EUR-Lex Πρόσβαση στο δίκαιο της Ευρωπαϊκής Ένωσης

Επιστροφή στην αρχική σελίδα του EUR-Lex

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 32011R0574

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2011 tas- 16 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għan-nitrit, il-melamina, l-Ambrosia spp u t-trażmissjoni ta’ ċerti koċċidjostati u istomonostati u li jikkonsolida l-Annessi I u II għaliha Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 159, 17.6.2011, σ. 7 έως 24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Νομικό καθεστώς του εγγράφου Ισχύει

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/574/oj

17.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 574/2011

tas-16 ta’ Ġunju 2011

li jemenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għan-nitrit, il-melamina, l-Ambrosia spp u t-trażmissjoni ta’ ċerti koċċidjostati u istomonostati u li jikkonsolida l-Annessi I u II għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha, u l-ewwel inċiż tl-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta’ prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva huwa pprojbit. Għal ċerti sustanzi mhux mixteqa, l-Istati Membri għandhom iwettqu investigazzjonijiet li jidentifikaw is-sorsi ta’ dawk is-sustanzi jekk jinqabżu l-limiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Fir-rigward tan-nitriti nstab li l-prodotti u l-prodotti sekondarji mill-pitravi zokkrija u l-kannamiela u mill-produzzjoni tal-lamtu taħt ċerti kundizzjonijiet għandhom livelli ta’ nitriti li jaqbżu l-livelli massimi reċentement stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE. Barra minn hekk, jidher li l-metodu ta’ analiżi biex jiddetermina n-nitriti fl-għalf mhux dejjem jipprovdi riżultati analitiċi affidabbli fir-rigward tal-prodotti u l-prodotti sekondarji mill-pitravi zokkrija u l-kannamiela u mill-produzzjoni tal-lamtu. Minħabba li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Marzu 2009 (2) kkonkludiet li l-preżenza tan-nitriti fil-prodotti tal-annimali ma tipprovoka l-ebda tħassib għas-saħħa tal-bniedem, il-prodotti kkonċernati għalissa għandhom jiġu eżentati milli jiġu inklużi fil-livell massimu tan-nitriti fil-materjali tal-għalf tal-annimali, filwaqt li l-livelli tan-nitriti f’dawk il-prodotti u metodi xierqa ta’ analiżi jiġu eżaminati iktar fil-fond.

(3)

Fir-rigward tal-melamina, l-EFSA fit-18 ta’ Marzu 2010 adottat opinjoni xjentifika fuq il-melamina fl-ikel u l-għalf (3). Is-sejbiet tal-EFSA juru li l-espożizzjoni għall-melamina tista’ tirriżulta fil-formazzjoni ta’ kristalli fis-sistema tal-awrina. Dawn il-kristalli jikkawżaw ħsara tubulari prossimali u ġew osservati f’annimali u tfal b’riżultat ta’ inċidenti li jinvolvu l-adulterazzjoni tal-għalf u tat-trab tat-trabi bil-melamina, li xi drabi twassal għall-mewt. Il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius stabbiliet il-livelli massimi għall-melamina fl-għalf u l-ikel (4). Huwa xieraq li dawn il-livelli massimi jiddaħħlu fl-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi dawn il-livelli huma f’konformità mal-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-EFSA. Huwa xieraq li xi addittivi tal-għalf jiġu eżentati mil-livelli massimi billi dawn fihom livell ta’ melamina li ma jistax jiġi evitat, li jaqbeż il-livell massimu b’riżultat tal-proċess ta’ produzzjoni normali.

(4)

Fir-rigward ta’ Ambrosia spp., l-EFSA kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-4 ta’ Ġunju 2010 (5) li ż-żerriegħa tal-għasafar tista’ tkun mezz importanti ta’ tixrid ta’ Ambrosia spp., speċjalment f’żoni li ma kinux infestati qabel, billi din ħafna drabi jkun fiha kwantitajiet sinifikanti ta’ żerriegħa mhux ipproċessati ta’ Ambrosia spp. Għalhekk, il-prevenzjoni tal-użu ta’ żerriegħa tal-għasafar ikkontaminata b’żerriegħa mhux ipproċessata ta’ Ambrosia spp. x’aktarx tista’ tipprevjeni iktar tixrid ta’ Ambrosia spp. fl-Unjoni. L-Ambrosia spp. hija ta’ tħassib għall-pubbliku fir-rigward tas-saħħa minħabba l-proprjetajiet allerġeniċi tat-trab tad-dakra tagħha. Il-ġbid tat-trab tad-dakra mat-teħid tan-nifs jista’, fost kundizzjonijiet oħra, jikkawża r-rinokonġuntivite u l-ażżma. Hemm ukoll xi evidenza għall-allerġeniċità tat-trab tad-dakra tal-Ambrosia spp. fl-annimali. Għalhekk huwa xieraq li tiġi llimitata l-preżenza ta’ żerriegħa ta’ Ambrosia spp. fil-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fih granuli u żerriegħa mhux mitħuna u li jiġi stabbilit livell massimu ta’ żerriegħa ta’Ambrosia spp. fi granuli u żerriegħa mhux mitħuna fl-iktar livell baxx li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli (ALARA) permezz ta’ prattiki agrikoli tajba u tekniki ta’ tindif.

