Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0623

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal- 11 ta’ Lulju 2012 li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/623/oj

    12.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 180/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 623/2012

    tal-11 ta’ Lulju 2012

    li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Polonja ressqet talba motivata biex issir emenda fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE.

    (2)

    Il-Polonja talbet għal emenda fil-kontenut tat-taħriġ għall-professjoni tad-dispaċer tal-ferroviji (“dyżurny ruchu”), professjoni li diġà tinsab fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Dawn il-programmi ta’ taħriġ jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (c)(ii) tad-Direttiva 2005/36/KE għaliex jipprovdu taħriġ li huwa ekwivalenti għal-livell ta’ taħriġ stipulat fl-Artikolu 11 (c)(i) ta’ dik id-Direttiva, jipprovdu standard professjonali komparabbli u jippreparaw lit-trainee għal livell komparabbli ta’ responsabbiltajiet u funzjonijiet, kif jidher fil-leġiżlazzjoni li ġejja: L-Att dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fis-sistema edukattiva tat-8 ta’ Jannar 1999 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika ta’ Polonja tal-1999 Nru 12, pos. 96); l-Att dwar it-Trasport bil-Ferrovija tat-28 ta’ Marzu 2003 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2003 Nru 86, pos. 789); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tas-16 ta’ Awwissu 2004 dwar lista ta’ karigi assoċjati b'mod dirett mal-operar u s-sikurezza tat-traffiku tal-ferroviji, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn persuni f'dawn il-karigi u li jsuqu vetturi tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2004 Nru 212, pos. 2152); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-operar u s-sinjalizzazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2005 Nru 172, pos. 1444).

    (3)

    Il-Polonja talbet ukoll għaż-żieda tal-professjoni ta’ maniġer tal-ferroviji (“kierownik pociągu”) fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Il-programmi ta’ taħriġ għal din il-professjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (c)(ii) tad-Direttiva għaliex jipprovdu taħriġ li huwa ekwivalenti għal-livell ta’ taħriġ stipulat fl-Artikolu 11 (c)(i) ta’ dik id-Direttiva, jipprovdu standard professjonali komparabbli u jippreparaw lit-trainee għal livell komparabbli ta’ responsabbiltajiet u funzjonijiet, kif jidher fil-leġiżlazzjoni li ġejja: L-Att dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fis-sistema edukattiva tat-8 ta’ Jannar 1999 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika ta’ Polonja tal-1999 Nru 12, pos. 96); l-Att dwar it-Trasport bil-Ferrovija tat-28 ta’ Marzu 2003 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2003 Nru 86, pos. 789); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tas-16 ta’ Awwissu 2004 dwar lista ta’ karigi assoċjati b'mod dirett mal-operar u s-sikurezza tat-traffiku tal-ferroviji, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn persuni f'dawn il-karigi u li jsuqu vetturi tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2004 Nru 212, pos. 2152); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-operar u s-sinjalizzazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2005 Nru 172, pos. 1444).

    (4)

    Il-Polonja talbet ukoll għaż-żieda tal-professjoni ta’ inġinier fil-qasam tan-navigazzjoni interna (“mechanik statkowy żeglugi śródlądowej”) fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Il-programmi ta’ taħriġ għal din il-professjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (c)(ii) tad-Direttiva għaliex jipprovdu taħriġ li huwa ekwivalenti għal-livell ta’ taħriġ stipulat fl-Artikolu 11 (c)(i) ta’ dik id-Direttiva, jipprovdu standard professjonali komparabbli u jippreparaw lit-trainee għal livell komparabbli ta’ responsabbiltajiet u funzjonijiet, kif jidher fil-leġiżlazzjoni li ġejja: L-Att dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fis-sistema edukattiva tat-8 ta’ Jannar 1999 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika ta’ Polonja tal-1999 Nru 12, pos. 96); ir-Regolament tal-Ministru għall-Infrastruttura tat-23 ta’ Jannar 2003 dwar il-kwalifiki professjonali u l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġi tal-bastimenti tan-navigazzjoni interna (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja tal-2003 Nru 50, pos. 427).

    (5)

    Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.


