This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1251
Commission Regulation (EU) No 1251/2011 of 30 November 2011 amending Directives 2004/17/EC, 2004/18/EC and 2009/81/EC of the European Parliament and of the Council in respect of their application thresholds for the procedures for the awards of contract Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 tat- 30 ta’ Novembru 2011 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 tat- 30 ta’ Novembru 2011 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 319, 2.12.2011, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2011
tat-30 ta’ Novembru 2011
li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehimiet milħuqa fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (4), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar il-Kuntratti Pubbliċi (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim’) Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta’ xiri b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (minn hawn ‘il quddiem “il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u indikati bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE huwa li jippermetti li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dawk id-Direttivi biex fl-istess ħin ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f’dawk id-Direttivi għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi assigurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f’euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta’ koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li ma humiex koperti mill-Ftehim. Fl-istess ħin, il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE għandhom jiġu allinjati mal-limiti riveduti kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/17/KE. |
(4) |
Id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 4 845 000” jinbidel b’“EUR 5 000 000”. |
(4) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 4 845 000” jinbidel b’“EUR 5 000 000”. |
(5) |
l-Artikolu 67(1) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt (a), l-ammont “EUR 387 000” jinbidel b’“EUR 400 000”. |
(2) |
Fil-punt (b), l-ammont “EUR 4 845 000” jinbidel b’“EUR 5 000 000”. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(3) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.