This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0433
Commission Implementing Regulation (EU) No 433/2011 of 4 May 2011 amending Annex I to Regulation (EC) No 669/2009 implementing Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the increased level of official controls on imports of certain feed and food of non-animal origin Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2011 tal- 4 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2011 tal- 4 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 115, 5.5.2011, p. 5–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793
5.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 433/2011
tal-4 ta’ Mejju 2011
li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I, fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tkun irriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom jitqisu, minn tal-inqas, is-sorsi ta’ informazzjoni msemmijin f'dan l-Artikolu. |
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti li jinvolvu l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f'pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jeħtieġ li tiġi emendata l-lista. |
(4) |
B'mod partikolari, il-lista għandha tkun emendata bit-tħassir tal-entrati dwar il-prodotti li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta’ sigurtà previsti fil-liġijiet tal-Unjoni u li għalihom għalhekk livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat. |
(5) |
Barra minn hekk, ċerti prodotti oħrajn li dwarhom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw ċertu nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta’ sigurtà, u b'hekk jiġġustifikaw l-introduzzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali, għandhom ikunu inklużi fil-lista. |
(6) |
L-entrati fil-lista fil-każ ta’ ċerti importazzjonijiet mit-Turkija u t-Tajlandja għandhom, għaldaqstant, jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Biex ikun hemm ċarezza fil-liġijiet tal-Unjoni, hemm bżonn li ssir preċiżjoni żgħira fil-lista rigward l-entrati tal-importazzonijiet ta’ okra mill-Indja u bżar ħelu mit-Turkija. |
(8) |
L-emenda fil-lista li tikkonċerna t-tħassir tar-referenzi għall-prodotti għandha tapplika mill-aktar fis possibbli peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie indirizzat. Bl-istess mod, dawk l-emendi għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Wara li jitqis in-numru ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.
Madankollu, it-tħassiriet tal-entrati fir-rigward tat-Turkija fil-każ taz-zukkini u l-lanġas għandhom japplikaw minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.
ANNESS
“ANNESS I
(A) Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
Għalf u ikel (l-użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Pajjiż ta’ oriġini |
Periklu |
Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
|
L-Arġentina |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
|
|
Il-Brażil |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
Taljarini mnixxfa |
ex 1902 |
Ic-Ċina |
L-aluminju |
10 |
||||
(Ikel) |
||||||||
|
|
Ir-Repubblika Dominikana |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (3) |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|||||||
|
|
L-Eġittu |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (7) |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel - frott u ħxejjex friski) |
|
|||||||
|
|
Il-Gana |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u Ikel) |
|
|||||||
Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii) |
ex 1211 90 85 |
L-Indja |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi Singulari (5) |
10 |
||||
(Ikel – ħwawar friski) |
||||||||
|
|
L-Indja |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel – ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
|
|
L-Indja |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
Okra friska |
ex 0709 90 90 |
L-Indja |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (2) |
10 |
||||
(Ikel) |
||||||||
Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu |
ex 1207 99 97 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 ; |
In-Niġerja |
Aflatossini |
50 |
||||
(Ikel) |
||||||||
Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem |
ex 1006 30 |
Il-Pakistan |
Aflatossini |
20 |
||||
(Ikel – ross mitħun) |
||||||||
|
|
Il-Peru |
Aflatossini u Okratossina A |
10 |
||||
|
|
|||||||
(Ikel – ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
|
|
L-Afrika t’Isfel |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|||||||
|
ex 0709 60 10 , ex 0710 80 51 ; ex 0709 60 99 , ex 0710 80 59 |
It-Tajlandja |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (9) |
10 |
||||
(Ikel) |
||||||||
|
|
It-Tajlandja |
Salmonella (6) |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel – ħwawar friski) |
|
|||||||
|
|
It-Tajlandja |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4) |
20 |
||||
|
|
|||||||
(Ikel - ħwawar friski) |
|
|||||||
|
|
It-Tajlandja |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4) |
50 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|||||||
|
|
It-Turkija |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (8) |
10 |
||||
|
|
|||||||
(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|||||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dielja) |
0806 20 |
L-Uzbekistan |
Okratossina A |
50 |
||||
(Ikel) |
||||||||
|
|
Il-pajjiżi terzi kollha |
Żebgħat tas-Sudan |
10 |
||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel - ħwawar imnixxfin) |
|
|||||||
|
|
|||||||
(Ikel) |
|
(B) Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:
(i) |
Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9); |
(ii) |
Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); |
(iii) |
Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9); |
(iv) |
L-Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).” |
(1) Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat ‘ex’ (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).
(2) Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Trijażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos
(3) Partikolarment ir-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendazim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (id-Ditjokarbamati), id-Dijafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tjabendażol, it-Tjakloprid.
(4) Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Djażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludjoksonil, il-Heksaflumuron, il-Lambda-ċiħalotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Oksamil, il-Fentoat, it-Tijofanat metil.
(5) Partikolarment ir-residwi ta’: it-Trijażofos, l-Oxidemeton metil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tjametoksam, il-Klotjanidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Propargit, il-Monokrotofos.
(6) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvaliditat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(7) Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifos-metil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalaksil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Trijadimefon, it-Trijażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, u t-Triforin.
(8) Partikolarment ir-residwi ta’: il-Metomil, l-Oksamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Dijafenturon, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanat metil.
(9) Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofu, il-Malatjon, il-Profenofu, il-Protjofu, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.