Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012L0044

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/44/UE tas- 26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u tal-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 327, 27.11.2012, p. 37–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/44/oj

27.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/37


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/44/UE

tas-26 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u tal-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tal-ispeċijiet varji u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji gwida ta’ dan it-tip. Għal varjetajiet oħra dawk id-Direttivi jipprevedu li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet ġodda ta’ Pjanti (UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV sadanittant stabbilixxew linji gwida ulterjuri għal speċi oħra u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Direttiva 2003/90/KE għandhom jiġu sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi għad-Direttiva 2003/91/KE għandhom jiġu sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2014.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7.

(4)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11.


ANNESS

PARTI A

ANNESS I

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli ta’ prova tas-CPVO

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L

Sikrana perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium x boucheanum Kunth

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/2 tal-11.3.2010

Brassica napus L.

Rapa tal-kolza

TP 36/2 tas-16.11.2011

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien

TP 57/1 tal-21.3.2007

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/1 tas-6.11.2003

Avena sativa L. (inkluża A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/1 tas-6.11.2003

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/3 tal-21.3.2012

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/2 tal-21.3.2012

Ssecale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta’ speċi tal-ġenus Triticum ma’ speċi tal-ġenus Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/2 tas-6.11.2003

Zea mays L.

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/2 tal-1.12.2005

It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta’ prova tal-UPOV

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Ħaxix iebes li jixxeblek

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Rescue grass

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

Festuca arundinacea Schreber

Żwien twil

TG/39/8 tas-17.4.2002

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TG/39/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. Et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta’ speċi tal-ġenus Festuca ma’ speċi tal-ġenus Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta’ timothy żgħir

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta’ timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Poa pratensis L

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TG/33/6 tat-12.10.1990

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina tal-werqa dejqa

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago sativa L.

Xnien

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba.L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TG/32/6 tal-21.10.1988

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Kolza

TG/89/6rev. tal-4.4.2001 + 1.4.2009

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TG/178/3 tal-4.4.2001

Arachis hypogea L.

Karawett

TG/93/3 tat-13.11.1985

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Cannabis sativa L.

Qanneb

TG/276/1 tat-28.3.2012

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Gosypium spp.

Qoton

TG/88/6 tal-4.4.2001

Papaver somniferum L.

Peprina

TG/166/3 tal-24.3.1999

Sinapis alba L.

Ġarġir abjad

TG/179/3 tal-4.4.2001

Glycine max (L.) Merrill

Żerriegħet is-sojja

TG/80/6 tal-1.4.1998

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/3 tas-6.10.1989

It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).

PARTI B

ANNESS I

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli ta’ prova tas-CPVO

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/1 tal-1.4.2009

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 tal-11.3.2010

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 tal-21.3.2007

Brassica oleracea L.

Tip ta’ kaboċċi żgħar (Brussels sprouts)

TP 54/2 tal-1.12.2005

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 tas-16.2.2011

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 tal-21.3.2007

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thumb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/1 tal-21.3.2007

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 tat-13.3.2008

Cucurbita pepo L.

Qara’ bagħli jew Zukkini

TP 119/1 tal-25.3.2004

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/1 tal-25.3.2004

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/5 tas-16.2.2011

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadama

TP 44/4 tal-21.3.2012

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

TP 12/3 tal-1.4.2009

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 tal-11.3.2010

Raphanus sativus L.

Ravanell

TP 64/1 tas-27.3.2002

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/4 tal-21.3.2012

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Insalata tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħ ħelu u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta’ prova tal-UPOV

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TG/106/4 tal-31.3.2004

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b’weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TG/155/4rev tat-28.3.2007 + 1.4.2009

Raphanus sativus L.

Ravanell iswed

TG/63/7 tat-28.3.2012

Rheum rhabarbarum L.

Rubarbru

TG/62/6 tal-24.3.1999

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TG/116/4 tal-24.3.2010

It-test ta’ dawn il-linji gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


Top