad Hamdi Mohammad Sadiq al-Ahdal; (b) Allegatament ma baqgħetx teżisti. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 17.10.2001.’ |
(b) |
‘Benevolence International Foundation (alias (a) Al-Bir Al-Dawalia, (b) BIF, (c) BIF-USA, (d) Mezhdunarodnyj Blagotvoritel’nyj Fond). Indirizz: (a) 8820, Mobile Avenue, 1 A, Oak Lawn, Illinois, 60453, L-Istati Uniti tal-Amerika, (b) Kaxxa postali 548, Worth, Illinois, 60482, L-Istati Uniti tal-Amerika, (c) (residenza preċendenti) 9838, S. Roberts Road, Suite 1 W, Palos Hills, Illinois, 60465, L-Istati Uniti tal-Amerika, (d) (residenza preċendenti) 20- 24, Branford Place, Suite 705, Newark, New Jersey, 07102, L-Istati Uniti tal-Amerika, (e) Kaxxa postali 1937, Khartoum, ir-Repubblika tas-Sudan, (f) ir-Repubblika Popolari tal-Bangladexx, (g) L-Istrixxa ta’ Gaża, (h) ir-Repubblika tal-Jemen. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Min Iħaddem: 36-3823186 (l-Istati Uniti tal-Amerika), (b) Isem il-Fundazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi hu: Stichting Benevolence International Nederland (BIN).’ |
(c) |
‘Bosanska Idealna Futura (alias (a) BIF-Bosnia, (b) Bosnian Ideal Future. Tagħrif ieħor: (a) Bosanska Idealna Futura kienet uffiċjalment irreġistrata fil-Bosnja-Ħerzegovina bħala assoċjazzjoni u organizzazzjoni umanitarja taħt in-numru ta’ reġistru 59; (b) Hi kienet is-suċċessur legali tal-uffiċji fil-Bosnja-Ħerzegovina ta’ Benevolence International Foundation li kienet qed tagħmel negozju bħala BECF Charitable Educational Center, Benevolence Educational Center; (c) Bosanska Idealna Futura ma baqgħetx teżisti minn Diċembru 2008. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 21.11.2002.’ |
(d) |
‘Heyatul Ulya. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’ |
(e) |
‘Red Sea Barakat Company Limited. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’ |
(f) |
‘Somali Internet Company. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.’ |