This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1082
Commission Implementing Regulation (EU) No 1082/2012 of 9 November 2012 amending Regulation (EU) No 185/2010 in respect of EU aviation security validation Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 tad- 9 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 tad- 9 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 324, 22.11.2012, p. 25–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998
22.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1082/2012
tad-9 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) ma fihx regoli dettaljati għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Huwa neċessarju li jiġu introdotti tali regoli sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom hija stabbilita l-konformità fir-rigward tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom juru lill-Kummissjoni kif huma jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-punt 11.6 fir-rigward tal-punt 6.8 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013.
Il-validaturi indipendenti ċċertifikati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jibqgħu kkwalifikati biex iwettqu validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ spedituri magħrufa fl-Istati Membri sakemm tiskadi ċ-ċertifikazzjoni jew għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin, skont liema perjodu jkun l-iqsar.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tevalwa l-applikazzjoni tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
A. |
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:
|
B. |
Il-punt 6.8 huwa mibdul b’dan li ġej: “6.8 IL-PROTEZZJONI TAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JINĠARRU MINN PAJJIŻI TERZI LEJN L-UNJONI 6.8.1 Nominazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru
6.8.2. Validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-ACC3
6.8.3. Il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiż terz
6.8.4. Il-validazzjoni tal-aġenti regolati u tal-ispedituri magħrufa
6.8.5 In-nuqqas tal-konformità u s-sospensjoni tan-nominazzjoni bħala ACC3 6.8.5.1. In-nuqqas tal-konformità
6.8.5.2. Is-sospensjoni L-awtorità xierqa li nnominat l-ACC3 hija responsabbli għat-tneħħija tal-ACC3 mid-‘database tal-Unjoni ta’ aġenti regolati u spedituri magħrufa’
(1) ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1." |
C. |
Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-C: “DOKUMENT MEHMUŻ 6-C3 LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ACC3 In-nominazzjoni bħala ACC3 (Trasportaturi tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru li joperaw lejn l-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) hija l-prerekwiżit għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru lejn l-Unjoni Ewropea (4) (UE) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera u hija meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011 (5). In-nominazzjoni bħala ACC3 hija fil-prinċipju (6) meħtieġa għat-titjiriet kollha li jġorru merkanzija jew posta għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fl-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE. L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvizzera huma lkoll responsabbli għan-nominazzjoni ta’ trasportaturi tal-ajru speċifiċi bħala ACC3. In-nominazzjoni hija bbażata fuq il-programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru u fuq verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni skont l-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll tal-validazzjoni. Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru (7) fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li japplika għal nominazzjoni bħala ACC3. Għandu jintbagħat rapport ta’ validazzjoni lill-awtorità ta’ nominazzjoni x-xierqa u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta’ xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom ikunu mill-inqas:
In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż. Il-Parti 3 – Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, il-Parti 6 – Id-database, il-Parti 7 – L-iskrinjar u l-Parti 8 – Merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalidati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għall-partijiet l-oħrajn, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett). Noti dwar il-mili:
PARTI 1 Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur
PARTI 2 L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ACC3 fl-ajruport Objettiv: Ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll. L-ACC3 ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta biex tinġarr fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE sakemm l-applikazzjoni tal-iskrinjar jew ta’ kontrolli tas-sigurtà oħrajn ma tkunx ikkonfermata u miżmuma responsabbli minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jew sakemm tali kunsinni ma jkunux soġġetti għall-iskrinjar skont ir-regoli tal-UE. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li jiġu applikati kontrolli xierqa tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE sakemm dawn ma jkunux eżentati mill-iskrinjar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u bil-kundizzjoni li l-merkanzija jew il-posta jkunu protetti minn hemm ‘il quddiem sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu minn:
