This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0644
Commission Implementing Regulation (EU) No 644/2012 of 16 July 2012 amending Regulation (EU) No 206/2010 laying down lists of third countries, territories or parts thereof authorised for the introduction into the European Union of certain animals and fresh meat and the veterinary certification requirements, as regards Russia Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2012 tas- 16 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja, fir-rigward tar-Russja Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2012 tas- 16 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja, fir-rigward tar-Russja Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 187, 17.7.2012, p. 18–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
17.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 644/2012
tas-16 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja, fir-rigward tar-Russja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), l-Artikolu 8(d), u l-Artikolu 13(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu mill-Unjoni ta' ċerti ungulati ħajjin. Hija tistipula li dispożizzjonijiet speċifiċi, inklużi ċertifikati veterinarji mudelli, jistgħu jiġu stipulati għat-tranżitu mill-Unjoni ta' ungulati ħajjin minn pajjiżi terzi awtorizzati, sakemm annimali bħal dawn jgħaddu bi tranżitu mit-territorju tal-Unjoni b'approvazzjoni doganali u veterinarja uffiċjali u sorveljanza permezz tal-postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera approvati u mingħajr l-ebda waqfa fit-territorju tal-Unjoni ħlief dawk meħtieġa għall-ġid tal-annimali. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti konsenji ta’ annimali ħajjin inklużi ungulati. L-Anness I ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn dawn il-konsenji jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni, flimkien ma' mudelli ta' ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw dawk il-konsenji. |
(3) |
Fuq talba tar-Russja għall-awtorizzazzjoni tat-tranżitu tal-annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad (Kaliningradskaya oblast) mit-territorju tal-Litwanja, saret spezzjoni mill-Kummissjoni f'Kaliningrad. Hija kkonkludiet li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali f'dak ir-reġjun tidher li hi waħda favorevoli. Fuq dik il-bażi, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' dawn l-annimali għall-fini biss ta' tranżitu mir-reġjun ta' Kaliningrad għal partijiet oħra tat-territorju tar-Russja minn ġot-territorju tal-Litwanja permezz ta' vetturi tat-triq għandha tkun awtorizzata. |
(4) |
Barra minn hekk, il-Litwanja trid tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (3) fir-rigward ta' dawk l-annimali mir-reġjun ta' Kaliningrad li ma jistgħux itemmu t-tranżitu mingħajr ma jħottu minħabba ċirkostanzi esterni. |
(5) |
Ir-Russja kkonfermat ukoll il-qbil tagħha mal-Bjelorussja skont l-unjoni doganali li tinkludi ż-żewġ pajjiiżi u li timplika li l-istess rekwiżiti veterinarji-sanitarji standard fuq l-importazzjoni japplikaw għaż-żewġ pajjiżi. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat biex jistipula t-tranżitu tal-annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad. Il-lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Hemm bżonn ukoll li jiġi pprovdut ċertifikat veterinarju mudell għat-tranżitu ta' dawk l-annimali. Għaldaqstant, għandu jiddaħħal ċertifikat veterinarju mudell "BOV-X-TRANSIT-RU" fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 12a Deroga għat-tranżitu mil-Litwanja ta' ċerti konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u għall-produzzjoni 1. It-tranżitu bit-triq mil-Litwanja ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni ġejjin mir-reġjun Russu ta' Kaliningrad u kkonsenjati f'destinazzjoni barra mill-Unjoni għandu jkun awtorizzat suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Il-konsenja ma għandhiex tinħatt fl-Unjoni u għandha tittieħed direttament għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għall-ħruġ ta' Medininkai. Il-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Medininkai għandu jimla l-parti 3 tad-Dokument tad-Dħul Veterinarju Komuni wara l-kontrolli tal-ħruġ fuq il-konsenja jkunu vverifikaw li tkun l-istess konsenja li daħlet fil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi "triq Kybartai". 3. F'każ ta' kwalunkwe irregolarità jew emerġenza waqt it-tranżitu, l-Istat Membru tat-tranżitu għandu japplika l-miżuri stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 90/425/KEE (**) kif xieraq. 4. L-awtorità kompetenti tal-Litwanja għandha tivverifika regolarment li l-għadd ta' konsenji li jidħlu u jħallu t-territorju tal-Unjoni jkun jaqbel. |
(2) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
(3) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-partijiet 1 u 2 jitbiddlu b’li ġej: "PARTI 1 Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom (*)
Kundizzjonijiet Speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ f’kull ċertifikat):
PARTI 2 Mudelli taċ-Ċertifikati Veterinarji Mudelli:
SG (Garanziji supplementari):
|
(2) |
iċ-ċertifikat veterinarju mudell li ġej jiddaħħal bejn il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji "BOV-Y" u "OVI-X" Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(*) Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni pprovduti minn kwalunkwe ftehim rilevanti bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
(**) Esklużivament għal annimali ħajjin li mhumiex annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi taċ-cervidae.
(***) Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).
(****) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.
(*****) Ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
(******) Ħassar il-pajjiż skont il-bżonn.
(*******) Is-Serbja ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.