(5)

Fir-rigward tal-koċċidijostati u l-istomonostati, jista’ jkun hemm trasferiment minn lott ta’ produzzjoni għal ieħor meta jintużaw sustanzi bħal dawn bħala addittivi awtorizzati tal-għalf. Dan it-tip ta’ trasferiment jista’ jwassal għall-kontaminazzjoni tal-għalf li sseħħ sussegwentement minħabba l-preżenza teknikament inevitabbli ta’ traċċi ta’ sustanzi bħal dawn, li nirreferu għaliha bħala trażmissjoni jew transkontaminazzjoni inevitabbli, f’għalf li għalih il-koċċidijostati u l-istomonostati mhumiex awtorizzati, li nirreferu għalih bħala għalf mhux fil-mira. Mat-tħaddim ta’ prattiki tajba tal-manifattura, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi tat-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati u istomonostati fl-għalf mhux fil-mira skont il-prinċipju ALARA (As Low As Reasonably Achievable) [L-iktar livell baxx li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli]. Sabiex il-manifattur tal-għalf jiġi megħjun jiġġestixxi t-trażmissjoni inevitabbli, għandha titqies aċċettabbli rata ta’ trażmissjoni ta’ madwar 3 % tal-kontenut massimu awtorizzat fir-rigward tal-għalf għal speċijiet ta’ annimali mhux fil-mira li huma inqas sensittivi, filwaqt li għandha titqies aċċettabbli r-rata ta’ trażmissjoni ta’ madwar 1 % tal-kontenut massimu awtorizzat għall-għalf magħmul għall-ispeċijiet ta’ annimali mhux fil-mira li huma sensittivi u għall-għalf li jintuża fil-perjodu ta’ qabel il-qatla. Ir-rata tat-trażmissjoni ta’ 1 % għandha titqies aċċettabbli wkoll għat-transkontaminazzjoni ta’ għalf ieħor għall-ispeċijiet fil-mira li miegħu ma jkunu żdiedu l-ebda koċċidijostati u istomonostati, u fir-rigward tal-għalf mhux fil-mira għal “annimali li kontinwament jipproduċu l-ikel”, bħalma huma l-baqar tal-ħalib jew it-tiġieġ li jbidu, fejn jidher li hemm evidenza ta’ trażmissjoni mill-għalf għall-ikel ta’ oriġini mill-annimali. F’każ li l-annimali jingħataw l-għalf direttament jew li jintuża għalf komplementari, dan m’għandux iwassal biex l-annimali jiġu esposti għal livell ogħla ta’ koċċidijostati jew istomonostati mil-livelli massimi korrispondenti ta’ espożizzjoni fejn jintuża biss għalf komplut fir-razzjon ta’ kuljum.

(6)

Fir-rigward tal-koċċidijostati narasin, nikarbażin u sodju lasaloċidu, l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE għandu jiġi emendat biex iqis t-tibdiliet riċenti tal-awtorizzazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (6) konsegwentement għandu jiġu emendat.

(7)

L-Annessi I u II għad-Direttiva 2002/32/KE diġà ġew addattati sostanzjalment u bosta drabi fil-passat. Għaldaqstant huwa xieraq li dawk l-Annessi jiġu kkonsolidati. Sabiex l-Annessi jkunu jistgħu jinqraw u jiftiehmu b’mod iktar ċar, huwa xieraq li jiġu ristrutturati u li t-terminoloġija tiġi armonizzata. Minħabba li d-dispożizzjonijiet fl-Annessi għandhom applikazzjoni diretta u huma vinkolanti bis-sħiħ, huwa xieraq li dawn l-Annessi jiġu stabbiliti b’Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/32/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Ambrosia spp. se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  Bord tal-EFSA dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel, Opinjoni Xjentifika dwar in-Nitriti bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali, The EFSA Journal (2009) 1017, 1-47. Disponibbli onlajn: http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/1017.pdf.

(3)  Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM) u Bord tal-EFSA dwar il-Materjali ta’ Kuntatt mal-Ikel, Enżimi, Ħwawar u għajnuniet għall-Ipproċessar (CEF); Opnijoni Xjentifika dwar il-Melamina fl-Ikel u l-Għalf. EFSA Journal 2010; 8(4):1573. [145 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010,1573. Disponibbli onlajn: http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/1573.pdf.

(4)  Report on the Thirty-Third Session of the Joint FAO/WHO Food Standards Programme, Codex Alimentarius Commission, Geneva, Switzerland, 5-9 ta’ Lulju 2010 (ALINORM 10/33/REP).

(5)  EFSA Panel on Contaminants in the Food Chain (CONTAM), EFSA Panel on Dietetic Products, Nutrition and Allergies (NDA) and EFSA Panel on Plant Health (PLH); Scientific Opinion on the effect on public or animal health or on the environment on the presence of seeds of Ambrosia spp. in animal feed. EFSA Journal 2010; 8(6):1566 [37 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010,1566. Disponibbli onlajn: http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/1566.pdf.

