EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0785

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 785/2011 tal- 5 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-erja massima garantita li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina

ĠU L 203, 6.8.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1307

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/785/oj

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 785/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-erja massima garantita li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 81(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 81(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi l-erja massima garantita li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina.

(2)

L-Artikolu 81(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li fejn, skont l-Artikolu 67, Stat Membru jiddeċiedi li jintegra l-primjum għall-uċuħ tal-proteina fi skema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni, għandha tnaqqas l-erja massima garantita msemmija fl-Artikolu 81(1) bi proporzjon mal-erja li tikkorrispondi mal-ammont ta’ uċuħ tal-proteina attribwit għal dak l-Istat Membru fl-Anness XII.

(3)

Id-Danimarka, il-Greċja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit, għajr l-Ingilterra, ddeċidew li jintegraw il-primjum għall-uċuħ tal-proteina fl-iskema ta’ pagament uniku.

(4)

L-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Erja massima garantita ta’ 1 505 056 ettaru li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina hija b’dan stabbilita.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


Top