This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0889
Commission Implementing Regulation (EU) No 889/2012 of 27 September 2012 amending Annex I to Regulation (EC) No 669/2009 implementing Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the increased level of official controls on imports of certain feed and food of non-animal origin Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2012 tas- 27 ta’ Settembru 2012 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2012 tas- 27 ta’ Settembru 2012 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 263, 28.9.2012, p. 26–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Imħassar b' 32019R1793
28.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 889/2012
tas-27 ta’ Settembru 2012
li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel li mhux ġej mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta’ dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu tal-inqas is-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu. |
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti relatati mal-ikel notifikati permezz tas-Sistema Rapida ta’ Allarm għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), is-sejbiet mill-missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti dwar kunsinni ta’ għalf u ikel li mhux ġejjin mill-annimali, mressqin kull tliet xhur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista għandha tiġi emendata. |
(4) |
B’mod partikolari, għal kunsinni tal-Brassica oleracea (“il-brokkoli Ċiniż”) miċ-Ċina, is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw livell ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza li jiġġustifika l-introduzzjoni ta’ livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant fil-lista għandha tiddaħħal annotazzjoni rigward dawn il-kunsinni. |
(5) |
Fl-interess tal-konsistenza u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li jinbidel l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat kif inhu xieraq. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel li mhux ġejjin mill-annimali suġġetti għal livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
Għalf u ikel (użu previst) |
Kodiċi NM (1) |
Pajjiż tal-oriġini |
Perikli |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
Ġellewż (bil-qoxra jew imfesdaq) |
0802 21 00 ; 0802 22 00 |
l-Azerbajġan (AZ) |
Aflatossini |
10 |
||||
(Għalf u Ikel) |
|
|||||||
|
|
il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
Brassica oleracea (Brassica edibbli oħra, il-“Brokkoli Ċiniż”) (13) |
ex 0704 90 90 |
iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi b’ħafna residwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi b’residwu wieħed (14) |
10 |
||||
(Ikel- frisk jew imkessaħ) |
|
|||||||
Taljarini (noodles) imnixxfin |
ex 1902 |
iċ-Ċina (CN) |
Aluminium |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|||||||
Pomelos |
ex 0805 40 00 |
iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi b’ħafna residwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi b’residwu wieħed (11) |
20 |
||||
(Ikel- frisk) |
|
|||||||
Te, sew jekk bit-togħma u sew jekk le |
0902 |
iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi b’ħafna residwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi b’residwu wieħed (10) |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|||||||
|
|
ir-Repubblika Dominikana (DO) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3) |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|||||||
|
|
l-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7) |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel — frott u ħaxix frisk) |
|
|||||||
Bżar (ħelu u ieħor) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59 |
l-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12) |
10 |
||||
(Ikel - frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
|||||||
|
|
il-Gana (GH) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u Ikel) |
|
|||||||
Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii) |
ex 1211 90 85 |
l-Indja (IN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (5) |
50 |
||||
(Ikel- ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|||||||
|
|
l-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
|
|
l-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
Addittivi tal-ikel u taħlitiet lesti |
ex 2309 ; 2917 19 90 ; ex 2817 00 00 ; ex 2820 90 10 ; ex 2820 90 90 ; ex 2821 10 00 ; ex 2825 50 00 ; ex 2833 21 00 ; ex 2833 25 00 ; ex 2833 29 20 ; ex 2833 29 80 ; ex 2835 ; ex 2836 ; ex 2839 ; 2936 |
l-Indja (IN) |
Kadmju u ċomb |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|||||||
Okra |
ex 0709 99 90 |
l-Indja (IN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (2) |
50 |
||||
(Ikel- frisk) |
|
|||||||
Noċemuskata (Myristica fragrans) |
|
l-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||
Mace (Myristica fragrans) |
|
|||||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
Żerriegħa tad-dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) u prodotti minnha |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
in-Niġerja (NG) |
Aflatossini |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|||||||
|
|
il-Perù (PE) |
Aflatossini u Okratossina A |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 |
it-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9) |
10 |
||||
(Ikel- frisk) |
|
|||||||
|
|
it-Tajlandja (TH) |
Salmonella (6) |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel — ħwawar friski) |
|
|||||||
|
|
it-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4) |
20 |
||||
|
|
|||||||
(Ikel- ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|||||||
|
|
it-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4) |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
|||||||
|
|
it-Turkija (TR) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8) |
10 |
||||
|
|
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|||||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli) |
0806 20 |
l-Użbekistan (UZ) |
Okratossina A |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|||||||
|
|
l-Afrika t’Isfel (ZA) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
(1) Fejn meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżistix sottodiviżjoni speċifika bħala parti minn dik il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM għandha l-indikazzjoni “ex” (pereżempju, ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).
(2) B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Triażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos, il-Metomil, it-Tiodikarb, id-Diafentjuron, it-Tiametossam, il-Fipronil, l-Ossamil, l-Aċetamiprid, l-Indossakarb, il-Mandipropammid.
(3) B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendażim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (Ditjokarbamati), id-Diafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiabendażol, it-Tiakloprid.
(4) B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifosmetil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalassil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Triadimefon, it-Triażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, it-Triforin.
(5) B’mod partikolari r-residwi ta’: it-Triażofos, l-Ossidemetonmetil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tiametossam, il-Klotianidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Proparġit, il-Monokrotofos.
(6) Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu validu meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(7) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Diażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludiossonil, l-Eżaflumuron, il-Lambdaċialotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Fentoat, it-Tijofanatmetil.
(8) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Metomil, l-Ossamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Diafentjuron, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanatmetil.
(9) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofos, il-Malatjon, il-Profenofos, il-Protjofos, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.
(10) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Buprofeżin; l-Imidakloprid; il-Fenvalerat u l-Esfenvalerat (Ir-riżultat tal-iżomeri RS u SR); il-Profenofos; it-Trifluralin; it-Triażofos; it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u t-triadimenol), iċ-Ċipermetrin (iċ-ċipermetrin inklużi taħlitiet oħrajn ta’ iżomeri kostitwent (it-total tal-iżomeri)).
(11) B’mod partikolari r-residwi ta’: it-Triażofos, it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u t-triadimenol), il-Paratijonmetil, il-Fentoat, il-Metidatijon.
(12) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran (it-total), il-Klorpirifos, iċ-Ċipermetrin (it-total), iċ-Ċiprokonażol, id-Dikofol (it-total), id-Difenokonażol, id-Dinotefuran, l-Etjon, il-Flusilażol, il-Folpet, il-Prokloraż, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiofanatmetil u t-Triforin.
(13) Speċijiet tal-Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, u “Chinese bare Jielan”.
(14) B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Klorfenapir, il-Fipronil, il-Karbendażim, l-Aċetamiprid, id-Dimetomorf u l-Propikonażol.”