Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0608

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 608/2012 tas- 6 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benżoat tad-denatonju, metilnonilketon u ż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 177, 7.7.2012, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/608/oj

    7.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 177/19


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 608/2012

    tas-6 ta’ Lulju 2012

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benżoat tad-denatonju, metilnonilketon u ż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Is-sustanzi attivi benżoat tad-denatonju, metilnonilketon u ż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ ġew inklużi fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dawn is-sustanzi qed jitqiesu bħala approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (5).

    (2)

    Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn issa 'l quddiem “l-Awtorità”, ressqet il-fehmiet tagħha lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni għall-benżoat tad-denatonju (6), għall-metilnonilketon (7) fit-2 ta' Diċembru 2011 u għaż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ (8) fis-16 ta' Diċembru 2011. L-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni u l-fehmiet tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta' Ġunju 2012 fil-format tar-rapporti ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-benżoat tad-denatonju, għall-metilnonilketon u għaż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ.

    (3)

    L-Awtorità kkomunikat il-fehmiet tagħha dwar il-benżoat tad-denatonju, il-metilnonilketon u ż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ lin-notifikaturi, u l-Kummissjoni stednithom iressqu l-kummenti dwar ir-rapporti ta' reviżjoni.

    (4)

    Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi benżoat tad-denatonju, metilnonilketon u ż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ għandhom jitqiesu bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (5)

    Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tal-benżoat tad-denatonju, tal-metilnonilketon u taż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ. Huwa, b'mod partikolari, xieraq li tkun meħtieġa aktar informazzjoni konfermattiva fir-rigward tal-metilnonilketon. L-użu taż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ għandu jkun ristrett għat-trattament ta' wara l-ħsad tal-patata.

    (6)

    Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta' żmien qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (3)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.

    (4)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

    (5)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

    (6)  Il-konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva benżoat tad-denatonju, l-EFSA Journal 2012;10(1):2483. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

    (7)  l Il-konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva metilnonilketon, l-EFSA Journal 2012;10(1):2495. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

    (8)  Il-konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ, l-EFSA Journal 2012;10(1):2541. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Ir-ringiela 226 dwar is-sustanza attiva benżoat tad-denatonju tinbidel b'dan li ġej:

    Numru

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (*)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    "226

    Benżoat tad-denatonju

    Nru tas-CAS: 3734-33-6

    Nru tas-CIPAC: 845

    Benżildietil[[2,6-xililkarbamojl]metil]benżoat tal-ammonju

    ≥ 975g/kg

    l-1 ta' Settembru 2009

    il-31 ta' Awwissu 2019

    PARTI A

    L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

    PARTI B

    Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-benżoat tad-denatonju għall-użi li mhumiex l-ibbraxxjar b'tagħmir b'romblu awtomatiku fil-forestrija, l-Istati Membri għandhom jagħtu importanza partikolari lill-kriterji fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għandhom jaċċertaw li kull dejta u informazzjoni neċessarja tkun ipprovduta qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-benżoat tad-denatonju (SANCO/2607/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-1 ta' Ġunju 2012.

    F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi. Il-kundizzjonijiet awtorizzati ta' użu jridu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adattat.

    Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju."

    (2)

    Ir-ringiela 238 dwar is-sustanza attiva metilnonilketon tinbidel b'dan li ġej:

    Numru

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (**)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    "238

    Metilnonilketon

    Nru tas-CAS: 112-12-9

    Nru tas-CIPAC: 846

    Undecan-2-one

    ≥ 975g/kg

    l-1 ta' Settembru 2009

    il-31 ta' Awwissu 2019

    PARTI A

    L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-metilnonilketon (SANCO/2619/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u IItiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-1 ta' Ġunju 2012.

    Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. Għandu jiġi evitat il-kuntatt mal-ikel u mal-għelejjel tal-għalf.

    In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni konfermattiva fir-rigward ta' dan li ġej:

    (a)

    l-ispeċifikazzjoni tal-materjal eżaminat fl-istudji tat-tossikoloġija u l-ekotossikoloġija tal-mammiferi.

    (b)

    l-ispeċifikazzjoni b'dejta tal-lott ġustifikattiva u metodi validati ta' analiżi;

    (c)

    valutazzjoni xierqa tad-destin u l-imġiba tal-metilnonilketon u prodotti potenzjalment trasformattivi fl-ambjent;

    (d)

    ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u għal organiżmi li jgħixu fil-ħamrija.

    In-notifikatur għandu jibgħat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) u (b) sat-30 ta' April 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (c) u (d) sal-31 ta' Diċembru 2015."

    (3)

    Ir-ringiela 243 dwar is-sustanza attiva żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ tinbidel b'dan li ġej:

    Numru

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (***)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    "243

    Żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ

    Nru tas-CAS: 8008-79-5

    Nru tas-CIPAC: 908

    Żejt tan-nagħniegħ

    ≥ 550 g/kg bħala (R)-Carvone

    l-1 ta' Settembru 2009

    il-31 ta' Awwissu 2019

    PARTI A

    Għandhom jiġu awtorizzati biss l-użi bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti għat-trattament ta' wara l-ħsad tal-patata.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet jipprovdu li l-"hot fogging" isir esklussivament b'faċilitajiet ta' ħażna professjonali u li l-aħjar tekniki disponibbli jiġu applikati biex jeskludu r-rilaxx fl-ambjent tal-prodott (evaporizzat) matul il-ħażna, it-trasport, ir-rimi u l-applikazzjoni.

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni emendat dwar iż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ (SANCO/2624/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-1 ta' Ġunju 2012.

    Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju."


    (*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.

    (**)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.

    (***)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.


    Top