(6)  ĠU L 140, 11.2.2009, p. 7


ANNESS

L-Anness I u II tad-Direttiva 2002/32/KE jinbidlu b’dan li ġej:

ANNESS I

LIVELLI MASSIMI TA’ SUSTANZI MHUX MIXTIEQA, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2)

TAQSIMA I:   KONTAMINANTI INORGANIĊI U KOMPOSTI NITROĠENIĊI

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Arseniku (1)

Materjali għall-għalf

2

ħlief:

 

l-għalf magħmul mill-ħaxix, minn xnien imnixxef u minn silla mnixxfa, u polpa mnixxfa tal-pitravi zokkrija u polpa mnixxfa tal-ġulepp magħqud tal-pitravi zokkrija;

4

iż-żejt li joħroġ mill-qalba tal-palma;

4  (2)

il-fosfati u l-algi kalkarji tal-baħar;

10

il-karbonat tal-kalċju;

15

l-ossidu tal-manjeżju u l-karbonat tal-manjeżju;

20

ħut, inklużi annimali oħra akkwatiċi u prodotti dderivati minnhom;

25  (2)

l-għalf mill-alka tal-baħar u materjali tal-għalf li jkunu ġejjin mill-alka tal-baħar.

40  (2)

Il-partikuli tal-ħadid użati bħala traċċatur fl-għalf.

50

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ elementi li jinsabu fi traċċi

30

ħlief:

 

is-sulfat kupriku pentaidrat u l-karbonat kupriku;

50

l-ossidu taż-żingu, l-ossidu manganuż, u l-ossidu kupriku.

100

Għalf komplementari

4

ħlief:

 

għalf minerali.

12

Għalf komplut

2

ħlief:

 

għalf komplut għall-ħut u l-annimali bil-fer.

10  (2)

2.

Kadmju

Materjali tal-għalf ta’ oriġini veġetali

1

Materjali tal-għalf ta’ oriġini mill-annimali.

2

Materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

2

ħlief:

 

fosfati.

10

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ elementi li jinsabu fi traċċi

10

ħlief:

 

l-ossidu kupriku, l-ossidu manganuż, l-ossidu taż-żingu u s-sulfat manganuż monoidrat.

30

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni

2

Pretaħlitiet (6)

15

Għalf komplementari

0,5

ħlief:

 

għalf minerali

 

– –

li fih < 7 % fosforu (8);

5

– –

li fih ≥ 7 % fosforu (8);

0,75 għal kull 1 % fosoforu (8), massimu ta’ 7,5

oġġetti tal-għalf komplementari għall-pets

2

Għalf komplut

0,5

ħlief:

 

għalf komplut għall-baqar (ħlief għoġġiela), nagħaġ (ħlief ħrief), mogħoż (ħlief gidien) u ħut;

1

għalf komplut għall-pets.

2

3.

Fluworin (7)

Materjali għall-għalf

150

ħlief:

 

materjali tal-għalf ta’ oriġini mill-annimali, ħlief krustaċej tal-baħar bħall-frott tal-baħar;

500

krustaċji tal-baħar bħal frott tal-baħar;

3 000

fosfati;

2 000

il-karbonat tal-kalċju;

350

l-ossidu tal-manjeżju;

600

alka tal-baħar kalkarja.

1 000

Vermikulit (E 561)

3 000

Għalf komplementari:

 

li fih ≤ 4 % fosforu (8),

500

li fih > 4 % fosforu (8).

125 għal kull 1 % fosforu (8)

Għalf komplut

150

ħlief:

 

għalf tal-annimali komplut għall-ħnieżer;

100

għalf tal-annimali komplut għat-tjur (ħlief flieles) u l-ħut;

350

għalf tal-annimali komplut għall-flieles;

250

għalf tal-annimali komplut għal baqar, nagħaġ u mogħoż

 

– –

li qed ireddgħu;

30

– –

oħrajn.

50

4.

Ċomb

Materjali għall-għalf

10

ħlief:

 

il-magħlef (3);

30

il-fosfati u l-algi kalkarji tal-baħar;

15

il-karbonat tal-kalċju;

20

il-ħmira.

5

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ elementi li jinsabu fi traċċi

100

ħlief:

 

l-ossidu taż-żingu;

400

l-ossidu manganuż, il-karbonat ferruż, il-karbonat kupriku.

200

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni

30

ħlief:

 

il-klinoptilolit ta’ oriġini vulkanika.

60

Pretaħlitiet (6)

200

Għalf komplementari

10

ħlief:

 

għalf minerali.

15

Għalf komplut.

5

5.

Merkurju (4)

Materjali għall-għalf

0,1

ħlief:

 

ħut,annimali akkwatiċi oħra, u prodotti dderivati minnhom;

0,5

karbonat tal-kalċju.

0,3

Għalf kompost

0,1

ħlief:

 

għalf minerali;

0,2

għalf tal-annimali kompost għall-ħut;

0,2

għalf kompost għall-klieb, qtates u annimali bil-fer.

0,3

6.

Nitriti (5)

Materjali għall-għalf

15

ħlief:

 

għalf mill-ħut mitħun;

30

silage;

prodotti u prodotti sekondarji mill-pitravi zokkrija u l-kannamiela u mill-produzzjoni tal-lamtu.

Għalf komplut

15

ħlief:

 

għalf komplut għall-klieb u l-qtates b’kontenut tal-ilma li jaqbeż l-20 %.

