Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1320

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1320/2011 tas- 16 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

ĠU L 335, 17.12.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1320/oj

17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1320/2011

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

(2)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif stabbilita fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 765/2006,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

T. NALEWAJK


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

“1.

Bandarenka Siarhei Uladzimiravich

Bondarenko Sergei Vladimirovich

Бандарэнка Сяргей Уладзiмiравiч

Бондаренко Сергей Владимирович

Indirizz: Department of law of administration of Pervomaysky district Chornogo K. 5 office 417

Tel.: +375 17 2800264

Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-24 ta' Novembru 2011 huwa ssentenzja lil Ales Byalyatski, wieħed mill-aktar difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu tar-Riżorsi Umani "Vyasna", Viċi President tal-FIDH. Il-proċess tmexxa b'mod li kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

2.

Saikouski Uladzimir

Saikovski Vladimir

Сайкоўскi Уладзiмiр

Сайковский Владимир

Indirizz: Department of law of administration of Pervomaysky district Chornogo K. 5 office 417

Tel.: +375 17 2800264

Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali ta' Pervomaiski ta' Minsk. Huwa tratta l-proċess ta' Ales Byalyatski, wieħed mill-aktar difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu tar-Riżorsi Umani "Vyasna", Viċi President tal-FIDH. L-akkuża ppreżentata mill-prosekutur fil-proċess kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet vjolazzjoni ċara tal-Kodiċi ta' Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.”


Top