Referenza: Il-punt 6.8.3
PARTI 3 Il-Programm tas-Sigurtà tat-trasportatur tal-ajru Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li l-programm tas-sigurtà tiegħu jkun jinkludi l-miżuri kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni li huma rilevanti u suffiċjenti biex il-merkanzija u l-posta bl-ajru jinġarru lejn l-UE Il-programm tas-sigurtà u d-dokumentazzjoni assoċjata tat-trasportatur tal-ajru għandhom ikunu l-bażi tal-kontrolli tas-sigurtà applikati skont l-objettiv ta’ din il-lista ta’ kontroll. It-trasportatur tal-ajru jista’ jikkunsidra li jgħaddi d-dokumentazzjoni tiegħu lill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE qabel ma ssir iż-żjara fuq il-post, biex tgħinu jiffamiljarizza ruħu mad-dettalji tal-postijiet li jrid iżur. Referenza: Il-punt 6.8.2.1 u d-Dokument mehmuż 6-G Nota: Il-punti li ġejjin elenkati fid-Dokument mehmuż 6-G kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandhom ikunu koperti b’mod xieraq:
PARTI 4 Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal Objettiv: L-ACC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza u l-ġestjoni tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u ngħataw taħriġ adegwat. Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-ACC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:
Referenza: Il-punt 6.8.3.1 Nota:
PARTI 5 Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċedura fis-seħħ sabiex mal-aċċettazzjoni jivvaluta u jivverifika l-istatus tas-sigurtà ta’ kunsinna fir-rigward tal-verifiki preċedenti. Il-proċedura għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
Referenza: Il-punt 6.8.3.1 Nota:
PARTI 6 Id-database Objettiv: Meta l-ACC3 ma jkunx obbligat li japplika skrinjar ta’ 100 % għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, l-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija jew il-posta tkun ġejja minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur magħruf jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat. Għall-monitoraġġ tar-rekord għall-verifika rilevanti għas-sigurtà, l-ACC3 għandu jżomm database li tagħti l-informazzjoni li ġejja għal kull entità jew persuna li mingħandha jkun aċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament:
Meta jirċievi merkanzija jew posta bl-ajru, l-ACC3 għandu jiċċekkja fid-database jekk l-entità hijiex imniżżla. Jekk l-entità ma tkunx inkluża fid-database, il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru mwassla minnha tkun trid tiġi skrinjata qabel titgħabba. Referenza: Il-punti 6.8.4.1 u 6.8.4.3
PARTI 7 L-iskrinjar Objettiv: Meta l-ACC3 jaċċetta merkanzija u posta mingħand entità li mhijiex ivvalidata għas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew il-merkanzija kkunsinjata ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak iż-żmien li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà, l-ACC3 għandu jiżgura li din il-merkanzija/posta bl-ajru tiġi skrinjata qabel titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-UE għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit. Meta l-ACC3 ma jiskrinjax il-merkanzija jew il-posta bl-ajru huwa nnifsu, huwa għandu jiżgura li l-iskrinjar xieraq jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-UE. Il-proċeduri tal-iskrinjar għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, it-trattament tat-trasferiment u/jew it-tranżitu tal-merkanzija u l-posta. Meta l-iskrinjar tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru jitwettaq minn jew f’isem l-awtorità xierqa fil-pajjiż terz, l-ACC3 li jirċievi tali merkanzija jew posta bl-ajru mingħand l-entità għandu jiddikjara dan il-fatt fil-programm tas-sigurtà tiegħu, u jispeċifika l-mod li bih jista’ jiġi żgurat skrinjar adegwat. Nota: Minkejja li l-punt 6.8.3.2. jippermetti li ACC3’s japplikaw l-istandards tal-ICAO bħala minimu biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8.3.1 sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tqis ir-rekwiżiti tal-iskrinjar tal-UE, anke jekk il-validazzjoni titwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 2014. Referenza: Il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.2, 6.8.3.3
PARTI 8 Merkanzija jew Posta b’Riskju Għoli (HRCM) Objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f’postijiet identifikati bħala ta’ riskju għoli mill-UE jew li jidhru li ġew imbagħbsa b’mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-oriġini ta’ riskju għoli u l-istruzzjonijiet tal-iskrinjar jiġu pprovduti mill-awtorità xierqa tal-UE/taż-ŻEE li tkun innominat l-ACC3. L-ACC3 għandu jkollu proċedura li permezz tagħha jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-ACC3 għandu jibqa’ f’kuntatt mal-awtorità xierqa responsabbli għall-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE li jġorr il-merkanzija lejhom sabiex ikollu disponibbli l-aħħar stat ta’ informazzjoni dwar l-oriġini ta’ riskju għoli. L-ACC3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta’ riskju għoli minn trasportatur tal-ajru ieħor jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ trasportazzjoni. Referenza: Il-punti 6.7 u 6.8.3.4 Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta’ “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.