7.

Melamina (9)

Għalf

2,5

ħlief l-addittivi tal-għalf:

 

l-aċidu aċetiku gwanidino (GAA);

il-urea;

il-biuret.


TAQSIMA II:   MIKOTOSSINI

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) rrelatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Aflatossin B1

Materjali għall-għalf

0,02

Oġġetti tal-għalf komplementari u kompluti

0,01

ħlief:

 

għalf kompost għall-baqar u għoġġiela tal-ħalib, nagħaġ u ħrief tal-ħalib, mogħoż u ġidien tal-ħalib, ħnienes u tjur żgħir;

0,005

l-għalf kompost għall-baqar (ħlief baqar u għoġġiela tal-ħalib), nagħaġ (ħlief nagħaġ u ħrief tal-ħalib), mogħoż (ħlief mogħoż u gidien tal-ħalib), ħnieżer (ħlief ħnienes) u tjur (ħlief annimali żgħar)

0,02

2.

Rye ergot (Claviceps purpurea)

Materjali tal-għalf u għalf kompost li fihom ċereali mhux mitħuna.

1 000


TAQSIMA III:   TOSSINI INERENTI TAL-PJANTI

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Gossypol ħieles

Materjali għall-għalf

20

ħlief:

 

żerriegħa tal-qoton;

5 000

pasta taż-żerriegħa tal-qoton u għalf taż-żerriegħa tal-qoton.

1 200

Għalf komplut

20

ħlief:

 

għalf komplut għall-baqar (ħlief għoġġiela);

500

għalf komplut għal nagħaġ (ħlief ħrief) u mogħoż (ħlief gidien);

300

għalf komplut għat-tjur (ħlief tiġieġ li jbidu) u għoġġiela;

100

għalf komplut għall-fniek, ħrief, gidien u ħnieżer (ħlief ħnienes).

60

2.

L-aċidu idroċjaniku

Materjali għall-għalf

50

ħlief:

 

żerriegħa tal-kittien;

250

pasta taż-żerriegħa tal-kittien;

350

prodotti tal-manjoka u pasti tal-lewż.

100

Għalf komplut

50

ħlief:

 

għalf komplut għal flieles żgħar (< 6 ġimgħat).

10

3.

Teobromin

Għalf komplut

300

ħlief:

 

għalf tal-annimali komplut għall-ħnieżer;

200

prodotti tal-għalf komplut għall-klieb, il-fniek, iż-żwiemel u l-annimali bil-fer.

50

4.

vinil tijossażolidina(5-vinilossażolidina-2-tijon)

Għalf komplut għat-tjur

1 000

ħlief:

 

għalf komplut għat-tiġieġ li jbidu.

500

5.

Żejt tal-mustarda volatili (10)

Materjali għall-għalf

100

ħlief:

 

pasta ta’ żerriegħa tal-kolza.

4 000

Għalf komplut

150

ħlief:

 

għalf komplut għall-baqar (ħlief għoġġiela), in-nagħaġ (ħlief ħrief), mogħoż (ħlief gidien);

1 000

għalf komplut għall-ħnieżer (ħlief ħnienes) u t-tjur.

500


TAQSIMA IV:   KOMPOSTI ORGANOKLORURATI (ĦLIEF DIOSSINI U PCB)

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Aldrin (11)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,01  (12)

2.

Dieldrin (11)

ħlief:

 

x-xaħmijiet u ż-żjut;

0,1  (12)

l-għalf kompost għall-ħut;

0,02  (12)

3.

Kamfeklor (tossafen) - somma ta’ indikaturi ta’ konġeneri CHB 26, 50 u 62 (13)

Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u l-prodotti dderivati minnhom

0,02

ħlief:

 

żejt tal-ħut.

0,2

Għalf komplut għall-ħut.

0,05

4.

Klordan (total ta’ isomeri cis- u trans- u ossiklordan espressi bħala klordan)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,02

ħlief:

 

x-xaħmijiet u ż-żjut.

0,05

5.

DDT (total ta’ DDT-, DDD- (jew TDE-) u DDE-isomeri, espressi bħala DDT)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,05

ħlief:

 

ix-xaħmijiet u ż-żjut.

0,5

6.

Endosulfan (total ta’ isomeri alfa- u beta- u endosulfansulfat espressi bħala endosulfan)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,1

ħlief:

 

il-amħirrum u l-prodotti tal-qamħirrum li ġejjin mill-ipproċessar tiegħu;

0,2

żrieragħ li minnhom isir iż-żejt u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar tagħhom ħlief żejt veġetali mhux maħdum;

0,5

żejt veġetali mhux maħdum;

1,0

għalf komplut għall-ħut.

0,005

7.

Endrin (total ta’ endrin u delta-ketoj-endrin, espressi bħala endrin)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,01

ħlief:

 

ix-xaħmijiet u ż-żjut.

0,05

8.

ettaklor (total ta’ ettaklor u ettaklorpossid, espressi bħala ettaklor)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,01

ħlief:

 

ix-xaħmijiet u ż-żjut.

0,2

9.

Eżaklorobenżen (HCB)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,01

ħlief:

 

ix-xaħmijiet u ż-żjut.

0,2

10.   