    ANNESS

    L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat fil-punt 4, taħt l-intestatura “fil-Polonja”, kif ġej:

    (1)

    Ir-raba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “—

    dispaċer tal-ferroviji (dyżurny ruchu),

    li jirrappreżenta:

    (i)

    taħriġ ta' tmien snin ta' edukazzjoni elementari u erba' snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali, bi speċjalizzazzjoni fit-trasport bil-ferroviji, kif ukoll ikun għamel kors ta' 45 ġurnata biex jitħejja għax-xogħol ta' dispaċer tal-ferroviji u jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika; jew

    (ii)

    tmien snin ta' edukazzjoni elementari u ħames snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali, bi speċjalizzazzjoni fit-trasport bil-ferroviji, kif ukoll ikun għamel kors ta' 63 ġurnata biex jitħejja għax-xogħol ta' dispaċer tal-ferroviji u jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika; jew

    (iii)

    tmien snin ta' edukazzjoni elementari u ħames snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali, bi speċjalizzazzjoni fit-trasport bil-ferroviji, kif ukoll ikun għamel kors ta' 29 ġurnata biex jitħejja għax-xogħol ta' dispaċer tal-ferroviji, perjodu ta' taħriġ bi prova taħt superviżjoni ta' ħamest ijiem u jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika; jew

    (iv)

    sitt snin ta' edukazzjoni elementari, tliet snin ta' edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, tliet snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali, bi speċjalizzazzjoni fit-trasport bil-ferroviji, kif ukoll ikun għamel kors ta' 29 ġurnata biex jitħejja għax-xogħol ta' dispaċer tal-ferroviji, perjodu ta' taħriġ bi prova taħt superviżjoni ta' ħamest ijiem u jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika.”

    (2)

    Il-ħames u s-sitt inċiżi li ġejjin jiżdiedu:

    “—

    maniġer tal-ferroviji (kierownik pociągu),

    li jirrappreżenta:

    (i)

    tmien snin ta' edukazzjoni elementari u ħames snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali, bi speċjalizzazzjoni fit-trasport bil-ferroviji, kif ukoll ikun għamel kors ta' 22 ġurnata biex jitħejja għax-xogħol ta' maniġer tal-ferroviji, perjodu ta' taħriġ bi prova taħt superviżjoni ta' tliet ijiem u jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika; jew

    (ii)

    sitt snin ta' edukazzjoni elementari, tliet snin ta' edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, tliet snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali bi speċjalizzazzjoni fit-trasport bil-ferroviji, kif ukoll ikun għamel kors ta' 22 ġurnata biex jitħejja għax-xogħol ta' maniġer tal-ferroviji, perjodu ta' taħriġ bi prova taħt superviżjoni ta' tliet ijiem u jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika.’

    inġinier fil-qasam tan-navigazzjoni interna (mechanik statkowy żeglugi śródlądowej),

    li jirrappreżenta:

    (i)

    tmien snin ta' edukazzjoni elementari u ħames snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali bi speċjalizzazzjoni fl-inġinerija fil-qasam tan-navigazzjoni interna, kif ukoll 24 xahar ta' esperjenza fuq ix-xogħol li tinkludi tal-anqas 18-il xahar fuq bastimenti tan-navigazzjoni interna jħaddem sistemi ta' propulsjoni mekkanika u sistemi awżiljari u sitt xhur li jistgħu jinkludu esperjenza fit-tiswija ta' magni tal-kombustjoni fit-tarzni jew f'service workshops, u li jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika; jew

    (ii)

    sitt snin ta' edukazzjoni elementari, tliet snin ta' edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, erba snin ta' edukazzjoni sekondarja vokazzjonali bi speċjalizzazzjoni fl-inġinerija fil-qasam tan-navigazzjoni interna, kif ukoll 24 xahar ta' esperjenza fuq ix-xogħol, li tinkludi tal-anqas 18-il xahar fuq bastimenti tan-navigazzjoni interna jħaddem sistemi ta' propulsjoni mekkanika u sistemi awżiljari u sitt xhur li jistgħu jinkludu esperjenza fit-tiswija ta' magni tal-kombustjoni fit-tarzni jew f'service workshops, u li jkun għadda mill-eżami tal-kwalifika.”


    Top