PARTI 9 Il-protezzjoni Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċessi fis-seħħ sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta’ aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba. Il-protezzjoni tista’ tiġi pprovduta b’mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.). Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà. Referenza: Il-punt 6.8.3
PARTI 10 Dokumentazzjoni ta’ appoġġ Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li:
Referenza: Il-punti 6.3.2.6 (d), 6.8.3.4 u 6.8.3.5 Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:
Fin-nuqqas ta’ aġent regola, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz eżentat mir-reġim tal-ACC3 jista’ joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.
PARTI 11 Il-konformità Objettiv: Wara li jivvaluta l-għaxar partijiet preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika tiegħu fuq il-post tikkorrespondix mal-kontenut tal-parti tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li tiddeskrivi l-miżuri għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u jekk il-kontrolli tas-sigurtà jimplimentawx biżżejjed l-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll. Għall-konklużjonijiet tiegħek, iddistingwi bejn erba’ każijiet prinċipali possibbli:
L-isem tal-validatur: Data: Firma: ANNESS Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista. (4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit." (5) ĠU L 220, 26.8.2011, p. 9. Il-punt 6.8.1.1 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010: Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3)" (6) Dan ma japplikax għall-merkanzija jew għall-posta bl-ajru li jinġarru minn numru żgħir ta’ pajjiżi eżentati mir-reġim tal-ACC3" (7) Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta’ kontroll ta’ din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera”" |
D. |
Id-Dokument mehmuż 6-F huwa mibdul b’li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 6-F MERKANZIJA U POSTA 6-Fi PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI 6-Fii PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, LI GĦALIHOM MHIJIEX MEĦTIEĠA NOMINAZZJONI BĦALA ACC3 Il-pajjiżi terzi, kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji b’relazzjonijiet speċjali mal-Unjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li għalihom mhijiex meħtieġa nominazzjoni bħala ACC3 huma elenkati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata. 6-Fiii L-ATTIVITAJIET TA’ ValidaZZJONI TA’ PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IL-KAPITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE” |
E. |
Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-H “DOKUMENT MEHMUŻ 6-H1 DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — ACC3 IVVALIDAT GĦAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien nieħu nota ta’ dan li ġej: Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE (8) fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih (9). [L-isem tat-trasportatur tal-ajru] jista’ jiġi nnominat biss bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew Posta bl-Ajru li jopera fl-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3) ladarba rapport tal-validazzjoni tal-UE jkun ġie sottomess u aċċettat mill-awtorità xierqa ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Isvizzera għal dak il-għan, u d-dettalji tal-ACC3 ikunu ddaħħlu fid-database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa. Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] bħala ACC3 diġà miksuba għal dan l-ajruport, liema rtirar jispiċċa jipprevjeni lil [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] milli jittrasporta merkanzija jew posta bl-ajru lejn iż-żona tal-UE/taż-ŻEE għal dan l-ajruport. Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għalhekk jiskadi mhux aktar tard minn _. F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien niddikjara li:
F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni. Isem: Il-kariga fil-kumpanija: Data: Firma. (8) Ajruporti li jinsabu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakja, fis-Slovenja, fi Spanja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Islanda, fin-Norveġja u fl-Isvizzera." (9) Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 859/2011”" |
F. |
Fil-punt 8.1.3.2(b) “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”. |
G. |
Fil-Kapitolu 11, jitħassar il-punt 11.0.5. |
H. |
Fil-Kapitolu 11, it-taqsimiet 11.5 u 11.6 huma mibdula b’dawn li ġejjin: “11.5. IL-KWALIFIKI TA’ DAWK LI JĦARRĠU
11.6. IL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE 11.6.1. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE hija proċess standardizzat, iddokumentat, imparzjali u oġġettiv li jintuża sabiex tinkiseb u tiġi evalwata l-evidenza bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ konformità tal-entità vvalidata mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u fl-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu. 11.6.2. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
11.6.3. Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni għall-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
11.6.4. Ir-rikonoxximent u s-sospensjoni tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
11.6.5. Ir-rapport dwar il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (‘ir-rapport tal-validazzjoni’)
11.7 RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAT-TAĦRIĠ
DOKUMENT MEHMUŻ 11-A DIKJARAZZJONI TAL-INDIPENDENZA – VALIDATUR TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE
Jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għar-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. L-isem tal-individwu li għamel il-validazzjoni: L-isem tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE: Data: Firma. |