Eżakloroċikloeżan (HCH)

alfa-isomeri

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,02

ħlief:

 

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,2

beta-isomeri

il-materjali għall-għalf

0,01

ħlief:

 

ix-xaħmijiet u ż-żjut.

0,1

Għalf kompost

0,01

ħlief:

 

l-għalf kompost għall-baqar tal-ħalib.

0,005

gamma-isomeri

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,2

ħlief:

 

ix-xaħmijiet u ż-żjut

2,0


TAQSIMA V:   DIOSSINI u PCB

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (ppt) (14), (15) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Diossini (l-għadd ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDD) u dibenżofurans poliklorinati (PCDF)) espressi f’ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO –TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (17))

Materjal ta’ għalf minn oriġini ta’ pjanti

0,75

ħlief:

 

iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,75

Materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

1,0

Materjali tal-għalf ta’ oriġini mill-annimali:

 

Xaħam tal-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

2,0

Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd.

0,75

Iż-żejt tal-ħuta

6,0

Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u prodotti dderivati minnhom ħlief iż-żejt tal-ħut u l-idrolisati tal-proteini tal-ħut li fihom aktar minn 20 % xaħam (16)

1,25

Idrolisati tal-proteini tal-ħut li fihom aktar minn 20 % xaħam

2,25

L-addittivi tal-għalf it-tafal kaolonitiku, diidrat tas-sulfat tal-kalċju, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolite b’oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni

0,75

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ elementi li jinsabu fi traċċi

1,0

Pretaħlitiet

1,0

Għalf kompost

0,75

ħlief:

 

l-għalf kompost għall-pets u l-ħut

2,25

l-għalf kompost għall-annimali bil-fer

2.

L-għadd ta’ diossini u PCBs li jixbhu lid-diossini (l-għadd ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDD), (PCDF) dibenżofurans poliklorinati (PCDF) u (PCB) bifenili poliklorinati (PCB)) imfissra f’ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO –TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (17))

Materjal ta’ għalf minn oriġini tau’ pjanti

1,25

ħlief:

 

iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

1,5

Il-materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

1,5

Materjali tal-għalf ta’ oriġini mill-annimali:

 

Xaħam tal-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

3,0

Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-bajd u l-prodotti tal-bajd.

1,25

Iż-żejt tal-ħuta

24,0

Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u prodotti dderivati minnhom ħlief iż-żejt tal-ħuta u l-idrolisati tal-proteina tal-ħut li fihom aktar minn 20 % xaħam (16)

4,5

Idrolisati tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam

11,0

L-addittivi tal-għalf tat-tafal kaolinitiku, id-diidrat tas-sulfat tal-kalċju, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolit b’oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni

1,5

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ sustanzi li jinstabu fi traċċi

1,5

Pretaħlitiet

1,5

Għalf kompost

1,5

ħlief:

 

l-għalf kompost għall-pets u l-ħut

7,0

l-għalf kompost għall-annimali bil-fer


TAQSIMA VI:   IMPURITAJIET BOTANIĊI PERIKOLUŻI

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u frott mhux mitħun u mhux magħsur li fih alkalojdi, glukosidi jew sustanzi tossiċi oħra separatament jew flimkien inkluża

Materjali tal-għalf u għalf kompost

3 000

Datura sp.

 

1 000

2.

Crotalaria spp

Materjali tal-għalf u għalf kompost

100

3.

Iż-żerriegħa u l-ħlief mir-Ricinus communis L., il-Croton tiglium L. u l-Abrus precatorius L. kif ukoll id-derivattivi pproċessati tagħhom (18), separatament jew inkella flimkien

Materjali tal-għalf u għalf kompost

10  (19)

4.

Ġewż tal-fagu mingħajr qoxra — Fagus silvatica L.

5.

Purgera – Jatropha curcas L.

6.

Mustarda Indjana — Brassica juncea (L.) Czern. U Coss. ssp. integrifolia (West.) Thell.

7.

Mustarda Sareptjana — Brassica juncea (L.) Czern. U Coss. ssp. juncea

8.

Mustarda Ċiniża — Brassica juncea (L.) Czern. U Coss. ssp. junce var. lutea Batalin

9.

Mustarda sewda — Brassica nigra (L.) Koch

10.

Mustarda Etjopjana — Brassica carinata A. Braun

Materjali tal-għalf u għalf kompost

Żerriegħa u frott tal-ispeċi ta’ pjanti mnizzla fuq in-naħa l-oħra kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f’ammonti ta’ traċċi li ma jistgħux ikunu determinati kwantitattivament

11.

Żerriegħa mill-Ambrosia spp.

Materjali għall-għalf

50

ħlief:

 

Millieġ (granuli ta’ Panicum miliaceum L.) u sorgu (granuli ta’ Sorghum bicolor (L) Moench s.l.) mhux mitmugħa direttament lill-annimali

200

Għalf kompost li fih granuli u żerriegħa mhux mitħuna

50


TAQSIMA VII:   ADDITTIVI TAL-GĦALF AWTORIZZATI FL-GĦALF MHUX FIL-MIRA WARA TRAŻMISSJONI INEVITABBLI

Koċċidjostat

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali (20)

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Dekokwinat

Materjali għall-għalf

0,4

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,4

tiġieġ għat-tismin għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tad-dekokwinat (withdrawal feed);

0,4

speċi ta’ annimali oħra.

