EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0157

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 157/2012 tat- 22 ta’ Frar 2012 li jemenda u jidderoga r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

ĠU L 50, 23.2.2012, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/157/oj

23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 157/2012

tat-22 ta’ Frar 2012

li jemenda u jidderoga r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148(c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għall-prodotti agrikoli li sar abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/818/UE (2), jipprovdi għal żieda fil-kwota tariffarja annwali u għal estensjoni għal kull tip ta' ġobon li joriġina min-Norveġja mill-1 ta' Jannar 2012. Dawn it-tibdiliet jeħtieġu li jkunu riflessi fl-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3) u fil-Parti H tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

(2)

Filwaqt li l-kwota attwali hija ġestita abbażi tal-perjodu annwali minn Lulju sa Ġunju, il-kwota miżjuda ser tiġi ġestita fuq bażi kalendarja. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li jipprovdi li jinqasmu f'żewġ partijiet ugwali għall-perjodi ta' sitt xhur, il-kwantità disponibbli għall-2012 għandha tqis il-kwantità disponibbli ta' 2 000 tunnellata li kient diġà disponibbli fl-2011 għall-ewwel sitt xhur tal-2012. Konsegwentament, kwantità ta' 1 600 tunnellata biss għandha tkun disponbbli għas-subperjodu li għal, raġunijiet organizzattivi, għandu jibda mill-1 ta' Marzi 2012. Madankollu, bla ħsara għall-kwanità ta' 2 000 tunellata diġà disponibbli, dan ir-Regolament għandu jkun disponibbli għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012.

(3)

Peress li skada l-perjodu biex jitressqu l-liċenzji tal-importazzjoni għall-ewwel sitt xhur tal-2012, kif ipprovdut mill-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għandha ssir dispożizzjoni għall-perjodu ġdid biex jitressqu l-applikazzjoniiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u għal deroga minn dak l-Artikolu b'rabta mal-kwantità ta' 1 600 tunnelata għas-subperjodu bejn Marzu u Ġunju 2012. Sabiex jiġi evitat li l-applikanti li diġà ressqu l-applikazzjonijiet f'Novembru 2011 għall-kwantità ta' 2 000 tunnellata jiġu esklużi mill-perjodu l-ġdid ta' sottomissjoni, huwa xieraq li tiġi pprovduta deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (4).

(4)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi għan-notifika tal-kwantitajiet koperti bil-liċenżji tal-importazzjoni fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-validità tal-liċenzji kkonċernati. Madankollu, għall-finijiet ta' ġestjoni tajba, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha din l-informazzjoni fi stadju aktar bikri. Għaldaqstant, għandu jiġi pprovdut obbligu ta' notifika xierqa fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:

“(h)

il-kwoti pprovduti fl-Anness V għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, approvati b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/818/UE (*), minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala “il-Ftehim man-Norveġja”;

(*)  ĠU L 327, 9.12.2011, p. 1.”"

(2)

Fl-Artikolu 16, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) flimkiem mat-tieni subparagrafu ta' dak l-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inkluża l-ebda kwantità, koperti bil-liċenzji tal-importazzjoni li jkunu ħarġu, fi żmien 10 ijiem minn tmiem il-perjodu tal-ħruġ ta' dawk il-liċenzji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”

(3)

Fl-Artikolu 19(1), il-punt (g) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

Ir-regoli msemmija fil-punt 9 tal-Ftehim man-Norveġja;”

(4)

Il-Parti H tal-Anness I hija mibdula bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001 u (KE) Nru 1301/2006

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għall-kwota għall-perjodu mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Ġunju 2012 marbuta ma' kwantità ta' 1 600 tunnellata, kif stabbilit fil-Parti H tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 kif emendat mill-Anness għal dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jistgħu jitressqu mill-1 sal-10 ta' Marzu 2012.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom ikunu relatati ma' mhux anqas minn 10 tunnellati.

2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu validi sat-30 ta' Ġunju 2012.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2012.

Madankollu, dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għall-kwantitajiet ta' 2 000 tunnellata li huma diġà disponibbli għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 327, 9.12.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

I. H

KWOTI TARIFFARJI SKONT L-ANNESS I GĦALL-FTEHIM MAN-NORVEĠJA

Kwota minn Jannar sa Diċembru

Numru tal-kwota

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

Deskrizzjoni

Dazju doganali

Kwota mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Ġunju 2012

(f’tunnellati)

Kwota mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2012

(f’tunnellati)

Kwota mill-1 ta' Jannar 2013

(f’tunnellati)

Annwali

kull sitt xhur

09.4179

0406

Ġobon u baqta

eżenzjoni

1 600

3 600

7 200

3 600 ”


Top