This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0268
Commission Delegated Regulation (EU) No 268/2012 of 25 January 2012 amending Annex I of Regulation (EU) No 211/2011 of the European Parliament and of the Council on the citizens’ initiative
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2012 tal- 25 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2012 tal- 25 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
ĠU L 89, 27.3.2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0788
27.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 268/2012
tal-25 ta’ Jannar 2012
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jipprevedi li, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru minimu ta’ firmatarji ta’ inizjattiva taċ-ċittadini għandu jkun jikkorrispondi għan-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru, multiplikat b’750. Dawk in-numri minimi huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament. |
(2) |
Il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ġiet modifikata permezz tal-Protokoll li jemenda l-Protokol dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 huwa sostitwit bl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU C 263, 29.9.2010, p. 1.
ANNESS
NUMRU MINIMU TA’ FIRMATARJI GĦAL KULL STAT MEMBRU
Il-Belġju |
16 500 |
Il-Bulgarija |
13 500 |
Ir-Repubblika Ċeka |
16 500 |
Id-Danimarka |
9 750 |
Il-Ġermanja |
74 250 |
L-Estonja |
4 500 |
L-Irlanda |
9 000 |
Il-Greċja |
16 500 |
Spanja |
40 500 |
Franza |
55 500 |
L-Italja |
54 750 |
Ċipru |
4 500 |
Il-Latvja |
6 750 |
Il-Litwanja |
9 000 |
Il-Lussemburgu |
4 500 |
L-Ungerija |
16 500 |
Malta |
4 500 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
19 500 |
L-Awstrija |
14 250 |
Il-Polonja |
38 250 |
Il-Portugall |
16 500 |
Ir-Rumanija |
24 750 |
Is-Slovenja |
6 000 |
Is-Slovakkja |
9 750 |
Il-Finlandja |
9 750 |
L-Isvezja |
15 000 |
Ir-Renju Unit |
54 750 |