This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0835
Commission Regulation (EU) No 835/2012 of 18 September 2012 amending Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council on the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (REACH) as regards Annex XVII (Cadmium) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2012 tat- 18 ta’ Settembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2012 tat- 18 ta’ Settembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 252, 19.9.2012, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
19.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 835/2012
tat-18 ta’ Settembru 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) (2) immodifika l-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni dwar il-kadmju u l-komposti tal-kadmju, filwaqt li daħħal dispożizzjonijiet applikabbli għall-bsaten tal-ibbrejżjar u ġojjelli skont l-istrateġiji tal-evalwazzjoni tar-riskju u tat-tnaqqis tar-riskju għall-kadmju u l-ossidu tal-kadmju (3). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 494/2011 barra minn hekk estenda r-restrizzjoni attwali dwar l-użu tal-kadmju u l-komposti tal-kadmju fil-polimeri organiċi sintetiċi (materjal tal-plastika) għall-materjali kollha tal-plastika, filwaqt li pprovda eżenzjoni għall-użu tal-PVC irkuprat li fih il-kadmju fil-manifattura ta’ ċerti prodotti tal-kostruzzjoni. Din id-deroga ngħatat billi ġew ikkunsidrati d-diskussjonijiet f’laqgħa ta’ esperti ad hoc dwar l-attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u r-riżultati tal-istudju dwar l-Impatt Soċjo-Ekonomiku ta’ Aġġornament Potenzjali tar-Restrizzjonijiet fuq il-Kummerċjalizzazzjoni u l-Użu tal-Kadmju fil-ġojjelli, ligi tal-ibbrejżjar u PVC, ippubblikati f’Jannar 2010 (4). L-elementi kollha tar-restrizzjoni ġew soġġetti għal konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u mal-partijiet interessati. |
(3) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 494/2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata dwar l-użi tal-pigmenti tal-kadmju f’ċerti tipi ta’ materjali tal-plastik, ristretti għall-ewwel darba bir-Regolament (UE) Nru 494/2011, fejn alternattivi xierqa għall-użu tal-komposti tal-kadmju ma jidhrux li huma disponibbli u li għalihom, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ konsultazzjoni limitata, jixraq li issa jkun hemm stima ulterjuri. |
(4) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1988 tagħmel sejħa għal strateġija ġenerali biex tikkumbatti t-tniġġis tal-ambjent mill-kadmju, inklużi miżuri speċifiċi biex jiġi ristrett l-użu tal-kadmju u stimulat l-iżvilupp ta’ alternattivi ulterjuri għall-użu tal-kadmju fil-pigmenti, l-istabbilizzaturi u l-ibbanjar, filwaqt li titlob biex l-użi tal-kadmju jiġu limitati għal każijiet fejn ma jeżistux alternattivi xierqa. |
(5) |
Il-Kummissjoni se titlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, skont l-Artikolu 69 tar-REACH, biex tħejji dossier konformi mar-rekwiżiti tal-Anness XV fir-rigward tal-użu tal-kadmju u l-komposti tal-kadmju f’dawk it-tipi ta’ materjal tal-plastik li ġew ristretti għall-ewwel darba bir-Regolament (UE) Nru 494/2011, filwaqt li kkunsidrat bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1988. |
(6) |
Sakemm il-proċedura ta’ restrizzjoni tkun finalizzata, ir-restrizzjoni dwar l-użu tal-kadmju u l-komposti tiegħu għandha tkun limitata għat-tipi ta’ materjal tal-plastik elenkati fl-annotazzjoni 23 tal-Anness XVII qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 494/2011. |
(7) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu japplika mill-10 ta’ Diċembru 2011. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Diċembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 134, 21.5.2011, p. 2.
(3) ĠU C 149, 14.6.2008, p. 6.
(4) http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/chemicals/files/markrestr/study-cadmium_en.pdf
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, it-tabella li tiffissa d-deżinjazzjoni tas-sustanzi, il-gruppi ta’ sustanzi u t-taħlitiet u l-kundizzjonijiet ta’ restrizzjoni hija emendata kif ġej:
1. |
Fit-tieni kolonna tal-annotazzjoni 23, l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jinbidlu b’dan li ġej:
|
2. |
Fit-tieni kolonna tal-annotazzjoni 23, fil-paragrafu 1 jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|