1,2

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tad-dekokwinat

 (21)

2.

Diklażuril

Materjali għall-għalf

0,01

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa) u dundjani għat-tismin (> 12-il ġimgħa)

0,01

fniek għat-tismin u għat-tgħammir għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tad-diklażuril (withdrawal feed)

0,01

speċi ta’ annimali oħra ħlief it-tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 16-il ġimgħa), it-tiġieġ għat-tismin u l-fargħuni u d-dundjani għat-tismin (< 12-il ġimgħa).

0,03

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tad-diklażuril.

 (21)

3.

Idrobromur tal-alofuginon (

Materjali għall-għalf

0,03

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, tiġieġ imrobbija biex ibidu u dundjani (> 12-il ġimgħa);

0,03

tiġieġ għat-tismin u dundjani (< 12-il ġimgħa) għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tal- idrobromur tal-alofuginon (withdrawal feed);

0,03

speċi ta’ annimali oħra.

0,09

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal- idrobromur tal-alofuginon.

 (21)

4.

Sodju lasaloċidu

Materjali għall-għalf

1,25

Għalf kompost għal

 

klieb, għoġġiela, fniek, speċi ekwini, annimali tal-ħalib, għasafar li jbidu, dundjani (> 16-il ġimgħa) u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

1,25

tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 16-il ġimgħa) u dundjani (< 16-il ġimgħa) għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tas-sodju lasaloċidu (withdrawal feed)

1,25

speċi ta’ annimali oħra

3,75

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tas-sodju lasaloċidu

 (21)

5.

Maduramiċin ammonju alfa

Materjali għall-għalf

0,05

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, fniek, dundjani (> 16-il ġimgħa), għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,05

tiġieġ għat-tismin u dundjani (< 16-il ġimgħa) għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tal-maduramiċin ammonju alfa (withdrawal feed);

0,05

speċi ta’ annimali oħra

0,15

Pretaħlitiet għall-użu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal-maduramiċin ammonju alfa

 (21)

6.

Monensin sodiku

Materjali għall-għalf

1,25

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, klieb, annimali żgħar li jixtarru (nagħaġ u mogħoż), papri, bovini, baqar tal-ħalib, għasafar li jbidu, tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa) u dundjani (> 16-il ġimgħa);

1,25

tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 16-il ġimgħa) u dundjani (< 16-il ġimgħa) għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tal-monensin sodiku (withdrawal feed)

1,25

speċi ta’ annimali oħra

3,75

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal-monensin sodiku.

 (21)

7.

Narasin

Materjali għall-għalf

0,7

Għalf kompost għal

 

dundjani, fniek, speċi ekwini, għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,7

speċi ta’ annimali oħra.

2,1

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tan-narasin

 (21)

8.

Nikarbażin

Materjali għall-għalf

1,25

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

1,25

speċi ta’ annimali oħra

3,75

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tan-nikarbażin (imħallat man-narasin).

 (21)

9.

Idroklorur tar-robenidin

Materjali għall-għalf

0,7

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa)

0,7

tiġieġ għat-tismin, fniek għat-tismin u għat-tgħammir u dundjani għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tal-idroklorur tar-robenidin (withdrawal feed);

0,7

speċi ta’ annimali oħra

2,1

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal-idroklorur tar-robenidin.

 (21)

10.

Salinomiċina sodika

Materjali għall-għalf

0,7

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, dundjani, għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu > 12-il ġimgħa)

0,7

tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 12-il ġimgħa) u fniek għat-tismin għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tas-salinomiċina sodika (withdrawal feed);

0,7

speċi ta’ annimali oħra

2,1

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tas-salinomiċina sodika

 (21)

11.

Semduramiċina sodika

Materjali għall-għalf

0,25

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu > 16-il ġimgħa)

0,25

tiġieġ għat-tismin għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tas-semduramiċina sodika (withdrawal feed)

0,25

speċi ta’ annimali oħra.

0,75

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tas-semduramiċina sodika

 (21)

ANNESS II

LIMITI STABBILITI TA’ AZZJONI LI JISKATTAW INVESTIGAZZJONIJIET MILL-ISTATI MEMBRI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(2)

TAQSIMA:

DIOSSINI U PCB

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Limiti stabbiliti ta’ azzjoni f’ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (ppt) (23), (24) irrelatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

Kummenti u informazzjoni addizzjonali (eż in-natura tal-investigazzjonijiet li jridu jsiru)

1.

Diossini (l-għadd ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurans poliklorinati (PCDFs)) imfissra f’ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO –TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (22))

Materjal ta’ għalf minn oriġini ta’ pjanti

0,5

 (25)

ħlief:

 

 

żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,5

 (25)

Materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

0,5

 (25)

Materjali tal-għalf ta’ oriġini mill-annimali:

 

 

Xaħam tal-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

1,0

 (25)

Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd.

0,5

 (25)

Iż-żejt tal-ħuta

5,0

 (26)

Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom ħlief iż-żejt tal-ħuta u l-idrolisati tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam (24)

1,0

 (26)

Idrolisati tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam

1,75

 (26)

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni

0,5

 (26)

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ sustanzi li jinstabu f’elementi fi traċċi

0,5

 (25)

Taħlitiet lesti minn qabel

0,5

 (25)

Għalf kompost

0,5

 (25)

ħlief:

 

 

għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut

1,75

 (26)

għalf kompost għall-annimali bil-fer

 

2.

PCB li jixbhu lid-diossini (l-għadd ta’ bifenili poliklorinati (PCB)) imfissra f’ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO-TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (22))

Materjal ta’ għalf minn oriġini ta’ pjanti

0,35

 (25)

ħlief:

 

 

żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,5

 (25)

Materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

0,35

 (25)

Materjali tal-għalf ta’ oriġini mill-annimali

 

 

Xaħam tal-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

0,75

 (25)

Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd.

0,35

 (25)

Iż-żejt tal-ħuta

14,0

 (26)

Ħut, annimali oħrajn akkwatiċi, u prodotti dderivati minnhom bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta u l-idrolisati tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam (24)

2,5

 (26)

Idrolisati tal-proteina tal-ħut li fihom aktar minn 20 % xaħam

7,0

 (26)

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni

0,5

 (25)

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ sustanzi li jinstabu f’ammonti żgħar ħafna

0,35

 (25)

Taħlitiet lesti minn qabel

0,35

 (25)

Għalf kompost

0,5

 (25)

ħlief:

 

 

għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut

3,5

 (26)

għalf kompost għall-annimali bil-fer

 


(1)  Il-livelli massimi jirreferu għall-arseniku totali.

(2)  Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, l-operatur responsabbli jrid iwettaq analiżi biex juri li l-kontenut tal-arseniku inorganiku huwa anqas minn 2 ppm. Din l-analiżi hija partikolarment importanti għall-ispeċi tal-alka tal-baħar Hizikia fusiforme.

(3)  Il-magħlef jinkludi prodotti li huma maħsuba għall-għalf tal-annimali, inkluż it-tiben, is-silage, il-ħaxix frisk, eċċ.

(4)  Il-livelli massimi jirreferu għall-merkurju totali.

(5)  Il-livelli massimi huma espressi bħala nitrit tas-sodju.

(6)  Il-livell massimu stabbilit għall-pretaħlitiet iqis l-addittivi bl-ogħla livell ta’ ċomb u kadmju u mhux is-sensittività għaċ-ċomb u l-kadmju tal-ispeċi differenti tal-annimali. Kif stipolat mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29), sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali u tal-pubbliku, hija r-responsabbiltà tal-produttur tal-pretaħlitiet li jaċċerta li, flimkien mal-konformità mal-livelli massimi tal-pretaħlitiet, l-istruzzjonijiet għall-użu tal-pretaħlitiet ikunu f’konformità mal-livelli massimi għall-għalf komplementari u komplut.

(7)  Il-livelli massimi jirreferu għal determinazzjoni analitika tal-fluworu, fejn l-estrazzjoni ssir bl-aċidu idrokloriku 1 N għal 20 minuta f’temperatura ambjentali. Proċeduri ta’ estrazzjoni ekwivalenti jistgħu jiġu applikati fejn jista’ jintwera li l-proċedura ta’ estrazzjoni użata għandha l-istess effiċjenza ta’ estrazzjoni.

(8)  Il-% tal-fosforu huwa relatat ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %.

(9)  Il-livell massimu jirreferi biss għall-melamina. L-inklużjoni ta’ komposti strutturalment relatati – l-aċidu ċjanuriku, l-ammelina, u l-ammelur fil-livell massimu se titqies iktar tard.

(10)  Il-livelli massimi huma espressi bħala isotioċjanat tal-allil.

(11)  Waħedhom jew kkombinati espressi bħala dieldrin.

(12)  Livelli massimi ta’ aldrina u dieldrin, waħedhom jew kombinati, espressi bħala dieldrin.

(13)  Sistema ta’ numri skont Parlar, bil-prefiss CHB jew ‘Parlar’:

 

CHB 26: 2-endo, 3-esso, 5-endo, 6-esso, 8,8,10,10-ottoklorobornan

 

CHB 50: 2-endo, 3-esso 5-endo, 6-esso, 8,8,9,10,10-nonaklorobornan,

 

CHB 62: 2,2,5,5,8,9,9,10,10-nonaklorobornan.

(14)  Konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq; il-konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq huma kkalkulati bis-suppożizzjoni li l-valuri kollha tal-konġeneri differenti taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma ugwali għal-limitu ta’ kwantifikazzjoni.

(15)  Il-livell massimu separat għad-diossini (PCDD/F) jibqa’ applikabbli għal perjodu temporanju. Il-prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali msemmijin f’punt 1, għandhom jikkonformaw kemm mal-livelli massimi għad-diossini kif ukoll mal-livelli massimi għall-għadd ta’ diossini u PCBs li jixbhu lid-diossini waqt dak il-perjodu temporanju.

(16)  Ħut frisk u annimali akkwatiċi mwassla direttament u użati mingħajr ipproċessar intermedju għall-produzzjoni tal-għalf għal annimali bil-fer mhumiex suġġetti għal-livelli massimi, filwaqt li livelli massimi ta’ 4,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg ta’ prodott u 8.0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg ta’ prodott huma applikabbli għall-ħut frisk u 25.0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg ta’ prodott għall-fwied tal-ħut li jintuża għall-għalf dirett ta’ annimali domestiċi, annimali taż-żu u taċ-ċirku jew li jintuża bħala materjal ta’ għalf għall-produzzjoni tal-ikel għall-annimali domestiċi. Il-prodotti jew il-proteini tal-annimali pproċessati prodotti minn dawn l-annimali (annimali bil-fer, annimali domestiċi, annimali taż-żu u taċ-ċirku) ma jistgħux jidħlu fil-katina alimentari u ma jistgħux jintemgħu lill-annimali tal-irziezet li jinżammu, jissemmnu jew jitrabbew għall-produzzjoni tal-ikel.

(17)  WHO-TEFs għall-istima tar-riskju għall-bniedem, ibbażati fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li saret fi Stokkolma, l-Isvezja, bejn il-15 u t-18 ta’ Ġunju 1997 (Van den Berg et al., (1998) Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika (TEFs) għall-PCB, il-PCDD, il-PCDF għall-Bnedmin u għall-Annimali Selvaġġi. Perspettivi dwar is-Saħħa tal-Ambjent, 106(12), 775).

Konġeneru

Valur TEF

Dibenżo-p-diossini (“PCDD”) u dibenżofurans (“PCDF”)

2,3,7,8-TCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0001

2,3,7,8-TCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,05

2,3,4,7,8-PeCDF

0,5

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0001

PCB “li jixbhu d-Diossini” PCB Mhux orto + PCB Mono-orto

 

 

PCB mhux orto

PCB 77

0,0001

PCB 81

0,0001

PCB 126

0,1

PCB 169

0,01

PCB mono-orto

PCB 105

0,0001

PCB 114

0,0005

PCB 118

0,0001

PCB 123

0,0001

PCB 156

0,0005

PCB 157

0,0005

PCB 167

0,00001

PCB 189

0,0001

 

 

 

 

Abbrevjazzjonijiet użati: “T” = tetra; “Pe” = penta; “Hx” = eża; “Hp” = etta; “O” = otta; “CDD” = klorodibenżodiossina; “CDF” = klorodibenżofuran; “CB” = klorobifenil.

(18)  Kemm-il darba wieħed ikun jista’ jiddetermina dan permezz tal-mikroskopija analitika.

(19)  Inkluż ukoll il-frak tal-ħliefa taż-żerriegħa.

(20)  Bla ħsara għal-livelli awtorizzati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(21)  Il-livell massimu tas-sustanza fil-pretaħlitiet huwa l-konċentrazzjoni li ma tirriżultax f’livell tas-sustanza ogħla minn 50 % tal-livelli massimi stabbiliti fl-għalf meta jiġu segwiti l-istruzzjonijiet għall-użu tal-pretaħlitiet.

(22)  Il-WHO-TEFs għall-istima tar-riskju għall-bniedem, ibbażati fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li saret fi Stokkolma, l-Isvezja, bejn il-15 u t-18 ta’ Ġunju 1997 (Van den Berg et al., (1998) Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika (TEFs) għall-PCB, il-PCDD, il-PCDF għall-Bnedmin u għall-Annimali Selvaġġi. Perspettivi dwar is-Saħħa tal-Ambjent, 106(12), 775).

(23)  Konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq; il-konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq huma kkalkulati bil-ħsieb li l-valuri kollha tal-konġeneri differenti taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma daqs il-limitu ta’ kwantifikazzjoni.

(24)  Il-Kummissjoni se tirrevedi dawn il-livelli ta’ azzjoni, fl-istess żmien li fih tkun qiegħda tirrevedi l-livelli massimi għall-għadd ta’ diossini u PCB li jixbhu lid-diossini.

(25)  Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(26)  F’ħafna każi jaf ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ‘il fuq mil-livell ta’ azzjoni. Madankollu, f’każijiet fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu tal-ikkampjunar, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut eċċ., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ diossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-diossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni tal-annimali.

Konġeneru

Valur TEF

Dibenżo-p-diossini(‘PCDD’) u dibenżofurans (‘PCDF’)

2,3,7,8-TCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0001

2,3,7,8-TCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,05

2,3,4,7,8-PeCDF

0,5

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0001

PCB ‘li jixbhu d-Diossini’ PCB mhux orto + PCB Mono-orto

 

 

PCB mhux orto

PCB 77

0,0001

PCB 81

0,0001

PCB 126

0,1

PCB 169

0,01

PCB mono-orto

PCB 105

0,0001

PCB 114

0,0005

PCB 118

0,0001

PCB 123

0,0001

PCB 156

0,0005

PCB 157

0,0005

PCB 167

0,00001

PCB 189

0,0001

 

 

 

 

Abbrevjazzjonijiet użati: ‘T’ = tetra; ‘Pe’ = penta; ‘Hx’ = eża; ‘Hp’ = etta; ‘O’ = otta; ‘CDD’ = klorodibenżodiossina; ‘CDF’ = klorodibenżofuran; ‘CB’ = klorobifenil.


Επάνω