This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1063
Commission Regulation (EU) No 1063/2012 of 13 November 2012 amending Regulation (EU) No 142/2011 implementing Regulation (EC) No 1069/2009 of the European Parliament and of the Council laying down health rules as regards animal by-products and derived products not intended for human consumption and implementing Council Directive 97/78/EC as regards certain samples and items exempt from veterinary checks at the border under that Directive Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat- 13 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat- 13 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 314, 14.11.2012, p. 5–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1063/2012
tat-13 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 21(6)(d) u l-Artikolu 40(b), (d) u (f) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-animali li ġejjin minn dawn il-prodotti. Is-suf u x-xagħar li jiġi minn annimali li ma jesebixxu l-ebda sinjal ta' mard li jittieħed mill-bniedem jew mill-annimali permezz ta' dak il-prodott għandhom jiġu ddikjarati bħala materjal tal-Kategorija 3, kif imsemmi fl-Artikolu 10(h) u (n) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti eżenti mill-kontrolli veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (2), fost l-oħrajn jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-suf u x-xagħar. |
(3) |
Is-suf u x-xagħar nexfin u mhux trattati li jkunu magħluqin b’mod sikur f'pakketti ma jippreżentawx riskju ta' tixrid ta' mard, sakemm dawn il-pakketti jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti derivati biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf jew lejn impjant li jwettaq operazzjonijiet intermedji b’kundizzjonijiet li jipprevjenu t-tixrid tal-aġenti patoġeniċi. L-Istati Membri għandu għalhekk ikollhom il-possibbiltà li jeżentaw lill-operaturi li jittrasportaw tali suf u xagħar mhux trattati direttament lejn l-impjant imsemmi hawn fuq, mill-obbligu li jagħmlu notifika kif jistipula l-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. L-Artikolu 20(4) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-Punt B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi l-punt aħħari tas-suf u tax-xagħar. |
(5) |
L-Artikolu 8.5.35 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (3) jistipula lista ta’ proċeduri għall-inattivazzjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fis-suf u x-xagħar tal-annimali li jixtarru għall-użu industrijali. |
(6) |
Għaldaqstant, it-trattamenti attwali għat-tqegħid fis-suq fl-UE, kif ukoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ta’ suf u xagħar stipulati fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, għandhom jiġu supplimentati bi proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment għall-inattivazzjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fis-suf u x-xagħar tal-annimali li jixtarru għall-użu industrijali. |
(7) |
Madankollu, l-Istati Membri għandhom l-opportunità li jaċċettaw kwalunkwe metodu ieħor li jiżgura li wara t-trattament tas-suf u tax-xagħar ma jibqa’ l-ebda riskju inaċċettabbli, inkluż metodu ta’ ħasil fil-fabbrika li huwa differenti mill-istandards tal-OIE. |
(8) |
Suf u xagħar mhux trattati tal-annimali li jixtarru u li jkunu maħsuba għall-industrija tat-tessuti ma jippreżentawx riskju inaċċettabbli tas-saħħa tal-annimali, sakemm dawn ikunu prodotti minn annimali li jixtarru li jinżammu f'pajjiżi jew reġjuni elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (4) u awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ laħam frisk minn annimali li jixtarru, li ma jkunux suġġetti għall-garanziji supplimentari A u F imsemmija fih. |
(9) |
Barra minn hekk, il-pajjiż terz jew ir-reġjun minnu, minn fejn joriġinaw is-suf u x-xagħar għandhom ikunu ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u, fil-każ ta’ suf u xagħar min-nagħaġ u l-mogħoż, mill-ġidri tan-nagħaġ u mill-ġidri tal-mogħoż f’konformità mal-kriterji ġenerali bażiċi elenkati fl-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (5). |
(10) |
Sabiex il-produtturi jkollhom firxa wiesgħa biżżejjed ta’ metodi u proċeduri biex inaqqsu r-riskji ppreżentati mill-kummerċ u l-importazzjoni tas-suf u x-xagħar, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti kumplementari għat-tqegħid fis-suq ta’ suf u xagħar importat minn pajjiżi terzi mingħajr restrizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 142/2011. L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Għal raġunjijiet ta’ ċarezza, ir-regoli dwar l-importazzjoni ta’ suf u xagħar mhux trattati, stipulati fir-ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV mar-Regolament (UE) Nru 142/2011, għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(12) |
L-annimali porċini huma suxxettibbli għat-trażmissjoni tal-mard, barra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, partikolarment id-deni Afrikan tal-ħnieżer, li jirrikjedu trattament speċjali tas-suf u x-xagħar prodott mill-annimali tal-ispeċi tal-porċini. It-tqegħid fis-suq u, konsegwentement, l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi ta’ suf u xagħar tal-annimali porċini, għandhom għalhekk jiġu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet li japplikaw għal-lanżit tal-ħnieżer. Il-Punt A(2) tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(13) |
It-trattamenti addizzjonali għas-suf u x-xagħar prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini, li jintbagħtu direttament lejn impjant li jipproduċi prodotti dervivati mis-suf u x-xagħar għall-industrija tat-tessuti, għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-operaturi fl-Istati Membri. Il-Punt B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi ssupplimentat kif xieraq. |
(14) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ suf u xagħar mhux trattati minn pajjiżi terzi partikolari jew reġjuni minnhom, għandhom jiġu awtorizzati sakemm dawk jissodisfaw ir-rekwiżiti neċessarji u jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-importatur skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV ma’ dan ir-Regolament. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni mal-fruntiera approvati mill-Unjoni u li huma elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (6), fejn għandhom isirulhom, bħala deroga mill-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (7), il-verifiki tad-dokumenti stipulati fl-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Direttiva. |
(15) |
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(16) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 20(4) jiġi sostitwit minn dan li ġej: "4. L-awtorità kompetenti tista’ teżenta lill-operaturi li ġejjin mill-obbligu li jagħmlu notifika, imsemmi fl-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:
|
(2) |
L-Artikolu 25(2) jiġi sostitwit minn dan li ġej: "2. L-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ dan li ġej, ma għandhomx jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali:
|
(3) |
Il-punti 31 u 32 tal-Anness I għandhom jiġu sostitwiti mit-test tal-Anness I ma’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Il-punti A(2) u B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII għandhom jiġu emendati skont it-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
Ir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għandha tiġi sostitwita mit-test fl-Anness III ma' dan ir-Regolament. |
(6) |
It-test tal-Anness IV ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied mal-Anness XV. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(3) http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_1.8.5.htm
(5) ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128.
(6) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
ANNESS I
Il-punti 31 u 32 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 142/2011 għandhom jiġu sostitwiti minn dan li ġej:
“31. |
“suf mhux trattat” tfisser suf, minbarra suf li jkun:
|
32. |
“xagħar mhux trattat” tfisser xagħar, minbarra xagħar li jkun:
|
ANNESS II
Il-Kapitolu VII tal-Anness XIII mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Il-frażi introduttorja tal-punt A(2) hija sostitwita minn dan li ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-punt B: “Is-suf u x-xagħar prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament, sakemm:
|
ANNESS III
Ir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tiġi sostitwita minn dan li ġej:
“8 |
Suf u xagħar mhux trattati prodotti minn annimali għajr dawk mill-ispeċi tal-porċini |
Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10(h) u (n). |
|
|
|
||||||||||
|
|
|
ANNESS IV
Il-Kapitolu 21 li ġej jiżdied mal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 142/2011:
“KAPITOLU 21
Dikjarazzjoni Mudell
Dikjarazzjoni mill-importatur ta’ suf u xagħar mhux trattati, kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(e) għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni